Merħba

Għandi pjaċir nilqagħkom f’dan is-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, li ġie ddisinjat biex jintroduċi lill-viżitatur l-ewwel u qabel kollox  mal-politika  barranija tal-Ministeru u fl-istess ħin jinforma lill-viżitatur b’tagħrif li għandu impatt mill-qrib  mal-funzjonijiet tal-Ministeru.

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin iservi bħala tieqa fuq id-dinja. Iż-żmien qasir li ili f’dan l-uffiċċju s’issa għallimni li biex tistabilixxi relazzjonijiet bilateral u multilaterali mar-reġjuni kollha fid-dinja huwa importanti daqs kemm huwa importanti l-ispirtu kollaborattiv għall-integrità, prosperità u stabbiltà. Dan hu aktar ċar u sinifikanti fid-dawl ta’ sħubija fl-Unjoni Ewropea.  Sa mill-2004, Malta dejjem ġibdet ir-rispett u l-għarfien mhux biss tal-istati membri imma wkoll tal-bqija tad-dinja. Malta llum hija fuq quddiem nett u tilgħab parti ewlenija fl-affarijiet barranin.  Illum Malta tista’ tagħmel pressjoni mhux biss fuq livell Ewropew iżda wkoll fix-xena internazzjonali.

Il-politika barranija tagħna hija bbażata fuq sistema ta’ valuri sodi.   F’dan ir-rispett, aħna dejjem żammejna mal-valuri u prinċipji waqt li konna qed infasslu u nimplimentaw il-politika domestika tagħna. 

Aktar minn hekk, aħna tlaqna  minn perspettiva ċara, reali  fil-politika barranija tagħna: prinċipji fundamentali u li ma jitheżżux, ħbiberija mal-pajjiżi ġirien tagħna, rispett għas-sovranità u determinazzjoni,  rispett għal-liġi internazzjonali,  l-appoġġ għall-koperazzjoni bejn il-pajjiżi  u ninkoraġġixxu l-opportunitajiet għad-djalogu.

Dan juri it-twemmin tagħna li l-argumenti jridu jiġu solvuti fi spirtu ta’ ftehim u b’mod ċivilizzat biex il-paċi u l-istabbiltà tkompli tikber  fir-reġjuni kollha tad-dinja.  Aħna magħqudin u impenjati għall-ordni fid-dinja, għall-kobor ekonomiku  u stil ta’ ħajja aħjar għall-bnedmin kollha fid-dinja. Din il-politika tejbet  ir-relazzjonijiet pożittivi mal-pajjiżi kollha fid-dinja u saħħet l-isforzi tagħna biex nikkoperaw ma’ pajjiżi oħra fid-dinja  biex terġa’ tiġi fis-seħħ l-istabilità f‘pajjiżi meqruda bil-gwerer, neqirdu  il-faqar u nipprovdu għajnuna umanitarja fi spirtu ta’ fratellanza, ħbiberija u koperazzjoni kostruttiva.

Illum id-dinja għandha numru kbir ta’ sfidi li jiġu fuqna għall-għarrieda. li jinħtieġu sforz unanimu.  Illum id-dinja qed tiffaċċja gwerer ċivili, faqar estrem, tidbil fil-klima, migrazzjoni illegali, perikli ambjentali, nuqqas fil-provisti  tal-enerġija u terroriżmu.  Illum Malta mhix weħidha quddiem dawn in-numri kbar ta’ ostakli li jidhru li ma jistgħux jintrebħu. Malta hija magħquda mal-bqija tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea u l-bqija tad-dinja fi sforz waħdieni biex jinstabu s-soluzzjonijiet.  Problemi dinjija, jinħtieġu soluzzjonijiet dinjija.

Nittama li żżuru dan is-sit regolarment, u li jipprovdilkom aħbarijiet u tagħrif  utli.​​​
Indirizz
Ministeru għall-Affarijiet Barranin
u Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio
Triq Il-Merkanti
Valletta, VLT 1171
Malta
Telefon
2124 2191
Fax
2123 6604
Email