Linji gwida għal Ċittadini Maltin dwar Viżi lejn pajjiżi barranin

Il-‘Visa Advisory Unit’ fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ (MFTP) hija punt ta referenza għal informazzjoni dwar jekk ċittadini Maltin jeħtieġux viża qabel jivvjaġġaw lejn pajjiżi barranin.


 

Limiti tas-Servizz


Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ mhux responsabbli għall-ħruġ ta’ viżi lil ċittadini Maltin minn stati barranin. Ir-rekwiżiti tal-viża għaċ-ċittadini Maltin li jsiefru huma dejjem suġġetti għal bidliet mill-awtoritajiet rispettivi tal-pajjiżi barranin. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ  jipprovdi dik l-informazzjoni biss li hija disponibbli għalih fil-mument tal-preżentazzjoni tal-mistoqsija. Għaldaqstant l-informazzjoni relatata mar-rekwiżiti tal-viża li tinsab f'dan id-dokument hija biss waħda indikattiva, u tinħareġ biex tassisti lid-detenturi ta’ passaport ordinarju Malti. Il-Ministeru m’għandux jinżamm responsabbli għal kwalunkwè varjazzjoni fl-informazzjoni pprovduta. L-applikant għandu d-dritt u kull opportunità li jerġa’ jiċċekkja r-rekwiżiti dwar viżi għal pajjiżi barranin indipendentament minn dan is-servizz. Hija wkoll ir-responsabbiltà tal-applikant li jiżgura li l-mistoqsijiet tiegħu/tagħha jiġu sottomessi sew qabel id-data skedata għat-tluq minn Malta, idealment mhux  inqas minn erba’ (4) ġimgħat qabel ma’ wieħed ikun beħsiebu jsiefer. L-informazzjoni għandha wkoll tiġi iċċekkjata eqreb lejn id-data tat-tluq minn Malta, meta Malti jkun beħsiebu jivvjaġġa lejn pajjiżi li normalment ma jirrikjedux viża għal detenturi ta’ passaport ordinarju Malti.


 

·        Għal informazzjoni dwar liema pajjiżi u taħt liema ċirkostanzi ċittadini Maltin ma jeħtieġux Viża, iklikkja hawn.

 

·         Għal informazzjoni dwar liema pajjiżi u taħt liema ċirkostanzi ċittadini Maltin jeħtieġu Viża, iklikkja hawn: (tkun aċċessibbli aktar ‘il quddiem)

 

·      Maltin li jeħtieġu informazzjoni dwar kif ċittadini barranin jistgħu jirċievu Viżi lejn Malta għandhom jikkuntattjaw lis-‘Central Visa Unit’ (CVU) fi ħdan ‘Identity Malta Agency’. Għal aktar informazzjoni, ikklikkja hawn.


 

Ħinijiet tal-Ftuħ


Il-ħinijiet tal-ftuħ tagħna huma mit-Tnejn sal-Ġimgħa.


Bejn l-1 ta' Ottubru u l-15 ta' Ġunju:

08:30 - 12:00

14:00 - 16:00


Bejn is-16 ta' Ġunju u t-30 ta' Settembru:

08:00 - 12:00

 

Għal aktar informazzjoni, ġentilment wieħed jista’ jikkuntattjana fuq +356 2204 2313.


 

Għal feedback jew ilmenti


Is-sodisfazzjon sħiħ tiegħek huwa essenzjali għalina.


Aħna nittrattaw ir-reazzjonijiet tiegħek b'mod kunfidenzjali u nużawha biex intejbu s-servizz. L-ilment tiegħek jiġi rikonoxxut fil-pront u nagħtuk tweġiba fi żmien ġimgħatejn mid-data li nirċievu l-ilment.


Jekk tixtieq tressaq ilment, l-aħjar huwa li l-ewwel titkellem direttament mal-persuni li servewk għal kwalsiasi kjarifika. Jekk tibqa’ mhux sodisfatt bir-riżultat, int ġentilment mistieden iċċempel fl-uffiċċji tagħna fuq in-numru indikat hawn fuq biex tiddiskuti l-ilment tiegħek, jew billi tibgħatilna e-mail fuq consular.mftp@gov.mt jew billi twassal l-ilment tiegħek permezz tal-posta indirizzata lil:-


 

Visa Advisory Unit

Direttorat għas-Servizzi Konsulari u Maltin li jgħixu Barra

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ

18, Triq Żakkarija,

Valletta VLT 1133


 

© Gvern ta ’Malta 2019

​​​
Indirizz
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio
Triq Il-Merkanti
Valletta, VLT 1171
Malta

Telefown
2124 2191

Fax
2123 6604

Imejl