Pariri Dwar Vjaġġar

Introduzzjoni

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ joffri pariri dwar vjaġġar fuq is-sit elletroniku tiegħu biex il-pubbliku ġenerali jkun infurmat dwar xi kundizzjonijiet eżistenti barra minn Malta li jistgħu jaffettwaw is-sigurta’ ta’ ċittadini Maltin li qed jivvjaġġaw, jaħdmu jew jgħixu barra. 


X’inhu l-Parir dwar Vjaġġar?

Parir dwar vjaġġar jagħti tagħrif dwar is-sigurta’ f’pajjiżi partikolari. Huwa maħruġ fuq bażi ta’ żviluppi dwar is-sigurta’ madwar id-dinja. Il-pariri dwar vjaġġar huma riveduti u aġġornati skont tibdil fil-livell ta’ riskju għaċ-ċittadini Maltin. 

Il-Pariri dwar vjaġġar huma kategorizzati f’livelli differenti skont valutazzjoni globali tas-sigurta’ fuq il-post fil-pajjiż ikkonċernat. Għalhekk jista’ jkun hemm livelli differenti ta’ sigurta’ għal reġjuni differenti fl-istess pajjiż. 

Attwalment wieħed jista’ jsib pariri dwar vjaġġar għall-pajjiżi li ġejjin: 
(Għafas fuq l-isem tal-pajjiż għal tagħrif iktar dettaljat) 

Pajjiż L-aħħar li ġie aġġornat

l-Afganistan 08/05/2018

Evita kull safar

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin kontra kull vjaġġar lejn l-Afganistan.

Il-pajjiż għaddej minn tranżizzjoni politika, ekonomika, u tas-sikurezza, u ħafna partijiet tal-Afganistan huma affettwati minn konflitt.

Kabul rat theddida ta’ attakki fuq skala kbira, u fix-xhur riċenti, il-Belt kapitali rat għadd ta’ attakki fejn inqatlu u ġew midruba ammont kbir ta’ persuni. Fit-Tramuntana tal-Afganistan, hemm għaddejjin operazzjonijiet militari, u attakki kontra l-militar u ħaddiema tal-għajnuna konsegwentement darbu u qatlu bosta minnhom. Fil-Punent l-Lvant tal-Afganistan hemm kważi attakki u sparar ta’ kuljum, filwaqt li ftit xhur ilu, fil-parti tan-Nofsinhar tal-pajjiż, ammont sostanzjali ta’ suldati ġew maqtula jew midruba. Minħabba dawn l-avvenimenti, is-sitwazzjoni tas-sikurezza fil-pajjiż tibqa’ volatili, u hemm ħafna theddidiet kuljum. Għalkemm żoni oħra li mhumiex affettwati qed imorru għall-aħjar fir-rigward tas-sikurezza, dawn tal-aħħar xorta huma suxxettibbli għal attakki. L-attakki jistgħu jsiru mhux biss kontra l-forzi tas-sikurezza iżda wkoll kontra l-pubbliku u ħaddiema umanitarji (inkluż NGOs Afgani). Il-barranin għandhom ikunu viġilanti f’postijiet fejn jinġabru folol kbar, f’postijiet popolari mal-barranin (bħal lukandi u ħwienet), u postijiet ta’ interess. Ġemgħat pubbliċi għandhom jiġu evitati. Barra minn dan, il-vjaġġaturi għandhom joqogħdu attenti għal bombi u mini mhux sploduti, u jsegwu l-parir lokali.  

Il-kriminalità hija wkoll ta’ tħassib, u l-barranin sfaw ukoll vittmi ta’ attakki vjolenti, bħal serq u stupru. Il-vjaġġaturi għandhom iżommu mistura l-oġġetti ta’ valur, u jevitaw li jivvjaġġaw waħedhom. Nisa barranin esperjenzaw ukoll fastidju u kuntatt u attenzjoni mhux mixtieqa. Hemm ukoll theddida għolja u kostanti ta’ ħtif - aktar minn 100 ċittadin mill-Punent ġew maħtufa sa mill-2001. Il-binjiet tal-akkomodazzjoni użati mill-barranin huma wkoll fil-mira tat-theddid. Il-vjaġġaturi għandhom iżommu f’kuntatt mal-qraba tagħhom biex jirrappurtaw il-moviment tagħhom.

Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. Il-vjaġġaturi jistgħu jsofru minn infezzjonijiet gastrointestinali matul ġranet aktar sħan, u għandhom joqogħdu attenti għall-Malarja. Il-kundizzjonijiet bit-trabijiet fil-pajjiż jistgħu wkoll jikkawżaw irritazzjoni.

Il-faċilitajiet mediċi huma limitati ħafna, u huwa rrakkomandat li jkollok provvista disponibbli tal-mediċini meħtieġa, peress illi l-provvisti x’aktarx li ma jkunu disponibbli. Il-vjaġġaturi għandu dejjem ikollhom magħhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni, u kopja tal-paġna bijometrika tal-passaport, u kit mediku komprensiv. F’każ ta’ emerġenza, iċ-ċittadini Maltin li jivvjaġġaw lejn il-pajjiż jistgħu jċemplu ambulanza fuq 112 jew fuq 020112 minn mowbajl (f’Kabul biss). Jekk jiġu riferuti għand faċilità medika, il-vjaġġaturi għandhom jikkuntattjaw immedjatament lill-kumpanija tal-assigurazzjoni.

Il-barranin għandhom joqogħdu attenti mill-ivvjaġġar fit-triq, peress illi apparti mill-kundizzjonijiet ħżiena tat-toroq u tas-sewqan, jistgħu wkoll jesperjenzaw punti ta’ kontroll foloz li jistgħu jirriżultaw f’attakki vjolenti. Huwa ugwalment importanti li l-vjaġġaturi jkunu mħejjija għal kwalunkwe attività siżmika, xita qawwija u għargħar, u borra qawwija f’ċerti żoni. Il-pajjiż m’għandux l-infrastruttura xierqa għal meta jseħħu dawn l-avvenimenti.

Minħabba l-fatt li l-omosesswalità hija illegali, il-vjaġġaturi jridu jaċċertaw li ma tintweriex affezzjoni fil-pubbliku. Il-vjaġġaturi huma pprojbiti milli jużaw jew li jġibu fil-pajjiż narkotiċi, alkoħol, u majjal.

It-teħid ta’ ritratti ta’ binjiet tal-gvern jew militari huwa pprojbit. Ritratti ta’ persuni għandhom jittieħdu bil-kunsens tagħhom.

Peress illi l-karti tal-kreditu mhumiex aċċettati, il-vjaġġaturi għandhom jiżguraw li jkollhom biżżejjed flus kontanti. Ċerti ATMs f’Kabul jipprovdu dollari Amerikani kif ukoll muniti Afgani.

Peress illi Malta m’għandhiex rappreżentazzjonijiet diplomatiċi jew konsulari fl-Afganistan, f’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin fil-pajjiż jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq id-dettalji li ġejjin:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio,
Triq il-Merkanti,
Valletta, Malta
Tel: (+356) 21242191
Indirizz elettroniku: consular.mftp@gov.mt


l-Afrika t’Isfel 26/02/2018

Oqgħod attent

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża lill-vjaġġaturi Maltin sabiex joqgħodu attenti ħafna meta jsiefru lejn l-Afrika t’Isfel.

Hemm riskju kbir ta’ attakki terroristiċi fil-pajjiż, bit-theddida prinċipali ġejja minn estremisti li għandhom konnessjoni ma’ Daesh (li huma magħrufa bħala ISIL). L-attakki jistgħu jkunu indiskriminati, inklużi fi bliet kbar li jattiraw it-turisti.

Ir-reati kriminali u l-vjolenza lejn il-barranin, inklużi serq, stupru, u qtil, żdiedu b’mod sinifikanti. Għalhekk huwa importanti li l-vjaġġaturi joqgħodu attenti, speċjalment f’postijiet iffullati. Ir-rata tal-kriminalità hija partikolarment għolja fid-distretti ta’ Berea u Hillbrow, u fir-Rotunda Bus Terminus f’Johannesburg. It-turisti huma avżati sabiex joqgħodu attenti meta jżuru ċ-ċentru u l-bajja ta’ Durban. Oġġetti ta’ valur bħal mobiles, passaporti, u kameras m’għandhomx jitħallew fejn jidhru. Bdil u ġbid ta’ somom kbar ta’ flus m’għandux isir f’żonijiet mimlija nies u traffiku minħabba serq u frodi tal-karti ta’ kreditu. Huwa rakkomandat li l-vjaġġaturi jżommu fuqhom il-ħin kollu kopja tal-paġna tad-dettalji tal-passaport f’każ li jiġu mitluba sabiex jagħtu prova ta’ identifikazzjoni.

It-theddida ta’ ħtif ta’ nies, li kultant jitqies bħala qligħ finanzjarju, qed tiżdied, u kien hemm diversi każi ta’ turisti li sfaw vittma fis-snin li għaddew. Iċ-ċittadini Maltin m’għandhomx jivvjaġġaw waħedhom f’postijiet remoti u fid-dlam. L-iħħajkjar għandu jsir fi gruppi, u l-vjaġġaturi għandhom isegwu l-avviżi lokali, jekk disponibbli.

Id-demostrazzjonijiet huma komuni fl-Afrika t’Isfel, u apparti li jistgħu jieħdu xejra vjolenti, dawn jistgħu jseħħu minn ħin għal ħin b’avviż mogħti fi żmien qasir. Postijiet fejn qed iseħħu protesti u demonstrazzjonijiet għandhom jiġu evitati, speċjalment l-universitajiet u binjiet tal-Gvern.  

L-istandard tas-sewqan ivarja u ta’ spiss ikun hemm aċċidenti fatali. Għal raġuni li ħafna attakki jsiru f’żoni fejn hemm id-dwal tat-traffiku u junctions, il-vjaġġaturi huma avżati sabiex joqgħodu attenti għal dak li hemm madwarhom meta l-karozza tkun wieqfa. Il-ħallelin huma magħrufa wkoll li jaddottaw metodi varji sabiex iwaqqfu karozzi u jisirquhom, anke fiż-żona ta’ (inkluż) l-Ajruport Internazzjoni ta’ OR Tambo f’Johannesburg. Il-vjaġġaturi huma avżati sabiex jevitaw vjaġġi matul il-lejl, u li joqgħodu attenti waqt li jsuqu lejn jew mit-Tramuntana ta’ Kwazulu Natal, Zululand, u Kruger Park, minħabba rapporti ta’ hijacks u serq.

Kien hemm ukoll rapporti ta’ serq u attività kriminali fuq ferroviji. Iċ-ċittadini Maltin fil-pajjiż huma msejħa sabiex iżommu ruħhom aġġornati billi jsegwu l-istruzzjonijiet ta’ sigurtà li jingħataw fl-istazzjonijiet prinċipali. Ġieli ġew ukoll irrappurtati tensjonijiet bejn kumpaniji tat-taxis, u dawn ġieli jieħdu xejra vjolenti.

Ix-xiri u/jew it-traffikar ta’ oġġetti pprojbiti jwassal għal prosekuzzjoni, u t-trasgressuri jistgħu jirċievu sentenzi ta’ ħabs u/jew multi.

Il-vjaġġaturi għandhom jiċċekkjaw mal-awtoritajiet tas-saħħa għal kwalunkwe tilqim jew miżuri oħra ta’ prevenzjoni minn tal-inqas 4 sa 6 ġimgħat qabel il-vjaġġ. Assikurazzjoni adekwata li tkopri l-ivjaġġar u s-saħħa, u fondi biżżejjed biex jitkopra kwalunkwe trattament mediku fil-pajjiż u ripatrijazzjoni huma rakkomandati ħafna. Barra minnhekk, għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji sabiex tiġi evitata t-trażmissjoni tal-HIV/AIDS. Il-vjaġġaturi għandhom jieklu ikel imsajjar sew, jixorbu ilma tal-fliexken, u jevitaw xorb bis-silġ, speċjalment fiż-żoni rurali ta’ Limpopo. Peress li l-West Cape intlaqat minn nixfa kbira, il-vjaġġaturi Maltin għandhom ikunu konxji dwar il-konsum tal-ilma.

Ġenituri li qed jivvjaġġaw bi tfal (taħt it-18-il sena) għandhom juru ċ-ċertifikat tat-twelid tat-tfal jew kopja ċċertifikata. Iċ-ċertifikat għandu jinkludi kemm id-dettalji tat-tfal kif ukoll dawk tal-ġenituri.

F’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin li jinsabu fl-Afrika t’Isfel jistgħu jikkuntattjaw lill-Konsli Onorarji fuq id-dettalji li ġejjin:

DURBAN
b’ġurisdizzjoni fuq il-Provinċji tal-Kap tal-Lvant u ta’ Kwa-Zulu Natal

Mr RONALD J ANDREWS Hon. Consul
285, Umhlanga Rocks Drive, Glenashley Durban 4501, South Africa
Tel: 0027 031 572 2041
Mobile: 0027 083 456 8554
Posta elettronika: maltaconsul.durban@gov.mt  


JOHANNESBURG
b’ġurisdizzjoni fuq il-Provinċji ta’ Free State, Gauteng, Limpopo, Mpumalanga, Il-Kap ta’ Fuq, u l-Majjistral.

Dr DANILO GHIRLANDO, Konslu Onorarju
La Rochelle Medical Centre
Cnr Third and Johannesburg Road
La Rochelle, 2190 South Africa
Telefown:  0027 (11) 4350463
Posta elettronika: maltaconsul.johannesburg@gov.mt


CAPE TOWN
b’ġurisdizzjoni fuq il-Provinċja tal-West Cape

Mr BERNARD MICHAEL DOMINIC CASSAR, Konslu Onorarju
33 Theresa Avenue, Bakoven, Camps bay, Cape Town, South Africa.
Telefown: 0027 21 437 0005  
Posta elettronika: maltaconsul.capetown@gov.mt

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi kkuntattjat fuq (+356) 21242191.

l-Albanija 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

l-Alġerija 21/05/2018

Eżerċita livell għoli ta' prudenza

Minkejja l-fatt li l-awtoritajiet Alġerini jinsabu impenjati f’bosta attivitajiet ewlenin fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, l-Alġerija tibqa’ esposta għal theddidiet terroristiċi. Dan huwa partikolarment minħabba l-instabbiltà fir-reġjun tas-Saħel u s-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-Libja u t-Tuneżija. Għandha tiġi eżerċitata viġilanza l-ħin kollu u għandhom jittieħdu prekawzjonijiet addizzjonali tas-sigurtà, speċjalment fil-postijiet urbani ewlenin; fiż-żoni tal-fruntieri tan-Nofsinhar, tal-Libja u tat-Tuneżija; fiż-żoni rurali u muntanjużi tat-Tramuntana; u fis-Saħara. Dawn huma ż-żoni kollha fejn it-theddida mit-terroriżmu kienet ogħla.

F’dan ir-rigward, iċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw u/jew li qegħdin diġà fl-Alġerija għandhom jevitaw kull vjaġġar lejn:

- żoni sa 30km mill-fruntieri mal-Libja, il-Mauritania, il-Mali, in-Niġer, u l-Marokk tan-Nofsinhar;

- u sa 30km mill-fruntiera mat-Tuneżija fil-provinċji ta’ Djanet, Illizi, Tamanrasset, Ouargla u fiż-żona tal-muntanji ta’ Chaambi.

Barra minn hekk, il-Ministeru javża kontra kull vjaġġar ħlief dak essenzjali sa 30km mill-kumplament tal-fruntiera mat-Tuneżija. B’mod aktar speċifiku, evita kull vjaġġar mhux neċessarju lejn ir-reġjun ta’ Timimoun; ir-reġjun ta’ Kabilia, b’mod partikolari fil-provinċji ta’ Tizi Ouzou, Boumerdès, Bouira, Bordj Bou Arredidj, kif ukoll fir-reġjuni ta’ JiJel u Bejaia; ir-reġjuni tal-Grigal ta’ Constantine, Tebessa u El Oued; ir-reġjuni ta’ Ain Defla, Medea, Sidi Bel Abbes u l-kampijiet ta’ Saharawi ta’ Tindouf.
Il-ħtif ta’ barranin għadu theddida attiva fl-Alġerija, b’mod partikolari mal-fruntiera tan-Nofsinhar. Għandha tiġi eżerċitata viġilanza kostanti l-ħin kollu, u s-sitwazzjoni għandha tiġi segwita permezz tal-aħbarijiet u l-midja lokali. Hija rrakkomandata attenzjoni partikolari matul il-perjodu tar-Ramadan. Ġeneralment huwa sigur li tmur minn post għal ieħor f’Algiers u fil-bliet ewlenin l-oħrajn, iżda l-ivvjaġġar barra mill-bliet f’żoni rurali u billejl huwa partikolarment riskjuż.
Il-vjaġġaturi huma wkoll mwissija bis-sħiħ biex dejjem iġorru magħhom il-passaport tagħhom u xi forma ta’ identifikazzjoni fotografika. Polza tal-assigurazzjoni komprensiva hija wkoll ferm rakkomandata. Għandhom jiżguraw ukoll li jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji tas-sikurezza, u biex jevitaw kwalunkwe forma ta’ ġemgħat u dimostrazzjonijiet politiċi/soċjali. Barra mill-bliet ewlenin, protesti żgħar u strajkijiet jistgħu jaffettwaw it-trasport. Għandhom dejjem jiġu osservati u segwiti l-istruzzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet tas-sigurtà lokali.

F’każ ta’ diffikultà fil-pajjiż, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Konsulat tar-Repubblika ta’ Malta fuq id-dettalji tal-kuntatt li ġejjin:

Konsulat tar-Repubblika ta’ Malta
26, Rue des Freres Boufattit, El Biar, Algiers, 16034, L-Alġerija
Tel: 00213 (0) 21929717
Indirizz Elettroniku: maltaconsulate.algiers@gov.mt

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi kkuntattjat ukoll fuq (+356) 21242191.

Andorra 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

l-Angola 21/05/2018

Evita kull safar f'ċerti nħawi jekk mhuwiex meħtieġ

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin biex jevitaw kull vjaġġar ħlief dak essenzjali lejn ċerti żoni tal-pajjiż, minħabba żieda fil-prevalenza ta’ kriminalità vjolenti u ħtif ta’ barranin. B’mod partikolari, għandu jiġi evitat kull vjaġġar, ħlief dak essenzjali, lejn il-provinċji ta’ Cabinda u Lunda Norte. Barra minn hekk, mhuwiex irrakkomandat li tivvjaġġa lejn żoni li huma mal-fruntiera tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo minħabba l-inċidenza ta’ konflitti armati.

Hemm livell għoli ta’ kriminalità f’Luanda, u żoni li huma popolari mal-barranin huma fil-mira b’mod partikolari. Serq vjolenti, b’mod partikolari biex jinsterqu mowbajls u oġġetti ta’ valur oħrajn, u serq armat, jistgħu jseħħu fi kwalunkwe żona fi kwalunkwe ħin binhar jew billejl.

Minkejja l-programm estensiv li għadu għaddej għat-tneħħija tal-landmines, l-Angola għandu wieħed mill-pajjiżi fid-dinja bl-ogħla preżenza ta’ landmines. Iż-żoni l-aktar perikolużi huma kkonċentrati fir-reġjuni interni l-aktar affettwati mill-konflitt, b’mod partikolari l-provinċja ta’ Cuando Cubango. F’dawn iż-żoni, hemm ħafna toroq li mhumiex aċċessibbli u b’mod ġenerali, dawn huma mmarkati kif xieraq b’sinjali.

Evita ġemgħat politiċi u dimostrazzjonijiet, kun viġilanti u segwi l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-sigurtà lokali. L-ivvjaġġar billejl jista’ ma jkunx sigur, u hemm il-periklu minn landmines u bombi jekk ma tivvjaġġax fuq it-toroq ewlenin, b’mod partikolari barra mill-belt kapitali ta’ Luanda. L-awtoritajiet tal-Angola huma sensittivi għall-preżenza ta’ barranin fiż-żoni fejn hemm il-produzzjoni tad-djamanti u tista’ tkun suġġett għal restrizzjonijiet ta’ moviment jew detenzjoni mill-forzi tas-sigurtà. F'żoni bħal dawn, għandha tiġi eżerċitata kawtela.

Minħabba rapporti ta’ diversi każijiet ta’ deni isfar is-sena l-oħra u xi każijiet tal-virus Zika, huwa rrakkomandat li jsir tilqim kontra mard trażmess min-nemus. Iċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn il-pajjiż għandhom iżuru lill-professjonista tas-saħħa tagħhom tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel il-vjaġġ tagħhom biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn jieħdu xi tilqim, ċertifikazzjonijiet jew miżuri preventivi oħrajn. Barra minn dan, huwa importanti li tkun kopert minn polza komprensiva tal-ivvjaġġar.

Peress illi Malta m’għandhiex rappreżentazzjoni diplomatika fl-Angola, f’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq id-dettalji li ġejjin:


Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio,
Triq il-Merkanti,
Valletta, Malta
Tel: (+356) 21242191
Indirizz elettroniku: consular.mftp@gov.mt  

Antigua u Barbuda 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

l-Arabja Sawdija 10/05/2018

Oqgħod attent

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn l-Arabja Sawdija biex ikunu kawti, minħabba tensjoni fir-reġjuni tal-madwar. Barra minn dan, il-Ministeru jwissi kontra kull vjaġġar sa 10km ‘il bogħod mill-fruntiera mal-Jemen u kontra kull vjaġġar ħlief dak essenzjali bejn 10km u 80km ta’ din il-fruntiera.

Mal-fruntiera bejn l-Arabja Sawdija u l-Jemen għad hemm il-ġlied fejn qed jindarbu persuni militari u ċivili. Qed jiġu sparati missili mill-Jemen lejn l-Arabja Sawdija, u l-aktar attakk riċenti seħħ f’Mejju 2018. Huwa probabbli li jkun hemm attakki terroristiċi fil-pajjiż, bl-ikbar theddida mid-Daesh. Dawn jistgħu jseħħu f’postijiet popolari mal-barranin, u jista’ jkollhom fil-mira persuni mill-Punent u l-infrastruttura taż-żejt, fost oħrajn. Il-forzi tas-sikurezza Sawditi rnexxielhom jisfrattaw għadd ta’ konfoffi ta’ attakki, iżda l-iskala tal-attività tal-estremisti hija sinifikanti u l-attakki jkomplu jseħħu.

Il-vjaġġaturi għandhom jevitaw ġemgħat u dimostrazzjonijiet pubbliċi, u fil-każ ta’ attakk bil-missili, il-vjaġġaturi għandhom joqogħdu ġewwa u jsegwu l-parir tal-awtoritajiet lokali.

Oġġetti ta’ valur inkluż passaporti u biljetti għandhom jinżammu mistura. It-turisti għandhom joqogħdu attenti meta jivvjaġġaw barra mill-irħula u l-bliet.

Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. Il-vjaġġaturi għandu dejjem ikollhom magħhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni, u kopja tal-paġna bijometrika tal-passaport, u kit mediku komprensiv. F’każ ta’ emerġenza, iċ-ċittadini Maltin fil-pajjiż jistgħu jċemplu fuq 911. Jekk jiġu riferuti għand faċilità medika, il-vjaġġaturi għandhom jikkuntattjaw immedjatament lill-kumpanija tal-assigurazzjoni.

L-istandards tas-sewqan huma ħżiena fil-pajjiż, u l-vjaġġaturi għandhom isuqu fit-toroq ewlenin, jivvjaġġaw f’konvoj, u jevitaw li jivvjaġġaw matul il-lejl.

F’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Ambaxxata tar-Repubblika ta’ Malta f’Riyadh fuq id-dettalji li ġejjin:

L-AMBAXXATA TAR-REPUBBLIKA TA’ MALTA
Ir-Renju tal-Arabja Sawdija, Riyadh- Olaya District, 7733- Abbas Al Rasheedi Street,
PO Box 94361, Riyadh 11693
Tel: 00966 (11) 463 2345, 461 5315
Fax: 00966 (11) 463 3993
Mowbajl ta’ Emerġenza: 00966504201824
Indirizz elettroniku: maltaembassy.riyadh@gov.mt

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi kkuntattjat ukoll fuq (+356) 21242191.

l-Arġentina 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

l-Armenja 24/04/2018

Oqgħod attent

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn l-Armenja biex ikunu kawti ħafna.

Nhar it-13 ta’ April kien hemm protesti fil-belt kapitali ta’ Yerevan u dawn qed jinfirxu f’postijiet oħra fil-pajjiż, li wasslu għall-preżenza tal-aġenziji għall-infurzar tal-ordni biex jisparpaljaw lin-nies li kienu qed jipprotestaw. Barra minn hekk, hemm aktar tensjoni bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan, bi skambji regolari bl-armi tan-nar. Dan wassal għal sitwazzjoni tas-sikurezza mhux prevedibbli fir-reġjuni tal-fruntiera. Bosta postijiet huma magħluqa, inkluż il-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi, u l-fruntiera mat-Turkija. Il-pulizija jew il-militar jistgħu jwaqqfu lill-barranin li jinsabu f’distanza ta’ 5km minn dawn il-fruntieri. Dawn iż-żoni jista’ jkun fihom mini u munizzjon mhux splodut. It-toroq f’Yerevan u bliet oħrajn jistgħu wkoll jingħalqu f'daqqa. Għalkemm ma hemm ebda storja riċenti ta’ terroriżmu fl-Armenja, ma jistgħux jiġu esklużi attakki.

Għaldaqstant, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jwissi kontra kull vjaġġar sa 5km mill-fruntiera bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan fir-reġjuni ta’ Tavush u Gegharkunik, u matul it-triq M16/H26 bejn il-bliet ta’ Ijevan u Noyemberyan.  Barra minn hekk, il-vjaġġaturi għandhom jevitaw żoni fejn hemm dimostrazzjonijiet. Il-vjaġġaturi għandhom jkunu aktar kawti meta jkunu qrib siti militari. Mhuwiex permess li jittieħdu ritratti f’żoni bħal dawn minħabba kwistjonijiet ta’ sensittività, u xi viżitaturi ġew detenuti minħabba dan. Huwa rrakkomandat li jiġu segwiti l-midja u pariri lokali.

Għalkemm il-livelli tal-kriminalità huma baxxi, il-vjaġġaturi għandhom joqogħdu attenti għal serq mill-bwiet, ħtif ta’ basktijiet, serq mill-karozzi, u serq ieħor. Oġġetti ta’ valur (inkluż passaporti) għandhom jinżammu f’post sigur. Barra minn hekk, passaporti, karti tal-kreditu, biljetti tal-ivvjaġġar, u flus m’għandhom qatt jinġarru flimkien. Għandha tingħata attenzjoni partikolari fl-ATMs, u wara, t-turisti għandhom jiċċekkjaw li mhux qed jiġu segwiti.

L-istandard tas-sewqan huwa ħażin, u ħafna ma josservawx ir-regolamenti tas-sewqan. Ċerti toroq huma wkoll fi stat ħażin ħafna. Għandhom jiġu evitati karozzi tal-linja lokali jew minibuses minħabba manutenzjoni ħażina u affollament eċċessiv. Il-barranin li jivvjaġġaw bil-ferrovija għandhom iżommu l-oġġetti ta’ valur f’post sigur u jsakkru l-bieb minn ġewwa.

Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. Huwa rrakkomandat ukoll li l-vjaġġaturi dejjem ikollhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni, kopja tal-paġna bijometrika tal-passaport, u kit mediku komprensiv. F’każ ta’ emerġenza, iċ-ċittadini Maltin li jivvjaġġaw lejn il-pajjiż jistgħu jċemplu ambulanza fuq 103. Peress illi l-faċilitajiet mediċi fl-Armenja ġeneralment huma ħżiena, huwa rrakkomandat li tfittex biss trattament għal mard ħafif biss.

Peress illi l-Armenja huwa pajjiż Nisrani, in-nisa jistgħu jilbsu ħwejjeġ normali. Madankollu, lil hinn minn Yerevan, ilbies mhux xieraq jattira l-attenzjoni minħabba li huma konservattivi.

Għalkemm l-omosesswalità saret legali, xorta għadha mhix approvata minn bosta nies. Il-barranin għandhom ikunu diskreti u jevitaw affezzjoni pubblika.  

F’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin fil-pajjiż jistgħu jikkuntattjaw lill-Konslu Onorarju f’Yerevan fuq id-dettalji li ġejjin:

33-4 Pushkin Street, Yerevan, L-Armenja
Tel: 00374 10 518171
Indirizz elettroniku: maltaconsul.yerevan@gov.mt
Sit tal-web: www.maltaconsulate.am

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi kkuntattjat ukoll fuq tel. (+356) 21242191 jew fuq l-indirizz elettroniku li ġej: consular.mftp@gov.mt    

l-Awstralja 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

l-Awstrija 14/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

l-Ażerbajġan 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Bahamas 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Bahrain 09/02/2018

Eżerċita livell għoli ta' prudenza

Il-kundizzjonijiet tas-sigurtà lokali sofrew deterjorament notevoli minħabba numru ta' inċidenti vjolenti fil-pajjiż. Għad hemm ukoll ir-riskju tat-terroriżmu. Għalhekk, għandek tevita kwalunkwe dimostrazzjonijiet pubbliċi jew postijiet iffullati. B'mod partikolari, iċ-ċittadini Maltin għandhom iżommu f'moħħhom li numru ta' dimostrazzjonijiet mistennija jsiru f'numru ta' postijiet bejn it-13 u s-16 ta' Frar 2018 biex jikkommemoraw is-seba' anniversarju tal-protesti tal-2011.

Żomm ruħek regolarment aġġornat dwar is-sitwazzjoni tas-sigurtà permezz tal-midja lokali u internazzjonali u segwi l-pariri tal-awtoritajiet lokali. Il-gvern tal-Bahrain impona curfew fuq il-passaġġi fuq l-ilma madwar il-

Bahrain bejn is-6pm u l-4am. Il-Bahrain ħabbar is-sospensjoni tar-relazzjonijiet diplomatiċi mal-Qatar, għalhekk ingħalqu l-fruntieri kollha tal-ajru u tal-baħar mal-Qatar. Kwalunkwe simpatija murija mal-Qatar fuq kwalunkwe forma ta' komunikazzjoni bil-midja hija meqjusa reat kastigabbli. Għandek tiżgura li tkun kopert minn assigurazzjoni tal-ivvjaġġar komprensiva.

Billi Malta m'għandhiex rappreżentanza diplomatika fil-Bahrain, fil-każ ta' diffikultà, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq il-koordinati li ġejjin: Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ,
Palazzo Parisio, Triq il-Merkanti, Valletta, Malta
Telefown: (+356) 21242191
Posta elettronika: consular.mftp@gov.mt

il-Bangladesh 21/05/2018

Oqgħod attent

Il-Bangladesh għandu storja twila ta’ vjolenza politika, u għaldaqstant, iċ-ċittadini Maltin kollha li bħalissa jinsabu fil-Bangladesh jew li għandhom l-intenzjoni li jmorru hemm, huma mħeġġa biex ikunu viġilanti ħafna f’żoni pubbliċi minħabba aktar theddid kontra viżitaturi mill-Punent. Evita kull vjaġġar ħlief dak essenzjali lejn Chittagong Hill Tracts, li jinkludu d-distretti ta’ Rangamati, Khagrachari u Bandarban, minħabba diżordni ċivili. Din iż-żona ma tinkludix Chittagong City, jew partijiet oħra ta’ Chittagong Division. Barra minn hekk, oqgħod attent u kkonsulta mal-awtoritajiet lokali dwar is-sitwazzjoni l-aktar riċenti qabel ma żżur Ukhia u Teknaf. Jista’ jkun li tkun teħtieġ tissodisfa rekwiżiti għall-aċċess, u t-talba tiegħek għandha tiġi sottomessa lill-awtoritajiet tal-Bangladesh tal-inqas għaxart ijiem qabel.

Barra minn dan, għad hemm riskju għoli ta’ terroriżmu fil-Bangladesh. Għaldaqstant, għandha tiġi eżerċitata viġilanza kostanti f’postijiet pubbliċi, b’mod partikolari f’postijiet iffullati u turistiċi. Jekk tara li hemm għaddejja xi dimostrazzjoni, jew tinsab f’sitwazzjoni fejn ma tħossokx sigur, mur malajr f’post sigur. Għandek issegwi l-parir tal-awtoritajiet lokali tas-sigurtà u żżomm ruħek aġġornat dwar is-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-pajjiż permezz tal-midja lokali u online.

Għandek toqgħod attent b’mod partikolari meta tivvjaġġa matul l-istaġun tal-monsoon bejn Ġunju u Settembru. Ċikluni tropikali u għargħar jistgħu jaffettwaw partijiet tal-pajjiż. Għandek issegwi l-progress tas-sistemi tat-temp li qed javvanzaw fuq is-sit web tad-Dipartiment Meteoroloġiku tal-Bangladesh (Bangladesh Meteorological Department) u l-Organizzazzjonijiet Meteoroloġika Dinjija (World Meteorological Organisation), u segwi l-parir tal-awtoritajiet lokali.

Huwa rrakkomandat li jittieħdu l-prekawzjonijiet tas-saħħa neċessarji minħabba riskji minn mard trażmess min-nemus. Iċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn il-pajjiż għandhom iżuru lill-professjonista tas-saħħa tagħhom tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel il-vjaġġ tagħhom biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn jieħdu xi tilqim, ċertifikazzjonijiet jew miżuri preventivi oħrajn. Huwa importanti li tkun kopert minn polza komprensiva tal-ivvjaġġar.

F’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Konsulat Ġenerali ta’ Malta fil-Bangladesh fuq id-dettalji li ġejjin:

CHITTAGONG
Arag Chambers (2nd Floor), 68 Agrabad Commercial Area, Chittagong
Tel: 00880 (31) 721 882, 723 369
Fax: 00880 (31) 710 934        
Indirizz elettroniku: maltaconsul.chittagong@gov.mt

DHAKA (b’ġurisdizzjoni fuq ir-Reġjuni Amministrattivi kollha tal-Bangladesh bl-eċċezzjoni ta’ Chittagong)
House No: 21 (Third Level) Road: 17
Block: C Banani, Dhaka-1213,
Il-Bangladesh
Tel: 00880-2982-1182/3/4
Fax: 00880-2982-1189
Indirizz elettroniku: maltaconsul.dhaka@gov.mt


Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi kkuntattjat ukoll fuq (+356) 21242191.

Barbados 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Belarussja 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Belġju 23/01/2018

Eżerċita livell għoli ta' prudenza

L-awtoritajiet Belġjani ħadu numru ta’ miżuri biex itejbu s-sigurtà fil-pajjiż wara numru ta’ attakki terroristiċi. Il-livell ġenerali ta’ sigurtà tniżżel għat-tieni livell għall-pajjiż kollu. Dan ifisser li hemm inqas ċans ta’ attakk. Il-Ministeru jkompli javża lir-residenti Maltin attwalment fi Brussell biex jibqgħu viġilanti f’postijiet pubbliċi, partikolarment f’postijiet iffullati. Kulmin beħsiebu jivvjaġġa lejn il-Belġju għandu jsegwi l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-sigurtà tal-pajjiż.

Huwa rrakkomandat li dawk li se jsiefru jippjanaw bil-quddiem u jallokaw biżżejjed ħin għall-kontrolli tas-sigurtà minn u lejn Brussell. Il-vjaġġaturi għandhom jiżguraw ukoll li jkunu koperti b’assigurazzjoni valida tal-ivvajaġġar.

F’każ ta’ diffikultà, residenti Maltin jistgħu jikkuntattjaw l-Ambaxxata tar-Repubblika ta’ Malta fi Brussell skont id-dettalji t’hawn taħt.

L-Ambaxxata tar-Repubblika Ta’ Malta
25, Rue Archimède, B-1000 Brussels, Belgium
Telefown: 0032 (0)2 343 0195; 0032 (02) 238 2608
Nru. ta’ Emerġenza: 0032 47 117 6896
Fax: 0032 (0)2 230 4583
Email: maltaembassy.brussels@gov.mt

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi  kkuntattjat fuq dan in-numru: (+356) 21242191.

il-Belize 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Benin 15/03/2018

Eżerċita livell għoli ta' prudenza

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn il-Benin biex ikunu kawti.

Għalkemm is-sitwazzjoni politika hija stabbli, il-vjaġġaturi għandhom isegwi l-iżviluppi lokali, li jistgħu potenzjalment jirriżultaw fi protesti u tħarbit. Għandhom jiġu evitati protesti u dimostrazzjonijiet, u għandhom jaħarbu immedjatament minn sitwazzjonijiet vjolenti.

F’Cotonou hemm problema bil-kriminalità fit-toroq, u serq mill-bwiet huwa komuni f’postijiet popolari mat-turisti. Il-vjaġġaturi m’għandhom qatt jivvjaġġaw waħedhom ma’ xatt il-baħar, anke matul il-ġurnata. L-ivvjaġġar għandu jiġi evitat speċjalment billejl u f’postijiet iżolati. F’każ ta’ emerġenza, jistgħu jċemplu lill-pulizija fuq 117.

Ma jistgħux jiġu esklużi attakki terroristiċi, u dawn jistgħu jseħħu f’postijiet popolari mat-turisti. Il-pajjiż jista’ jitqies bħala mira leġittima peress illi jikkontribwixxi għall-inizjattiva tan-NU għaż-żamma tal-paċi fil-Mali. Hemm ukoll il-possibbiltà li gruppi terroristiċi min-Niġerja jistgħu jaqsmu l-fruntieri tal-pajjiż.

Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. Il-faċilitajiet mediċi huma limitati ħafna, u huwa rrakkomandat li jkollok disponibbli provvista tal-mediċini meħtieġa. Il-vjaġġaturi għandhom dejjem ikollhom magħhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ trattament mediku barra mill-pajjiż, evakwazzjoni, u ripatrijazzjoni, kif ukoll kopja tal-paġna bijometrika tal-passaport, u kit mediku komprensiv. Komplew jidħlu rapporti ta’ tifqigħa tal-kolera, fejn Cotonou hija ż-żona l-aktar affettwata bħalissa. Mard ieħor trażmess mill-ilma huwa komuni. Il-vjaġġaturi għandhom ukoll jieħdu l-prekawzjonijiet normali biex jevitaw espożizzjoni għall-HIV u l-AIDS.

It-trasport pubbliku mhux affidabbli, u t-taxis u l-karozzi tal-linja mhumiex mantnuti sew u ta’ sikwit huma mgħobbija żżejjed. L-istandards tas-sewqan huma ħżiena wkoll. Il-Pulizija sikwit jagħmlu kontrolli tal-vetturi f’roadblocks temporanji sabiex itejbu s-sikurezza. Il-vjaġġaturi għandhom joqogħdu attenti mis-serq ta’ karozzi, u t-twieqi u l-bibien tal-vetturi għandhom jissakkru waqt is-sewqan. Il-vjaġġaturi bil-baħar fuq bastimenti kbar għandhom joqogħdu attenti għall-piraterija u s-serq.

Huwa pprojbit it-teħid ta’ ritratti ta’ siti tal-gvern u żoni sensittivi oħrajn (inkluż l-ajruport).

It-talbiet għal “rigali” minn uffiċjali sabiex jiġu ssimplifikati kwistjonijiet amministrattivi għandhom jiġu rrifjutati b’mod galbu u ferm.
Unjonijiet bejn persuni tal-istess sess mhumiex aċċettati minn kulħadd, għalkemm l-omosesswalità hija legali fil-pajjiż. Għaldaqstant, il-vjaġġaturi għandhom jevitaw wirjiet pubbliċi ta’ affezzjoni.

Il-karti tal-kreditu mhumiex aċċettati kullimkien, u l-vjaġġaturi għandhom joqogħdu attenti meta jużaw l-ATMs.

Peress illi Malta m’għandhiex rappreżentazzjonijiet diplomatiċi jew konsulari fil-Benin, f’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin fil-pajjiż jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq id-dettalji li ġejjin:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio,
Triq il-Merkanti,
Valletta, Malta
Tel:
(+356) 21242191
Indirizz elettroniku: consular.mftp@gov.mt

il-Bhutan 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Bolivja 25/05/2018

Oqgħod attent

Minħabba t-tensjoni politika u soċjali li hemm bħalissa u r-roadblocks illegali frekwenti mal-pajjiż kollu, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jwissi lill-vjaġġaturi kollha biex joqogħdu attenti ħafna fil-Bolivja. Bħalissa, is-sitwazzjoni politika fil-Bolivja hija pjuttost imprevedibbli. Għaldaqstant hemm riskju li dimostrazzjonijiet jieħdu xejra vjolenti fi żmien qasir. Għandha tiġi eżerċitata viġilanza kostanti l-ħin kollu, jiġi segwit il-parir tal-awtoritajiet lokali u l-aħbarijiet u l-midja lokali.

B’mod partikolari, huwa rrakkomandat li ċ-ċittadini Maltin joqogħdu attenti ħafna meta jidħlu fil-Bolivja fil-punti tal-fruntieri fuq l-art mal-Perù, iċ-Ċilì u l-Arġentina, minħabba li viżitaturi barranin huma partikolarment vulnerabbli għal riskju ġenerali ta’ “ħtif veloċi” - ħtif opportunistiku fuq żmien qasir, bil-mira li jinsterqu flus kontanti - f'dawn iż-żoni.  Jekk ser tivvjaġġa minn Copacabana lejn La Paz, huwa rrakkomandat li tuża karozzi tal-linja diretti biex tevita t-trasferiment fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera ta’ Desaguadero u toqgħod attent b’mod partikolari mal-wasla, speċjalment fiż-żona ta’ Cementerio General f’La Paz, fejn ġew irrappurtati għadd ta’ inċidenti. Kien hemm ukoll rapporti ta’ inċidenti simili fiż-żona ta’ Sopocachi f’La Paz.  Reati żgħar huma komuni fiċ-ċentru ta’ La Paz u f'destinazzjonijiet oħra popolari mat-turisti bħal Sagarnaga Street, fuq il-karozzi tal-linja u f’żoni iffullati oħrajn.

Barra minn hekk, nirrakkomandaw lill-vjaġġaturi kollha biex joqogħdu attenti meta jmorru jimxu fiż-żoni ta’ madwar La Paz, bħal Muela del Diablo, viċin Rurrenabaque fl-Andes Bolivjani, f’Los Yungas, u fil-mogħdijiet tal-Inca, peress li l-kriminali għandhom it-turisti fil-mira.

Minħabba tilwim bejn il-komunitajiet lokali fuq Isla del Sol f’Lake Titicaca kien hemm tħarbit fit-trasportazzjoni tul ir-rotta turistika popolari bejn Copacabana u Isla del Sol. Għandu jiġi żgurat li jittieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji tas-sikurezza u li jiġu kkonsultati l-awtoritajiet lokali qabel ma żżur iż-żona.

Għalkemm ma hemm ebda storja riċenti ta’ terroriżmu fil-Bolivja, ma jistgħux jiġu esklużi attakki; għaldaqstant il-vjaġġaturi għandu dejjem ikunu viġilanti.

Minħabba li hemm evidenza li t-trażmissjoni tal-virus Zika għadha għaddejja fil-Bolivja, inħeġġu liċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn il-pajjiż, jew li huma diġà hemm, biex jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji tas-saħħa u jadottaw miżuri metikolużi biex jipprevjenu gdim min-nemus. Barra minn hekk, minħabba l-okkorrenza frekwenti ta’ bosta każijiet ta’ deni isfar, deni Dengue, Malarja u l-virus Chikungunya matul is-sena, huwa rrakkomandat bil-qawwa li jsir tilqim kontra mard trażmess min-nemus. Għandha tingħata wkoll attenzjoni għall-iġjene tal-ikel u għandu jinxtorob biss ilma tal-flixkun.

Iċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn il-pajjiż għandhom iżuru lill-professjonista tas-saħħa tagħhom tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel il-vjaġġ tagħhom biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn jieħdu xi tilqim, ċertifikazzjonijiet jew miżuri preventivi oħrajn. Barra minn hekk, għandhom jiżguraw ukoll li għandhom polza komprensiva tal-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar.

F’każ ta’ diffikultà fil-pajjiż, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Konsulati Onorarji rispettivi fuq id-dettalji li ġejjin:

LA PAZ
b’ġurisdizzjoni fuq il-Bolivja ħlief id-Dipartiment ta’ Santa Cruz
Avenida 6 de Agosto No. 2700
Edificio Torre Empresarial CADECO, Piso 17 oficina 1702
Zona San Jorge
La Paz – Il-Bolivja
Tel: 00591 2 211 5583
Indirizz elettroniku: maltaconsul.lapaz@gov.mt

SANTA CRUZ
b’ġurisdizzjoni fuq id-Dipartiment ta’ Santa Cruz
Av. Cristobal de Mendoza No 214, 2do Anillo, Edif. Castelo Branco Depto. 1A, Santa Cruz – Il-Bolivja
Tel: 00591 3 3397052
Indirizz elettroniku: maltaconsul.santacruz@gov.mt

il-Botswana 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Bożnija Ħerzegovina 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Brażil 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Brunei 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Bulgarija 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Burkina Faso 08/03/2018

Oqgħod attent

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn il-Burkina Faso biex ikunu kawti ħafna.

Iċ-ċittadini Maltin huma mħeġġa biex jevitaw kull vjaġġar lejn il-postijiet li ġejjin fil-Burkina Faso minħabba riskji akbar ta’ attakki terroristiċi u vjolenza kontra l-barranin:

- iż-żoni kollha fil-pajjiż li jinsabu fit-Tramuntana tal-belt ta’ Boulsa;
- żoni sa 40km mill-fruntiera tal-Punent mal-Mali;
- il-Park Nazzjonali W fix-Xlokk viċin il-fruntieri tan-Niġer u l-Benin.

Barra minn hekk, il-Ministeru javża kontra kull vjaġġar ħlief dak essenzjali lejn il-kumplament tal-Burkina Faso, inkluż il-belt kapitali Ouagadougou.

Huwa probabbli li jkun hemm attakki terroristiċi fil-Burkina Faso. Għal din ir-raġuni, huwa rrakkomandat li l-vjaġġaturi fil-Burkina Faso għandhom jevitaw postijiet iffollati, bħal dimostrazzjonijiet, u żoni li huma popolari mal-barranin. Fiż-żoni bħar-reġjun Saħel-Saħarjan li huma popolari ħafna mal-barranin minħabba avvenimenti sportivi u kulturali bħal rallies fid-deżert jew festivals tal-mużika, jeżistu riskji konsiderevoli ta’ attakki jew ħtif. Il-vjaġġaturi huma avżati biex isegwu l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet lokali u jimmonitorjaw ir-rapporti fil-midja lokali.

Il-Burkina Faso ġie kklassifikat f’riskju ta’ mard trażmess min-nemus bħad-deni dengue u l-virus zika, għaldaqstant huwa importanti li l-vjaġġaturi jieħdu l-prekawzjonijiet tas-saħħa meħtieġa. Hija rrakkomandata assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u s-saħħa għal vjaġġar lejn dan il-pajjiż.

Peress illi Malta m’għandhiex rappreżentazzjoni diplomatika fil-Burkina Faso, f’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin fil-Burkina Faso jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq id-dettalji li ġejjin:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ,
Palazzo Parisio,
Triq il-Merkanti,
Valletta, Malta
Nru tat-Tel. (+356) 21242191
Indirizz elettroniku: consular.mftp@gov.mt

il-Burundi 25/05/2018

Evita kull safar

Minħabba t-tensjoni politika kurrenti, id-diżordni ċivili u vjolenza bl-armi ta’ kuljum mal-pajjiż kollu, prinċipalment minħabba l-elezzjonijiet presidenzjali kontroversjali ta’ Lulju 2015, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jwissi kontra kull vjaġġar lejn il-Burundi. Barra minn dan, peress li fis-17 ta’ Mejju 2018 sar referendum dwar l-emenda tal-Kostituzzjoni ta’ Burundi, is-sitwazzjoni tas-sigurtà tista’ malajr tmur għall-agħar.  Is-sitwazzjoni hija partikolarment severa f’Bujumbura, fejn ġew irrappurtati inċidenti vjolenti, inkluż għadd ta’ assassinji politiċi u militari mmirati.  

Iseħħu dimostrazzjonijiet regolarment, b’mod partikolari f’Bujumbura, u dawn jistgħu jieħdu xejra vjolenti f’daqqa waħda. Minħabba dan, iċ-ċittadini Maltin kollha li bħalissa jinsabu fil-Burundi għandhom ikunu kawti ħafna, jevitaw kull forma ta’ dimostrazzjoni jew ġemgħa pubblika, isegwu l-parir tal-awtoritajiet lokali u jsegwi l-midja lokali.

Barra minn dan, hemm riskju għoli ta’ terroriżmu fil-pajjiż primarjament minħabba l-parteċipazzjoni u l-appoġġ li l-forzi armati tal-Burundi qed jagħtu fil-missjoni għaż-żamma tal-paċi tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja.

Minħabba li hemm rapporti li t-trażmissjoni tal-virus Zika għadha għaddejja fil-Burundi, inħeġġu lil dawk kollha li huma fil-pajjiż biex jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji tas-saħħa u jadottaw miżuri metikolużi biex jipprevjenu gdim min-nemus. Barra minn dan, minħabba l-okkorrenza frekwenti ta’ bosta każijiet tal-Malarja u l-Kolera fi snin riċenti, għandha tingħata wkoll attenzjoni għall-iġjene tal-ikel u għandu jinxtorob biss ilma tal-flixkun. Huwa importanti li tieħu l-prekawzjonijiet neċessarji u li tfittex attenzjoni medika urġenti fil-każ li tħossok ma tiflaħx.

Peress illi Malta m’għandhiex rappreżentazzjoni diplomatika fil-Burundi, f’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq id-dettalji li ġejjin:


Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio,
Triq il-Merkanti,
Valletta, Malta
Tel: (+356) 21242191
Indirizz elettroniku: consular.mftp@gov.mt  

Cape Verde 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

iċ-Chad 01/06/2018

Evita kull safar f'ċerti nħawi

Pariri dwar Vjaġġar

Iċ-Chad
01/06/2018

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ iwissi liċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn iċ-Chad kontra kull vjaġġar lejn:
• Żoni sa 30 km mill-fruntieri kollha
• Sa 30 km minn Lake Chad (fejn hemm fis-seħħ stat ta’ emerġenza) u l-partijiet tar-reġjuni ta’ Kenam u Lac fil-Punent tal-bliet ta’ Mao u Bol
• Ir-reġjuni ta’ Ennedi u Tibesti
• Ir-reġjun ta’ Borkou

Il-Ministeru jwissi kontra kull vjaġġar ħlief dak essenzjali lejn il-kumplament tal-partijiet kollha tal-pajjiż, inkluż il-belt kapitali, N’Djamena, u l-belt ta’ Faya Largeau.

Huwa probabbli li jseħħu attakki terroristiċi, u dawn jistgħu jseħħu f’postijiet popolari mat-turisti. Is-sigurtà fil-belt kapitali ġiet rinfurzata, u l-punti ta’ kontroll tal-pulizija saru rutina. Barra minn dan, hemm theddida serja ta’ ħtif minn gruppi terroristiċi, b’mod partikolari fil-Baċin ta’ Lake Chad, fir-Reġjun tas-Saħel, u fiż-żoni tal-fruntiera mas-Sudan u mar-Repubblika Ċentru-Afrikana. Matul dawn l-aħħar għaxar snin, ċittadini mill-Punent ġew maħtufa fis-Saħel, u miri leġittimi jinkludu ħaddiema umanitarji, ġurnalisti, u negozjanti. Għaldaqstant, it-turisti għandhom ikunu viġilanti l-ħin kollu, speċjalment f’żoni ffullati u pubbliċi. Huwa importanti li jsegwu l-parir tal-awtoritajiet lokali.

Fiċ-Chad tal-Lvant għad hemm il-bigantraġġ u kriminalità vjolenti. Barra minn dan, bosta drabi ġie rrappurtat serq bl-armi, u l-barranin kultant kienu fil-mira. Kriminalità bħal din hija komuni fiż-żoni residenzjali ta’ N’Djamena. Il-vjaġġaturi m’għandhomx jimxu waħedhom, u oġġetti ta’ valur (inkluż passaporti) għandhom jinżammu mistura.  Mhuwiex irrakkomandat li tivvjaġġa waħdek. Żdiedu wkoll rapporti ta’ serq u ħtif ta’ karozzi barra minn N’Djamena.

Il-vjaġġaturi għandhom joqogħdu attenti waqt is-sewqan minħabba l-manutenzjoni ħażina tat-toroq u kwalità baxxa tal-istandards tas-sewqan. Ma tistax tgħaddi minn ħafna toroq matul l-istaġun tax-xita. Sabiex ikunu jistgħu jivvjaġġaw barra mill-belt kapitali, il-vjaġġaturi jeħtieġu l-awtorizzazzjoni mill-Ministeru tal-Intern. Barra minn dan, huwa rrakkomandat li jivvjaġġaw f’konvoj, il-bibien tal-karozza jinżammu msakkrin, u li jevitaw l-ivvjaġġar wara li jidlam. Għandhom jiġu evitati dimostrazzjonijiet u ġemgħat kbar, u huwa importanti li tiġi segwita l-midja lokali għal aġġornamenti.

Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. Il-faċilitajiet mediċi huma ħżiena, u l-isptarijiet kultant huma affettwati mill-istrajkijiet. Il-vjaġġaturi għandu dejjem ikollhom magħhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni, u kopja tal-paġna bijometrika tal-passaport, u kit mediku komprensiv. Għandek tikkuntattja lill-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek minnufih jekk tiġi riferut għand faċilità medika għal trattament.

Il-malarja u mard trażmess mill-ilma huma komuni, u għaldaqstant huwa rrakkomandat li tixrob jew tuża biss ilma mgħolli jew ilma tal-flixkun. Għandhom jiġu evitati xarbiet bis-silġ. Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex tiġi evitata espożizzjoni għall-HIV/AIDS.
Dejjem għandha tinġarr xi forma ta’ identifikazzjoni, u n-nuqqas li tiġi ppreżentata tali dokumentazzjoni jista’ jwassal għal detenzjoni.

It-teħid ta’ ritratti ta’ installazzjonijiet tal-gvern jew militari, u tal-ajruport huwa strettament pprojbit, u f’ċerti postijiet permessi huma meħtieġa.

L-omosesswalità mhix aċċettata, u liġi ġdida daħlet fis-seħħ f’Awwissu 2017 u din tikkriminalizza l-attività sesswali bejn persuni tal-istess sess.

Il-vjaġġaturi għandhom jilbsu f’mod konservattiv, minħabba ż-żoni li huma Musulmani b'mod predominanti.
Peress illi Malta m’għandhiex rappreżentazzjonijiet diplomatiċi jew konsulari fiċ-Chad, f’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin fil-pajjiż jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq id-dettalji li ġejjin:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio,
Triq il-Merkanti,
Valletta, Malta
Tel: (+356) 21242191
Indirizz elettroniku: consular.mftp@gov.mt

iċ-Ċilì 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

iċ-Ċina 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

Ċipru 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

Comoros 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Costa Rica 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

id-Danimarka 21/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Fl-4 ta’ Jannar 2016, l-awtoritajiet Daniżi żiedu l-kontrolli fil-fruntiera fuq l-art mal-Ġermanja u fil-punti ta’ qsim kollha lejn l-Iżvezja. Iċ-ċittadini Maltin għaldaqstant għandhom ikollhom il-passaport tagħhom meta jivvjaġġaw mill-Ġermanja u jużaw il-fruntiera fuq l-art, jew jivvjaġġaw bil-ferrovija, bit-triq, jew b’vapur mill-Iżvezja u jiċċekkjaw mal-fornitur tat-trasport tagħhom għal aġġornamenti.

F’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lil dan li ġej:

Il-Konslu Onorarju ta’ Malta f’Copenhagen:
Lyngebaekgårds Alle 2
2990 Nivå
Tel: 0045 4556 0056
Indirizz elettroniku: maltaconsul.copenhagen@gov.mt


Il-Konslu Onorarju ta’ Malta f’Aarhus:
b’ġurisdizzjoni fuq Jutland
Flakvej 3
8240 Risskov
Tel: 0045 8692 8359
Mowbajl: 0045 4028 9313
Indirizz elettroniku: maltaconsul.aarhus@gov.mt; ellerbaek@email.dk


Il-Konslu Onorarju ta’ Malta f’Odense:
b’ġurisdizzjoni fuq Funen
Edisonvej 3,DK-5000 Odense C
Telefown: 0045 20 29 82 10
Indirizz elettroniku: maltaconsul.odense@gov.mt

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi kkuntattjat ukoll fuq (+356) 21242191.

il-Djibouti 01/06/2018

Evita kull safar f'ċerti nħawi

Pariri dwar Vjaġġar

Il-Djibouti
01/06/2018

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ iwissi liċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn il-Djibouti kontra kull vjaġġar lejn il-fruntiera mal-Eritrea. Wara l-ġlied militari bejn il-Djibouti u l-Eritrea fl-2008, is-sitwazzjoni tibqa’ fraġli, u huwa possibbli li jkun hemm aktar konflitt. Il-vjaġġaturi għandhom jeżerċitaw l-ogħla grad ta’ kawtela jekk ser jivvjaġġaw lejn żoni remoti, bħall-fruntiera mas-Somaliland, peress li l-preżenza tas-sigurtà hija baxxa. Barra minn dan, huwa probabbli li jseħħu attakki terroristiċi, u dawn jistgħu jseħħu f’postijiet popolari mat-turisti. Għaldaqstant, it-turisti għandhom ikunu viġilanti l-ħin kollu, speċjalment f’żoni ffullati u pubbliċi. Huwa importanti li jsegwu l-parir tal-awtoritajiet lokali.

Il-vjaġġaturi għandhom joqogħdu attenti għal reati żgħar, u oġġetti ta’ valur (inkluż passaporti) għandhom jinżammu mistura. Mhuwiex irrakkomandat li timxi waħdek madwar il-belt tard billejl. It-turisti li jivvjaġġaw barra mill-belt kapitali jistgħu jkunu f’riskju ta’ bigantraġġ.

Il-vjaġġaturi għandhom joqogħdu attenti waqt is-sewqan minħabba l-kundizzjonijiet ħżiena tat-toroq u nuqqas ta’ dawl. Barra minn hekk, il-vjaġġaturi huma mwissija kontra kull vjaġġar barra miċ-ċentri tal-bliet wara li jidlam, minħabba nuqqas ta’ dwal fil-vetturi u minħabba l-annimali selvaġġi. Il-pulizija jwaqqfu wkoll rombli tal-wajers bħala roadblocks, li ma jkunux viżibbli sew billejl. Il-mini splussivi huma komuni fid-distretti ta’ Obock, Tadjoura, u Ali Sabeih. Turisti li ser jivvjaġġaw bil-baħar iridu joqogħdu attenti mill-piraterija, li għadha theddida sinifikanti fil-Golf ta’ Aden u fl-Oċean Indjan.

Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. Barra minn hekk, għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex tiġi evitata espożizzjoni għall-HIV/AIDS.

Il-faċilitajiet tas-saħħa fil-pajjiż huma ħżiena, iżda għad hemm xi faċilitajiet tas-saħħa li joffri servizzi affidabbli. Il-vjaġġaturi għandu dejjem ikollhom magħhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni, u kopja tal-paġna bijometrika tal-passaport, u kit mediku komprensiv. F’każ ta’ emerġenza, iċ-ċittadini Maltin li jivvjaġġaw lejn il-pajjiż jistgħu jċemplu fuq 35 09 62 jew 35 27 12 (switchboard), u jitolbu ambulanza. Għandek tikkuntattja lill-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek minnufih jekk tiġi riferut għand faċilità medika għal trattament.
It-teħid ta’ ritratti ta’ uffiċċji tal-gvern, residenzi, binjiet tal-pulizija u militari, u ajruporti huwa strettament pprojbit.

Imġiba omosesswali hija illegali.  

Minħabba li l-Djibouti għandu popolazzjoni Musulmana b’mod predominanti, il-vjaġġaturi għandhom jilbsu lbies konservattiv.

Peress illi Malta m’għandhiex rappreżentazzjonijiet diplomatiċi jew konsulari fil-Djibouti, f’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin fil-pajjiż jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq id-dettalji li ġejjin:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio,
Triq il-Merkanti,
Valletta, Malta
Tel: (+356) 21242191
Indirizz elettroniku: consular.mftp@gov.mt

Dominica 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

l-Eġittu 10/05/2018

Evita kull safar f'ċerti nħawi

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn il-pajjiż biex ikunu kawti ħafna, u biex jevitaw kull vjaġġar lejn ċerti reġjuni minħabba t-tensjoni fir-reġjuni ta’ madwar il-pajjiż u anke minħabba ż-żieda fl-attivitajiet kriminali u attakki terroristiċi kontinwi.

L-Eġittu għaddej minn taqlib politiku li ra protesti u dimostrazzjonijiet vjolenti. Gruppi terroristiċi ilhom jheddu lill-gvern Eġizzjan, l-installazzjonijiet militari, ċittadini mill-Punent, istituzzjonijiet, negozji, u l-avjazzjoni. Attakki riċenti inkludew attakk ta’ bomba nhar l-24 ta’ Marzu 2018, jumejn qabel l-elezzjonijiet Presidenzjali, li kellu fil-mira l-Kap tas-Sigurtà Eġizzjan. Fid-9 ta’ Frar 2018, il-gvern Eġizzjan nieda operazzjoni fuq skala kbira kontra t-terroriżmu fis-Sinaj tat-Tramuntana, id-Delta tan-Nil u d-deżert tal-Punent. Għaldaqstant kun viġilanti l-ħin kollu u segwi l-pariri tal-forzi tas-sigurtà lokali. Għaldaqstant, għalkemm l-awtoritajiet Eġizzjani żiedu l-miżuri tas-sigurtà, iċ-ċittadini Maltin kollha li qed jivvjaġġaw fil-pajjiż iridu jkunu viġilanti ħafna l-ħin kollu.

Minħabba dan, il-Ministeru jwissi kontra kull vjaġġar lejn il-Provinċja tas-Sinaj tat-Tramuntana. Barra minn dan, il-Ministeru jwissi kontra kull vjaġġar, ħlief dak essenzjali, lejn il-Provinċja tas-Sinaj tan-Nofsinhar, u lejn iż-żona fil-Punent tar-reġjuni tal-Wied tan-Nil u d-Delta tan-Nil, esklużi ż-żoni kostali bejn id-Delta tan-Nil u Marsa Matruh. Huwa rrakkomandat li jsir biss vjaġġar essenzjali bl-ajru lejn u minn Sharm El Sheikh u kwalunkwe vjaġġar bit-triq għandu jkun akkumpanjat minn skorta tas-sigurtà u l-vjaġġaturi huma meħtieġa li jkollhom fil-pussess tagħhom evidenza tal-prenotazzjoni tal-lukanda. Ċittadini Maltin m’għandhomx jivvjaġġaw lejn fortizzi magħrufa tal-Fratellanza Musulmana bħal Ain Shams Matareya (il-Kajr) u El Haram, Kerdasa, Nahya, Imbaba (Giża).

L-omosesswalità mhix aċċettata sew fl-Eġittu u persuni LGBT tressqu l-qorti b’akkużi ta’ għemejjel immorali talli xejru bandiera qawsalla waqt kunċert f'Settembru 2017. Il-fastidju sesswali tan-nisa huwa partikolarment mifrux sew fil-Kajr.

Meta jkunu qed jivvjaġġaw fil-pajjiż, iċ-ċittadini Maltin huma mħeġġa li jieħdu l-miżuri kollha neċessarji tas-sikurezza fit-toroq jekk qed jivvjaġġaw bil-karozza, minħabba r-rati għoljin ta’ inċidenti u fatalitajiet tat-toroq fil-pajjiż. B’mod ġenerali, wieħed għandu jevita li jivvjaġġa waħdu jew bit-trasport pubbliku u għandhom jintużaw biss servizzi magħrufa tat-taxi jew tat-trasport. Għandhom jiġu evitati protesti jew laqgħat tal-massa viċin binjiet tal-gvern.

M’għandu jkun hekk ebda periklu għal tranżitu jew tibdil ta’ titjiriet mill-ajruport tal-Kajr. Huwa possibbli li tkun meħtieġ tasal l-ajruport aktar kmieni min-normal biex tgħaddi minn kontrolli tas-sigurtà addizzjonali fis-seħħ. Wara s-sospensjoni tar-relazzjonijiet diplomatiċi bejn l-Eġittu u l-Qatar, il-punti tad-dħul kollha tal-fruntieri tal-ajru u tal-baħar bejn iż-żewġ pajjiżi huma magħluqin.

Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. Il-vjaġġaturi għandu dejjem ikollhom magħhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni, u kopja tal-paġna bijometrika tal-passaport. Xi mediċini bir-riċetta tat-tabib u oħrajn li jinxtraw mill-ispiżerija huma meqjusa bħala sustanza kkontrollata fl-Eġittu. Għaldaqstant, mediċini bħal dawn ma jkunux jistgħu jiddaħħlu fil-pajjiż mingħajr il-kunsens mill-awtoritajiet tas-saħħa pertinenti. Vjaġġaturi b’mediċini preskritti għandhom iġorru magħhom ittra medika mit-tabib tagħhom, li tispeċifika d-dettalji tal-kundizzjoni, u li l-mediċina hija għal użu personali biss. F’każ ta’ emerġenza, il-vjaġġaturi jistgħu jċemplu ambulanza fuq 123.

F’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Ambaxxata tar-Repubblika ta’ Malta fil-Kajr fuq id-dettalji li ġejjin:

L-Ambaxxata tar-Repubblika ta’ Malta
1 El Saleh Ayoub Street,
2nd floor, Apt. 24, Zamalek, Cairo
Tel. tal-Uffiċċju: 0020 (2) 2736 2368/9
Taqsima tal-Viża: Tel: 0020 (2) 2735 6717/9
Nru ta’ Emerġenza:  0020 1063827105
Indirizz elettroniku: maltaembassy.cairo@gov.mt

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi kkuntattjat ukoll fuq (+356) 21242191.

l-Ekwador 05/07/2018

Oqgħod attent

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn l-Ekwador biex ikunu kawti ħafna wara li żbroffa l-vulkan ta’ Sierra Negra, li jinsab fuq Isabela Island fil-Galapagos, fis-26 ta’ Ġunju 2018. Għalkemm l-emissjonijiet tal-lava u l-irmied għadhom ma laħqux żoni popolati, l-awtoritajiet lokali ħarġu allert oranġjo. L-awtoritajiet lokali evakwaw in-nies fiż-żoni f’riskju għoli u rrestrinġew l-attivitajiet turistiċi kollha fiż-żoni. Huwa importanti li ssegwi l-parir tal-awtoritajiet lokali, u żżomm ruħek infurmat dwar l-attività ta’ vulkani oħrajn fil-pajjiż u fl-Arċipelagu tal-Galapagos.

Il-Ministeru jwissi wkoll kontra kull vjaġġar sa 20km miż-żona ta’ esklużjoni tul il-fruntiera mal-Kolumbja, ħlief il-belt tal-Tulcan għall-qsim uffiċjali tal-fruntieri fil-provinċja ta’ Carchi. Dan huwa minħabba l-preżenza ta’ gruppi tal-Gwerilla, traffikanti tad-drogi u gruppi kriminali, li huma ta’ riskju għoli ta’ kriminalità. Il-miri potenzjali jinkludu ħaddiema fis-settur taż-żejt u barranin. Barra minn hekk, il-vjaġġaturi huma mwissija wkoll kontra kull vjaġġar lejn il-provinċja ta’ Esmeraldas. Il-Ministeru jwissi wkoll kontra kull vjaġġar ħlief dak essenzjali lejn iż-żoni ta’ Tarapoa u r-riżerva ta’ Cuyabeno f’Sucumbios. F’Sucumbios hemm riskju għoli ta’ kriminalità, u ċ-ċittadini barranin ġew attakkati b’armi tan-nar u maħtufa fiż-żoni. Barra minn hekk, il-Ministeru jwissi wkoll kontra kull vjaġġar ħlief dak essenzjali lejn iż-żoni ta’ El Angel Ecological Reserve f’Carchi. Il-Ministeru jwissi wkoll li għandhom joqogħdu attenti fil-parks ta’ La Carolina u El Ejido, u fid-distretti ta’ La Mariscal, La Floresta, u La Marin. Huwa rrakkomandat li jevitaw li jivvjaġġaw waħedhom lejn l-għolja ta’ El Panecillo, u biex jużaw tours affidabbli. Għandhom ikunu kawti wkoll fit-terminals tal-karozzi tal-linja. F’Guayaquil, il-vjaġġaturi huma wkoll mwissija biex joqogħdu attenti b’mod partikolari fit-terminal tal-karozzi tal-linja, u anke fid-distretti ta’ Urdesa, Kennedy, Alborada, u Malecon Simon Bolivar.

Dimostrazzjonijiet, protesti u strajkijiet fit-toroq huma komuni fl-Ekwador, u dawn jistgħu jieħdu xejra vjolenti. Għaldaqstant, il-vjaġġaturi kollha huma mwissija biex jevitaw ġemgħat bħal dawn u biex isegwu l-midja lokali. Għalkemm ma hemm ebda storja ta’ terroriżmu fil-pajjiż, fl-2018 kien hemm għadd ta’ inċidenti bi splużjonijiet ta’ bombi fil-provinċja ta’ Esmeraldas. Għalhekk, huwa importanti li tingħata attenzjoni għat-twissijiet maħruġa mill-awtoritajiet u biex ikunu kawti ħafna.

Għalkemm il-biċċa l-kbira taż-żjajjar huma mingħajr problemi, il-vjaġġaturi jridu joqogħdu attenti għal serq vjolenti u serq mill-bwiet, li huma komuni ħafna. Huwa rrakkomandat li l-vjaġġaturi jżommu l-oġġetti ta’ valur (inkluż il-passaporti) mistura sew, u biex joqogħdu attenti għall-oġġetti personali tagħhom. Il-ħallelin jadottaw metodi differenti biex jaljenaw lin-nies (inkluż, iżda mhux limitat għal, talbiet għall-għajnuna u ġlidiet foloz). Serq bl-armi huma ta’ periklu b’mod speċjali fi Quito, Guayaquil, u f’żoni remoti. Ir-rucksacks għandhom jintlibsu fuq quddiem, u fejn possibbli, huwa rrakkomandat li tevita li tqiegħed oġġetti fil-kompartamenti ta’ ħażna jew taħt is-sedil tiegħek fuq il-karozzi tal-linja. Għandha tittieħed attenzjoni partikolari fl-ATMs. Żdiedu l-inċidenti ta’ attakki u attakki sesswali kontra nisa barranin f’Montañita. Għalhekk, il-viżitaturi nisa għandhom joqogħdu aktar attenti, isibu akkomodazzjoni sigura u ta’ reputazzjoni tajba, jevitaw li jivvjaġġaw billejl, u joqogħdu attenti għal stupru waqt namrar u spiking ta’ xorb. Il-vjaġġaturi għandhom joqogħdu attenti minn nies stranġieri li joffru ikel u xorb, fuljetti, kampjuni ta’ fwieħa, u sigaretti. Kien hemm ukoll ħtif veloċi b’mod partikolari f’Quito u Guayaquil, bil-għan li jiżvojtaw il-kontijiet tal-bank tal-vittmi. Kriminalità bħal din tista’ sseħħ ukoll f’taxis irreġistrati, u l-miri ewlenin jinkludu nies lokali u viżitaturi barranin. Żdied ukoll is-serq fuq trasport interstatali u fi stazzjonijiet tal-karozzi tal-linja. Il-vjaġġaturi għandhom jevitaw li jivvjaġġaw bit-triq wara li jidlam. L-awtoritajiet lokali nedew proġett tas-sigurtà li jinkludi l-installazzjoni ta’ kits tas-sigurtà fuq karozzi tal-linja u taxis irreġistrati. Huwa rrakkomandat li jintużaw biss taxis sofor irreġistrati li għandhom il-logo “transporte seguro”. F’Quito u fl-ajruporti u t-terminals tal-karozzi tal-linja, tista’ ssib unità tal-Pulizija tat-Turiżmu.

Il-kundizzjonijiet tat-toroq u tal-vetturi jvarjaw, u r-regolamenti tas-sewqan mhumiex osservati, għalhekk l-inċidenti tat-traffiku huma okkorrenza komuni ħafna. Iċ-ċittadini barranin korrew serjament f’inċidenti bħal dawn, anke meta użaw karozzi tal-linja. Huwa importanti li tiċċekkja li k-kumpanija tal-karozzi tal-linja użata hija assigurata ma’ SPPAT. Trid tkun kawt anke fl-ivvjaġġar bil-baħar. Fejn il-Gżejjer ta’ Galapagos kien hemm bosta inċidenti li involvew id-dgħajjes. Barra minn hekk, kien hemm ukoll piraterija u inċidenti ta’ serq madwar l-ibħra tal-Ekwador.

Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. Il-pajjiż jiffaċċja wkoll riskju ta’ trażmissjoni tal-virus Zika. Barra minn hekk, huwa importanti li tinnota li tilqima għad-deni isfar hija obbligatorja meta tidħol fl-Ekwador minn pajjiżi endemiċi (bħall-Brażil u l-Uganda). Minħabba żoni ta’ altitudni għolja, il-vjaġġaturi huma mwissija wkoll biex jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji biex jevitaw mard mill-altitudni u riskji relatati. Il-kura tas-saħħa tista’ tkun għalja u mhux dejjem disponibbli barra mill-bliet ewlenin. Il-vjaġġaturi għandu dejjem ikollhom magħhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni, u kopja tal-paġna bijometrika tal-passaport, u kit mediku komprensiv. F’każ ta’ emerġenza, il-vjaġġaturi jistgħu jċemplu ambulanza fuq 911. Huwa importanti li tiċċekkja mal-kumpanija tal-assigurazzjoni minnufih jekk tiġi riferut għand faċilità medika għal trattament.

L-Ekwador huwa suxxettibbli għal attivitajiet sismiċi u vulkaniċi, tsunami, nirien tal-foresti, xita qalila, u għargħar kullimkien. F’każijiet bħal dawn, il-vjaġġaturi għandhom isegwu l-parir tal-awtoritajiet lokali u jsegwu l-midja lokali.  

Il-passaporti għandhom ikunu validi għal perjodu minimu ta’ 6 xhur mid-data tad-dħul. Inkella, tista’ tiġi miċħud li tidħol fil-pajjiż.  

Il-liġi teħtieġ li l-vjaġġaturi dejjem iġorru ID. Huwa importanti li dejjem iżżomm kopja tal-paġna bijometrika u tal-paġna tal-viża bit-timbru tad-dħul.

Relazzjonijiet omosesswali huma rikonoxxuti fl-Ekwador. Madankollu, għadu jeżisti ċertu livell ta’ diskriminazzjoni, u wirjiet pubbliċi ta’ affezzjoni jistgħu jattiraw attenzjoni mhux mixtieqa.

Il-vjaġġaturi għandhom joqogħdu attenti għal alluċinoġeni tradizzjonali, li ta’ sikwit jissejħu Ayahuasca jew San Pedro. Sustanzi bħal dawn huma kkummerċjalizzati lit-turisti bħala “cleansers spiritwali”, u barra li huma illegali f’bosta pajjiżi, l-intossikazzjoni tista’ twassal biex in-nies jiġu attakkati u misruqa. Dawn is-sustanzi jinvolvu riskji għoljin, u xi nies ġarrbu mard serju u anke mwiet.

F’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin fl-Ekwador jistgħu jikkuntattjaw lill-Konslu Onorarju fi’Guayaquil u Quito fuq id-dettalji li ġejjin:


GUAYAQUIL (b’ġurisdizzjoni fuq ir-Repubblika tal-Ekwador)

Edificio Equidor
Km. 2.5 de la Avenida Carlos Julio Arosemena
Junto al conjunto residencial Alta Gracia
Guayaquil, L-Ekwador
P.O. Box Urdesa Guayaquil 09-066140
Tel: 00593 4 22001145, 00593 4 2200910 and 00593 4 2200709
Mowbajl: 00593 994 360 900
Indirizz elettroniku: maltaconsul.guayaquil@gov.mt


QUITO (b’ġurisdizzjoni fuq il-provinċji ta’ Pichincha, Imbabura, Napo, Cotopaxi, Santo Domingo de los Tsáchilas u Manabi)

Av. 12 de Octubre N26-141 y Orellana,
Edificio Jerico Piso 10 Of. 10-A
Quito, L-Ekwador
Tel: 00593 2 252 0005
Indirizz elettroniku: enefreile@yahoo.com; maltaconsul.quito@gov.mt



Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi kkuntattjat ukoll permezz tat-telefown. (+356) 21242191.

El Salvador 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

l-Emirati Għarab Magħquda 11/05/2018

Oqgħod attent

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża lill-vjaġġaturi Maltin fil-pajjiż biex ikunu kawti minħabba t-theddidiet terroristiċi attwali u t-tensjoni fir-reġjuni madwar il-pajjiż. Huwa probabbli li jseħħu attakki terroristiċi, u dawn jistgħu jseħħu f’postijiet popolari mat-turisti. Theddidiet attwali jinkludu attakki potenzjali fir-reġjun tal-Golf kontra interessi tal-Punent, il-militar, l-infrastruttura taż-żejt, is-sistemi tat-trasport, u postijiet pubbliċi.

Barra minn dan, matul l-aħħar sentejn, ġew sparati bosta missili mill-Jemen lejn l-Arabja Sawdija, u hemm affermazzjonijiet li missili jistgħu wkoll jippruvaw jimmiraw lejn l-EGħM. Fi kwalunkwe inċident, il-vjaġġaturi għandhom isegwu l-parir tal-awtoritajiet lokali, u jżommu ruħhom aġġornati permezz tal-midja lokali u internazzjonali.

Barra minn hekk, fl-2017, l-EGħM waqqfu r-rabtiet diplomatiċi mal-Qatar, li wassal għal għeluq ta’ rotot bit-triq, l-ajru u l-baħar bejn il-pajjiż u l-Qatar, kif ukoll restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar li jaffettwaw lil kull min għandu residenza fil-Qatar. It-titjiriet kollha bejn l-EGħM u l-Qatar huma sospiżi sa ma jingħata avviż ieħor. Minħabba dawn il-miżuri, il-vjaġġaturi fir-reġjun huma probabbli li jiltaqgħu ma’ tħarbit. Għaldaqstant, iċ-ċittadini Maltin kollha fir-reġjun huma mwissija biex jiċċekkjaw mal-linja tal-ajru jew mal-aġent tal-ivvjaġġar tagħhom qabel ma jibdew il-vjaġġ.

Il-maġġoranza taż-żjarat lejn l-EGħM huma mingħajr problemi, iżda l-vjaġġaturi għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa. Qatt m’għandhom jiġu aċċettati lifts minn stranġieri, u għandu jintuża biss trasport magħruf. Il-vjaġġaturi għandhom iħarsu l-oġġetti personali tagħhom il-ħin kollu. Għalkemm l-istupru u l-attakki sesswali huma rari, kien hemm rapporti ta’ attakki bħal dawn. Ix-xarbiet qatt m’għandhom jitħallew waħedhom, u vjaġġaturi nisa għandhom ikunu viġilanti meta jivvjaġġaw waħedhom, speċjalment billejl.

Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. Il-vjaġġaturi għandu dejjem ikollhom magħhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni, u kopja tal-paġna bijometrika tal-passaport. Xi mediċini bir-riċetta tat-tabib u oħrajn li jinxtraw mill-ispiżerija huma meqjusa bħala sustanzi kkontrollati fil-pajjiż, u ma jistgħux jiddaħħlu fl-EGħM mingħajr il-kunsens mill-awtoritajiet tas-saħħa pertinenti. F’każ ta’ emerġenza, iċ-ċittadini Maltin fil-pajjiż jistgħu jċemplu ambulanza fuq 998, u jekk jiġu riferuti għand faċilità medika, il-vjaġġaturi għandhom jikkuntattjaw immedjatament lill-kumpanija tal-assigurazzjoni.

Il-vjaġġaturi huma mħeġġa biex jirrispettaw il-kultura Musulmana u t-tradizzjonijiet tal-pajjiż, u għandhom jilbsu b’mod modest. Żwiġijiet bejn persuni tal-istess sess mhumiex rikonoxxuti u attività u mġiba omosesswali jikkawżaw offiża. Barra minn hekk, relazzjonijiet sesswali mhux fiż-żwieġ huma illegali u jistgħu jwasslu għal prosekuzzjoni, priġunerija, u anke deportazzjoni. Huwa importanti li jiġi nnutat li huwa kontra l-liġi li koppja mhux miżżewġa jgħixu flimkien jew jaqsmu l-istess kamra tal-lukanda, sakemm il-persuni mhumiex relatati mill-qrib. Wirjiet pubbliċi ta’ affezzjoni mhumiex approvati, u ikun aħjar li ma tintweriex affezzjoni fil-pubbliku.

Ir-regolamenti tas-sewqan mhux dejjem jiġu osservati, u mossi u lingwa offensivi lil sewwieqa oħra jistgħu jwasslu għal prosekuzzjoni. Fir-rigward tal-ivvjaġġar bil-baħar, il-vjaġġaturi għandhom jikkunsidraw kif it-tensjoni reġjonali tista’ taffettwa r-rotta tagħhom, minħabba r-riskji potenzjali ta’ attakki marittimi f’ċerti żoni.

Il-vjaġġaturi għandhom joqogħdu attenti minn restrizzjonijiet tat-teħid ta’ ritratti f’ċerti postijiet. Qatt m'għandhom jittieħdu ritratti ta’ binjiet tal-Gvern u installazzjonijiet militari, u dejjem għandu jintalab permess mingħand il-persuni biex jittieħed ir-ritratt tagħhom. Il-pubblikazzjoni online ta’ materjal li jikkritika jew li jirridikola l-pajjiż tista’ twassal għal prosekuzzjoni.

Is-sigaretti elettroniċi huma illegali fil-pajjiż, u l-vjaġġaturi huma pprojbiti milli jimportaw majjal u materjal pornografiku. Rivisti, vidjows, u kotba jistgħu jiġu miflija bir-reqqa u anke ċċensurati.

F’każ ta’ emerġenza, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Ambaxxata tar-Repubblika ta’ Malta f’Abu Dhabi fuq id-dettalji li ġejjin:

Villa 31, Almaqtaa Area, Bain Aljisreen,
10 Street, Abu Dhabi, P.O. Box 30501,
L-Emirati Għarab Magħquda
Tel: 00971 2 4448646
Mowbajl ta’ Emerġenza: 00971 0 468 3915
Indirizz elettroniku: maltaembassy.abudhabi@gov.mt

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi kkuntattjat ukoll fuq (+356) 21242191

l-Eritrea 01/06/2018

Evita kull safar f'ċerti nħawi

Pariri dwar Vjaġġar

L-Eritrea
01/06/2018

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jwissi liċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn l-Eritrea kontra kull vjaġġar sa 25 km mill-fruntiera tal-Eritrea mal-Etjopja (ħlief Senafe), minħabba l-ġlied bejn iż-żewġ pajjiżi.  Hemm tensjoni kbira, u hemm riskju ta’ aktar vjolenza. Barra minn dan, il-Ministeru jwissi kontra kull vjaġġar sa 25 km mill-fruntiera tal-Eritrea mas-Sudan (ħlief Tessenei), minħabba rapporti kontinwi ta’ gruppi armati li joperaw fiż-żona tal-fruntiera u madwarha. Il-vjaġġaturi huma mwissija wkoll kontra kull vjaġġar sa 25 km mill-fruntiera tal-Eritrea mal-Djibouti, minħabba sitwazzjoni mhux riżolta wara ġlied bejn iż-żewġ pajjiżi. Barra minn dan, wara l-protesti ta’ Ottubru 2017 fejn il-forzi tas-sigurtà lokali sparaw tiri biex ixerrdu l-folla, iċ-ċittadini Maltin fl-Eritrea huma avżati biex jevitaw ġemgħat u joqogħdu attenti.
Barra minn hekk, huwa importanti li tinnota li vjaġġaturi li jixtiequ jitilqu minn Asmara għandhom japplikaw bil-quddiem għal permess tal-ivvjaġġar mingħand il-Ministeru tat-Turiżmu.
Ma jistgħux jiġu esklużi attakki terroristiċi. Għaldaqstant, it-turisti għandhom ikunu viġilanti l-ħin kollu, speċjalment f’żoni ffullati u pubbliċi. Huwa importanti li jsegwu l-parir tal-awtoritajiet lokali.
Il-livelli tal-kriminalità huma baxxi fl-Eritrea, iżda l-vjaġġaturi m’għandhomx jimxu waħedhom billejl, u oġġetti ta’ valur (inkluż passaporti) għandhom jinżammu mistura. Huwa importanti li tinnota li proporzjon tajjeb tal-popolazzjoni għandu aċċess għall-armi, iżda mhux magħruf jekk dawn l-armi żidux it-theddida tal-kriminalità vjolenti.
Il-vjaġġaturi għandhomx ikunu viġilanti meta jsuqu. Filwaqt li s-sewqan fuq it-toroq ewlenin lil hinn miż-żoni tal-fruntiera huwa sigur b’mod ġenerali, huwa importanti li jiġi evitat l-ivvjaġġar wara li jidlam f’oni rurali. Is-sinjali u l-barrieri tat-toroq huma skarsi, u ma tistax tgħaddi minn ħafna toroq matul l-istaġun tax-xita. Minħabba l-preżenza ta’ żoni b’mini splussivi, it-turisti għandhom jevitaw is-sewqan fuq toroq mhux bil-metall jew li jimxu jew  imorru hiking fil-kampanja. Turisti li ser jivvjaġġaw bil-baħar iridu joqogħdu attenti mill-piraterija, li għadha theddida sinifikanti fil-Golf ta’ Aden u fl-Oċean Indjan.
Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. Hemm tliet sptarijiet pubbliċi f’Asmara, iżda dawk fi bliet oħra huma mgħammra ħażin. Il-vjaġġaturi għandu dejjem ikollhom magħhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni, u kopja tal-paġna bijometrika tal-passaport, u kit mediku komprensiv. F’każ ta’ emerġenza, iċ-ċittadini Maltin li jivvjaġġaw lejn il-pajjiż jistgħu jċemplu fuq 122244, u jitolbu ambulanza. Għandek tikkuntattja lill-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek minnufih jekk tiġi riferut għand faċilità medika għal trattament.
It-teħid ta’ ritratti ta’ installazzjonijiet tal-gvern jew militari huwa strettament pprojbit, u f’ċerti postijiet permessi huma meħtieġa.
Imġiba omosesswali hija illegali.  
Il-vjaġġaturi għandhom jilbsu f’mod konservattiv, minħabba ż-żoni li huma Musulmani b'mod predominanti.
L-oġġetti elettroniċi kollha għandhom jiġu ddikjarati mal-wasla fil-pajjiż.  
Ma hemm ebda faċilità tal-ATM għall-karti tal-kreditu fl-Eritrea, u l-ekonomija hija bbażata kompletament fuq il-flus kontanti.
Peress illi Malta m’għandhiex rappreżentazzjonijiet diplomatiċi jew konsulari fl-Eritrea, f’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin fil-pajjiż jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq id-dettalji li ġejjin:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio,
Triq il-Merkanti,
Valletta, Malta
Tel: (+356) 21242191
Indirizz elettroniku: consular.mftp@gov.mt

l-Estonja 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

l-Eswatini (qabel magħruf bħala s-Swaziland) 01/06/2018

Eżerċita livell għoli ta' prudenza

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn l-Eswatini biex ikunu kawti. Għalkemm is-sitwazzjoni politika tal-Eswatini hija stabbli ġeneralment, kultant fil-pajjiż ikun hemm dimostrazzjonijiet politiċi. Ċerti partiti politiċi ġew ipprojbiti u kkunsidrati bħala organizzazzjonijiet terroristiċi. Huwa importanti li l-vjaġġaturi jevitaw dimostrazzjonijiet u ġemgħat oħra, peress li dawn jistgħu jiġu kkontrollati bil-forza mill-forzi tal-pulizija. Ma jistgħux jiġu esklużi attakki terroristiċi, u dawn jistgħu jseħħu f’postijiet popolari mat-turisti.

Għalkemm il-biċċa l-kbira taż-żjariet huma mingħajr problemi, il-vjaġġaturi jridu jieħu prekawzjonijiet sensibbli minħabba l-kriminalità fit-toroq u serq, li jiżdiedu f’perjodi festivi.  Il-vjaġġaturi m’għandhomx jimxu waħedhom, u għandhom jevitaw li jimxu fiż-żoni ċentrali ta’ Mbabane u Manzini wara li jidlam. Mhuwiex irrakkomandat li tivvjaġġa lejn żoni rurali remoti sakemm ma tkunx fi grupp. Oġġetti ta’ valur (inkluż passaporti) għandhom jinżammu mistura l-ħin kollu.

L-ivvjaġġar bit-triq jista’ jkun perikoluż, minħabba sewqan veloċi ħafna, standards tas-sewqan ħżiena, toroq mantnuti ħażin, u s-sinjali tat-toroq. Trejlers abbandunati, trakkijiet kbar imdawlin ħażin, u l-preżenza ta’ annimali li jgħixu fit-triq ukoll iżidu r-riskju tal-kundizzjonijiet tas-sewqan. Huwa rrakkomandat li ma toffrix passaġġ lil persuni stranġieri jew tgħin lil sewwieqa li jidhru li għandhom problemi, minħabba li din hija teknika użata minn ħallelin ta’ karozzi. Qatt ma għandu jintuża t-trasport pubbliku (karozzi tal-linja u taxis) peress li l-vetturi huma mantnuti ħażin u mgħobbija żżejjed.

Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. Hemm kura tas-saħħa bażika, iżda hemm nuqqasijiet ta’ mediċini komuni. Il-vjaġġaturi għandu dejjem ikollhom magħhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni, u kopja tal-paġna bijometrika tal-passaport, u kit mediku komprensiv.
F’każ ta’ emerġenza, il-vjaġġaturi jistgħu jċemplu fuq 123 u jitolbu ambulanza. Huwa importanti li tikkuntattja lill-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek minnufih jekk tiġi riferut għand faċilità medika għal trattament. Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex tiġi evitata espożizzjoni għall-HIV/AIDS.

Relazzjonijiet u atti bejn persuni tal-istess sess huma illegali, u għaldaqstant huwa rrakkomandat li l-vjaġġaturi m’għandhomx juru affezzjoni fil-pubbliku.
Il-pussess ta’ narkotiċi huwa illegali, u ċittadini barranin intbagħtu l-ħabs fuq reati ta’ drogi.

F’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin fil-pajjiż jistgħu jikkuntattjaw lill-Konslu Onorarju f’Manzini fuq id-dettalji li ġejjin:

Uffiċċju/Dar: 493 Bauhinia Road, Coates Valley, Manzini
Tel/Fax: 00268 25058151
Indirizz elettroniku: amansoor@swazi.net; maltaconsul.manzini@gov.mt

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi kkuntattjat ukoll fuq tel. (+356) 21242191 jew fuq l-indirizz elettroniku li ġej: consular.mftp@gov.mt

l-Etjopja 28/06/2018

Evita kull safar f'ċerti nħawi

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ iwissi liċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn l-Etjopja kontra kull vjaġġar:

• sa 10 km mill-fruntiera mal-Eritrea, bl-eċċezzjoni tat-triq ewlenija li tgħaddi minn Axum u Adigrat, u siti turistiċi qrib it-triq (bħal Debre Damo u Yeha)

• żoni barra mit-toroq/bliet prinċipali sa 10 km mill-fruntieri mas-Sudan u l-Kenja

• sa 10 km mill-fruntiera mas-Sudan t’Isfel

• iż-żoni ta’ Nogob (li qabel kienet Fik), Jarar (li qabel kienet Degehabur), Shabelle (li qabel kienet Gode), Korahe u Dollo (li qabel kienet Warder) tar-reġjun Somali.

• sa 100 km mill-fruntiera tal-Etjopja mas-Somalja u l-Kenja fiż-żoni ta’ Afder u Liben fiż-żoni tar-reġjun Somali tal-Etjopja

• l-erba’ woredas (distretti) (Akobo, Wantawo, Jikawo u Lare) taż-żona ta’ Nuer u l-woreda ta’ Jore taż-żona ta’ Agnuak fir-reġjun Gambella


Il-Ministeru jwissi wkoll kontra kull vjaġġar, ħlief dak essenzjali, lejn:

• il-woredas (distretti) ta’ Tsegede, Mirab Armacho u Tach Armacho f’North Gonder

• tliet woredas (distretti) taż-żona ta’ Agnuak tar-reġjun Gambella li għandhom il-fruntiera mas-Sudan t’Isfel (Dima, Goge u Etang) u r-riżerva tal-annimali selvaġġi ta’ Gambella


Fil-5 ta’ Ġunju 2018, il-gvern tal-Etjopja temm l-istat ta’ emerġenza li ġie ddikjarat fi Frar. Madankollu, jistgħu jseħħu protesti u dimostrazzjonijiet f'daqqa f’Addis Ababa u bliet oħrajn. Fit-23 ta’ Ġunju, rally b’appoġġ għall-Prim Ministru tal-pajjiż tħarbat minn attakk bi grenades, li darab diversi persuni. Huwa probabbli li jseħħu attakki terroristiċi, u dawn jistgħu jseħħu f’postijiet popolari mal-barranin.

Iċ-ċittadini Maltin huma avżati biex jeżerċitaw kawtela, jevitaw il-folol, u jkunu viġilanti, speċjalment f’postijiet pubbliċi bħal ċentri tat-trasport, lukandi, ristoranti, bars, u postijiet ta’ qima. Hemm ukoll theddida ta’ ħtif fir-reġjun Somali tal-Etjopja.

Għalkemm hemm preżenza tas-sigurtà qawwija f’ħafna żoni, speċjalment fl-Etjopja tal-Grigal, iċ-ċittadini Maltin kollha li se jivvjaġġaw lejn il-pajjiż huma mwissija biex ikunu kawti. Hemm ukoll theddida ta’ ħtif fir-reġjun Somali tal-Etjopja, u matul il-fruntiera bejn l-Etjopja u l-Eritrea. Minħabba reati żgħar u serq, huwa rrakkomandat li l-vjaġġaturi kollha jżommu mistura oġġetti ta’ valur bħal mowbajls u passaporti. Is-servizzi tal-internet u tad-dejta mobbli jistgħu jiġu ristretti mingħajr avviż.

L-ivvjaġġar bit-triq huwa perikoluż minħabba standards tas-sewqan ħżiena, żoni mhux imdawlin, u l-preżenza ta’ bhejjem. L-inċidenti tat-traffiku huma regolari wkoll, u xi wħud huma fatali. L-ivvjaġġar bit-triq jista’ jiġi mħarbat, u d-dħul f’xi siti jista’ jiġi pprojbit fi żmien qasir. Huwa rrakkomandat li t-turisti jivvjaġġaw lejn ċerti żoni ma’ kumpanija tal-ivvjaġġar ta’ reputazzjoni tajba, billi vjaġġar indipendenti ‘l barra minn Addis Ababa mhux irrakkomandat.

Iż-żoni tal-fruntiera huma perikolużi minħabba tensjoni u ġlied f’għadd ta’ lokalitajiet, inkluż il-fruntiera bejn l-Etjopja u l-Eritrea, u Tigray u Afar. Fis-Sudan, is-Sudan t’Isfel u l-Kenja mhux biss hemm tensjoni iżda wkoll bigantraġġ. Ir-reġjun Somali jara wkoll instabbiltà lokali, nuqqas ta’ infurzar tal-liġi, bigantraġġ, u attività militari. Għad hemm tensjoni u vjolenza bejn din iż-żona u Oromia. Gruppi terroristiċi ilhom jiġġieldu mal-forzi tal-gvern, speċjalment f’Ogaden, u l-barranin inqabdu wkoll fil-vjolenza, jew kienu fil-mira tagħha. Ir-reġjun Gambella jara wkoll vjolenza u ġlied bejn it-tribujiet.

Huwa importanti li l-vjaġġaturi kollha dejjem jirrispettaw it-tradizzjonijiet, id-drawwiet, il-liġijiet, u r-reliġjonijiet lokali, speċjalment matul ix-xahar imqaddes tar-Ramadan.

Għandek iżżur professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel il-vjaġġ biex tiċċekkja jekk għandekx bżonn xi tilqim jew miżuri preventivi oħrajn. Meta tivvjaġġa, huwa rrakkomandat li ġġorr miegħek kit mediku komprensiv, partikolarment meta tivvjaġġa ’l barra minn Addis Ababa. Il-livell tal-kura tas-saħħa fil-pajjiż huwa limitat ħafna. Huwa rrakkomandat bil-qawwa li jkollok assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni. F’każ ta’ emerġenza, il-vjaġġaturi jistgħu jċemplu ambulanza fuq 907. Jekk tiġi riferut għand faċilità medika, huwa importanti li tikkuntattja minnufih lill-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek. Mard trażmess mill-ilma huwa komuni ħafna; għaldaqstant huwa rrakkomandat li jinxtorob jew jintuża biss ilma mgħolli jew ilma tal-flixkun, u jiġu evitati xarbiet bis-silġ.

Il-passaporti għandhom ikunu validi għal perjodu minimu ta’ 6 xhur mid-data tad-dħul fl-Etjopja. Huwa importanti li mal-wasla jkollok żewġ paġni vojta fil-passaport tiegħek.

Atti omosesswali huma illegali, u jistgħu jwasslu għal sentenza ta’ priġunerija sostanzjali.

Peress illi Malta m’għandhiex rappreżentazzjoni diplomatika fl-Etjopja, f’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin fl-Etjopja jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq id-dettalji li ġejjin:


IL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ
Palazzo Parisio
Triq il-Merkanti
Valletta,
MALTA
Tel:  +356 21242191
Indirizz elettroniku: consular.mftp@gov.mt



Fiġi 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Filippini 06/06/2018

Evita kull safar f'ċerti nħawi

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin kontra kull vjaġġar lejn il-Punent u ċ-Ċentru ta’ Mindanao u l-arċipelagu ta’ Sulu, minħabba attività terroristika u ġlied fiż-żoni. Barra minn hekk, il-Ministeru iwissi kontra kull vjaġġar ħlief dak essenzjali lejn il-kumplament ta’ Mindanao u lejn in-Nofsinhar tal-provinċja ta’ Cebu, sal-muniċipalitajiet ta’ Dalaguete u Badian. Apparti l-attivitajiet terroristiċi f’dawn iż-żoni, huwa probabbli li jseħħu attakki mal-pajjiż kollu, bil-probabbiltà għolja li jseħħu fil-belt kapitali ta’ Manila u f’postijiet popolari mat-turisti. Xi gruppi ħalfu l-alleanza mad-Daesh, u huma probabbli li jikkunsidraw ċittadini tal-Punent bħala miri leġittimi. Il-gruppi militanti joperaw ukoll f’żoni rurali, u jista’ jkun hemm ġlied armat fi kwalunkwe ħin. Kien hemm inċidenti ta’ ġlied fejn turisti ġew feruti.

Gruppi terroristiċi heddew ukoll li jattakkaw vapuri tal-passiġġieri u bastimenti oħra, speċjalment dawk li joperaw minn Mindanao. Fid-dawl ta’ dan, il-vjaġġaturi huma mwissija biex jevitaw l-użu tat-trasport pubbliku f’Mindanao.

L-Uffiċċju tal-Immigrazzjoni tal-Filippini (Philippines Bureau of Immigration) wissa speċifikament lill-barranin biex ma jieħdux sehem fi protesti u dimostrazzjonijiet, peress li dan jitqies bħala ksur tal-liġijiet tal-immigrazzjoni tal-Filippini.

Għalkemm il-biċċa l-kbira taż-żjajjar huma mingħajr problemi, il-vjaġġaturi għandhom joqogħdu attenti mill-livell għoli ta’ kriminalità vjolenti. Ċittadini Ewropej inqabdu f’xi inċidenti, anke jekk ma kinux fil-mira. Il-kriminalità fit-toroq u s-serq huwa komuni. Huwa importanti li oġġetti ta’ valur (inkluż passaporti) għandhom jinżammu f’post sigur u mistura. Il-vjaġġaturi għandhom joqogħdu attenti għall-ikel u x-xorb tagħhom minħabba spiking, u barranin li joffru xarbiet jew ħelu għandhom jiġu rrifjutati. Il-gvern tal-Filippini ddikjata stat ta’ emerġenza nazzjonali, u żied il-miżuri tas-sigurtà li hemm fis-seħħ, inkluż f’ajruporti u ċentri tat-trasport ewlenin oħrajn. Għandek taħseb għal ħin addizzjonali biex tgħaddi mis-sigurtà, jekk qed tivvjaġġa fil-Filippini, jew qed tgħaddi minnhom bħalissa u għandek tiżgura li d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa hija disponibbli. Huwa rakkomandat li ssegwi dawn l-istruzzjonijiet b’attenzjoni u ssegwi l-iżviluppi fil-midja.

It-trasport pubbliku huwa perikoluż, minħabba holdups armati li jseħħu fuq “jeepneys” u karozzi tal-linja, u anke minħabba standards ħżiena. Ir-rata tal-ħtif żdiedet ukoll, u l-barranin kienu fil-mira f’żoni rurali, urbani u tal-kosta, fuq dgħajjes privati, f’marini, u f’kumplessi. Din it-theddida testendi mal-Filippini kollha, kemm fuq l-art kif ukoll fil-baħar. Għandu jiġi evitat l-ivvjaġġar fuq il-vapuri u d-dgħajjes tal-passiġġieri, minħabba tagħbija żejda, standards tas-sikurezza baxxi, u manutenzjoni ħażina.
Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. Fil-pajjiż hemm riskju tat-trażmissjoni tal-virus ta’ Zika, u mard trażmess min-nemus, bħall-virus ta’ chikungunya u d-deni dengue, iseħħ is-sena kollha. Fid-dawl ta’ dan, il-vjaġġaturi għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji biex jevitaw il-gdim min-nemus. Id-disponibbiltà tal-kura tas-saħħa tvarja mal-pajjiż kollu, u l-istandards ivarjaw. It-trattament fi sptarijiet privati jista’ jkun għali ħafna. Il-vjaġġaturi għandu dejjem ikollhom magħhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni, u kopja tal-paġna bijometrika tal-passaport, u kit mediku komprensiv. F’każ ta’ emerġenza, iċ-ċittadini Maltin li jivvjaġġaw lejn il-pajjiż jistgħu jċemplu ambulanza fuq 911. Huwa essenzjali li tikkuntattja lill-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek minnufih jekk tiġi riferut għand faċilità medika għal trattament.
Il-vjaġġaturi għandhom jiżguraw li l-passaporti kollha huma validi għad-durata proposta taż-żjara tagħhom fil-pajjiż.
Dejjem għandha tinġarr kopja tad-dokument ta’ identifikazzjoni.
Il-pajjiż ġeneralment huwa tolleranti fir-rigward ta’ vjaġġaturi LGBT, iżda għad hemm ċertu stigma barra miż-żoni urbani. Il-leġiżlazzjoni attwali ma tirrikonixxix unjonijiet bejn persuni tal-istess sess, u wirjiet ta’ affezzjoni pubbliċi jistgħu jitqiesu bħala skandalużi.


F’każ ta’ diffikultà fil-pajjiż, iċ-ċittadini Maltin li qegħdin fil-Filippini bħalissa jistgħu jikkuntattjaw lill-Konslu Onorarju ta’ Malta f’Manila fuq id-dettalji li ġejjin:

Il-Konslu Onorarju ta’ Malta
Room 1242, Megaplaza Building, ADB Avenue c/w Garnet Road, Ortigas
Center, Pasig City
Tel: 0063 2 687 7245
Fax: 0063 (2) 687 7245
Indirizz elettroniku: maltaconsul.manila@gov.mt

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi kkuntattjat ukoll permezz tat-telefown. (+356) 21242191.

il-Finlandja 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

Franza 28/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Franza ilha fil-mira ta’ għadd ta’ attakki terroristiċi sa mill-2015. Fl-1 ta’ Novembru 2017, fi Franza, daħlet fis-seħħ liġi ġdida kontra t-terroriżmu, li tippermetti lill-forzi tas-sigurtà Franċiżi biex jieħdu bosta miżuri fil-ġlieda kontra t-terroriżmu. Il-gvern Franċiż stabbilixxa livell miżjud ta’ protezzjoni u kontrolli man-nazzjon kollu, adotta miżuri tas-sigurtà speċifiċi f’postijiet meqjusa bħala “sensittivi” bħal ajruporti, stazzjonijiet, subways, ċentri tax-xiri kbar, swieq u f’ċentri urbani ewlenin.

Huwa probabbli li jkun hemm dewmien fl-ivvjaġġar minħabba żieda fil-kontrolli tas-sigurtà fl-ajruporti, l-istazzjonijiet tal-ferrovija u s-subways. Iċ-ċittadini Maltin huma mħeġġa biex dejjem iġorru dokument ta’ identifikazzjoni magħhom u biex jittikkettaw il-bagalji tagħhom anke meta jivvjaġġaw bil-ferrovija. Għandhom jaċċertaw li jallokaw ħin żejjed għall-vjaġġ tagħhom.

Hemm ippjanata sensiela ta’ strajkijiet wieħed wara l-ieħor fuq il-ferroviji SNCF, li jinkludu jumejn ta’ strajkijiet kull 5 ijiem, bejn it-3 ta’ April u t-28 ta’ Ġunju 2018. Id-dati tal-istrajkijiet jinsabu fuq is-sit web ta’ SNCF. Kun af li jista’ jkun hemm strajkijiet u tħarbit anke f’dati oħrajn. Għandek tiċċekkja mal-operatur tal-ferrovija tiegħek għal aġġornamenti qabel ma tivvjaġġa.

Iċ-ċittadini Maltin huma mħeġġa wkoll biex dejjem ikunu viġilanti fil-pubbliku, speċjalment f’postijiet iffullati, u biex dejjem isegwu l-parir tal-awtoritajiet lokali.

F’każ ta’ emerġenza, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Ambaxxata tar-Repubblika ta’ Malta f’Pariġi fuq id-dettalji li ġejjin:

L-Ambaxxata tar-Repubblika ta’ Malta,
Indirizz: 23 rue d’Artois, (2nd floor), 75008 Pariġi, Franza                      
Tel: 0033 (1) 5659 7590
Mowbajl: 0033 648 360798
Email: maltaembassy.paris@gov.mt

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi kkuntattjat ukoll fuq tel. (+356) 21242191.

il-Gabon 15/03/2018

Eżerċita livell għoli ta' prudenza

Il-klima politika fil-Gabon għadha mhix stabbli wara l-elezzjoni presidenzjali ta’ Awwissu 2016, hekk kif wara l-elezzjoni, kien hemm ħafna ġlied vjolenti bejn id-dimostranti u l-forzi tas-sigurtà f'Libreville, il-belt kapitali tal-Gabon.

Iċ-ċittadini Maltin huma mwissija bis-sħiħ biex jeżerċitaw kawtela estrema u biex jevitaw ivvjaġġar bla bżonn matul perjodi ta' inkwiet, isegwu l-midja lokali u jżommu 'l bogħod minn żoni fejn aktarx li jseħħu d-dimostrazzjonijiet. Il-protesti malajr isiru vjolenti mingħajr twissija.

Għalhekk matul perjodi ta’ inkwiet, jistgħu jiżdiedu l-kontrolli tal-pulizija. Għandu jiġi żgurat li d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa tkun disponibbli u li dokument tal-identità validu (Passaport validu għal mhux inqas minn 8 xhur) ikun dejjem disponibbli fuq il-persuna.

Huwa rrakkomandat li tinżamm viġilanza kostanti u diskrezzjoni assoluta minħabba li l-barranin ta’ sikwit huma fil-mira ta’ kriminalità vjolenti fl-ibliet kif ukoll fi xtut il-baħar u matulhom. Hemm theddida baxxa mit-terroriżmu fil-Gabon, iżda wieħed għandu jkun konxju dwar ir-riskju globali ta’ attakki terroristiċi indiskriminati f’żoni pubbliċi, inklużi dawk fejn spiss ikun hemm espatrijati u vjaġġaturi barranin.

Iċ-ċittadini Maltin huma mwissija biex jieħdu l-prekawzjonijiet tas-saħħa neċessarji fir-rigward ta’ mard li jinġarr min-nemus bħaz-zika, chikungunya, il-malarja u d-deni dengue, li huma komuni fil-Gabon. Għandha tingħata wkoll attenzjoni għall-iġjene tal-ikel u l-konsum ta’ ikel nej jew li ma jkunx imsajjar biżżejjed. Għandu jinxtorob biss ilma tal-flixkun. Iċ-ċittadini Maltin għandhom jiżguraw ukoll li għandhom polza komprensiva tal-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar.

Peress illi Malta m’għandhiex rappreżentazzjoni diplomatika fil-Gabon, f’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq id-dettalji li ġejjin:

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio, Triq il-Merkanti,
Valletta, Malta
Nru tat-Tel. (+356) 21242191
Indirizz elettroniku: consular.mftp@gov.mt

il-Ġamajka 12/06/2018

Eżerċita livell għoli ta' prudenza

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn il-Ġamajka biex ikunu kawti.

Wara l-vjolenza riċenti u l-inċidenti bi sparaturi fil-Parish of St James (li tinkludi Montego Bay) u fis-St Catherine North State, il-gvern iddikjara stat ta’ emerġenza, li jista’ jiġi estiż sat-2 ta’ Awwissu 2018 u sat-3 ta’ Lulju 2018, rispettivament. B’dawn il-miżuri, il-militar ikun jista’ jappoġġa lill-pulizija f’operazzjonijiet tas-sigurtà konġunti. Il-vjaġġaturi fiż-żona għandhom jeżerċitaw kawtela, speċjalment jekk jivvjaġġaw billejl. Dawn l-operazzjonijiet tas-sigurtà jistgħu jirriżultaw f’għeluq ta’ toroq jew dewmien fl-ivvjaġġar. Jista’ jkun hemm dimostrazzjonijiet fil-pajjiż kollu, u dawn jistgħu jwasslu għal tħarbit fit-traffiku u t-trasport pubbliku. Il-vjaġġaturi għandhom jevitaw id-dimostrazzjonijiet kollha peress li jistgħu jieħdu xejra vjolenti, u ta’ sikwit jintużaw minn kriminali biex ikopru s-serq. Għalkemm ma hemm ebda storja riċenti ta’ terroriżmu fil-pajjiż, ma jistgħux jiġu esklużi attakki.

Għalkemm il-biċċa l-kbira taż-żjajjar huma mingħajr problemi, il-vjaġġaturi għandhom joqogħdu attenti minn livelli għoljin ta’ kriminalità, speċjalment f’ċerti żoni tal-belt kapitali ta’ Kingston u Montego Bay. Għalkemm il-vjolenza fost gruppi u sparaturi huma komuni fil-viċinati, il-vjaġġaturi għandhom ikunu kawti biex ma jinqabdux f'attakki bħal dawn. Għandha tingħata attenzjoni partikolari meta jivvjaġġaw lejn West Kingston, Grant’s Pen, August Town, Harbour View, Spanish Town u ċerti partijiet ta’ Montego Bay, inkluż Flankers, Barrett Town, Norwood, Glendevon, Rose Heights, u Mount Salem. Għalkemm hemm għassiesa mobbli tal-pulizija, il-vjaġġaturi għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji biex jipproteġu lilhom infushom u l-affarijiet personali tagħhom. Huwa importanti li qatt ma jimxu waħedhom f’żoni iżolati jew fuq bajjiet imwarrba, anke matul il-ġurnata. Oġġetti ta’ valur (inkluż passaporti) għandhom jinżammu mistura. Jekk jintużaw l-istess ristoranti, tista’ tkun fil-mira ta’ ħallelin. Għalkemm il-biċċa l-kbira tal-lukandi u l-kumplessi huma mgħassa sew, xorta jista’ jkun hemm serq. Huwa importanti li tuża s-safe tal-lukanda, u li ssakkar it-twieqi u l-bibien.

L-ivvjaġġar bit-triq huwa perikoluż minħabba l-kundizzjonijiet ħżiena tat-toroq. It-toroq f’żoni rurali mhumiex imdawlin sew billejl, u veloċità kbira u l-fatalitajiet huma komuni. Il-vjaġġaturi huma mwissija biex joqogħdu attenti b’mod partikolari meta jieqfu fid-dwal tat-traffiku jew f’salib it-toroq, u biex iżżommu t-twieqi magħluqa u l-bibien imsakkrin, peress li l-kriminali jużaw tekniki biex jaljenaw lis-sewwieqa u jisirqu l-oġġetti ta’ valur. L-awtoritajiet tal-pulizija lokali jistgħu wkoll jimponu curfews f'daqqa. Kien hemm vjolenza fuq ir-rotta bejn Kingston u Norman Manley International Airport, u ċ-ċittadini Ewropej ġew misruqa wkoll meta kienu qed jivvjaġġaw lejn akkomodazzjoni privata mill-ajruport. Huwa rrakkomandat li l-vjaġġaturi jevitaw li jużaw karozzi tal-linja billejl, u biex jużaw biss taxis jew minibuses approvati (Jamaica Tourist Board – JTB). Il-biċċa l-kbira tal-lukandi u l-kumplessi għandhom assenjati xufiera tal-JTB li jkollhom ID b’ritratt u juru sticker blu prominenti tal-JTB fuq il-windscreen ta’ quddiem.

Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. Fil-Ġamajka ġew ikkonfermati każijiet ta’ mard trażmess min-nemus bħal Zika, id-deni dengue, u Chikungunya. Huwa importanti li l-vjaġġaturi jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji biex jevitaw il-gdim min-nemus. Il-vjaġġaturi għandhom ukoll jieħdu l-prekawzjonijiet normali biex jevitaw espożizzjoni għall-HIV/AIDS. L-istandards tal-faċilitajiet mediċi jvarjaw, kemm għall-isptarijiet privati u dawk pubbliċi, u t-trattament jista’ jkun għali. Il-vjaġġaturi għandu dejjem ikollhom magħhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni, u kopja tal-paġna bijometrika tal-passaport, u kit mediku komprensiv. F’każ ta’ emerġenza, iċ-ċittadini Maltin li jivvjaġġaw lejn il-pajjiż jistgħu jċemplu ambulanza fuq 110. Jekk jiġu riferuti għand faċilità medika, il-vjaġġaturi għandhom jikkuntattjaw immedjatament lill-kumpanija tal-assigurazzjoni.

Il-Ġamajka hija suxxettibbli għal attivitajiet sismiċi, u l-uragani huma komuni wkoll. Il-vjaġġaturi għandhom isegwu l-aġġornamenti tat-temp lokali u internazzjonali, u jsegwu l-parir lokali, inkluż kwalunkwe ordni ta’ evakwazzjoni.

Il-passaporti għandhom ikunu validi għad-durata proposta taż-żjara.

Ċerta attività sesswali bejn persuni tal-istess sess hija illegali fil-pajjiż, iżda l-vjaġġaturi LGBT għandhom jinnutaw li wirjiet pubbliċi ta’ affezzjoni jistgħu jattiraw attenzjoni negattiva u mhux mixtieqa.

Għall-kuntrarju tat-twemmin popolari, fil-Ġamajka t-tipjip tal-marijuana (“ganja”) huwa illegali, u bosta ċittadini Ewropej jiġu arrestati kull sena għal tentattivi biex jittraffikaw is-sustanza.

Huwa importanti li l-vjaġġaturi jippakkjaw il-bagalji huma stess, u biex ma jgħaddux oġġetti mid-dwana għal persuni oħra.

Vjaġġaturi li jimportaw prodotti tal-laħam u tal-ħalib jiġu pprojbiti milli jdaħħluhom.

Peress illi Malta m’għandhiex rappreżentazzjonijiet diplomatiċi jew konsulari fil-Ġamajka, f’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin fil-pajjiż jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq id-dettalji li ġejjin:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio,
Triq il-Merkanti,
Valletta, Malta
Tel: (+356) 21242191
Indirizz elettroniku: consular.mftp@gov.mt  


il-Gambja 28/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru ma għandu ebda rimarka ħażina rigward l-ivvjaġġar lejn il-Gambja, peress li s-sitwazzjoni ġenerali fil-pajjiż hija relattivament kalma minn meta ngħata l-poter b’mod paċifiku lill-President Adama Barrow u l-gvern ta’ koalizzjoni tiegħu f’Jannar 2017.

Il-biċċa l-kbira taż-żjajjar fil-Gambja huma mingħajr problemi għalkemm huwa rrakkomandat, madankollu, biex toqogħdu attenti f’postijiet li huma popolari mat-turisti minħabba inċidenti possibbli ta’ reati żgħar u aggressjoni, b’mod partikolari billejl u meta żżuru xtut il-baħar iżolati u swieq. Kunu kawti fir-rigward ta’ persuni li javviċinaw lit-turisti f’xtut il-baħar biex joffrulhom servizzi ta’ gwida jew tour.

Ma jistgħux jiġu esklużi attakki terroristiċi; għaldaqstant huwa importanti li tkunu viġilanti. Huwa rrakkomandat li jittieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji kontra l-malarja u t-trażmissjoni tal-HIV/AIDS. Iċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn il-pajjiż għandhom iżuru lill-professjonista tas-saħħa tagħhom tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel il-vjaġġ tagħhom biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn jieħdu xi tilqim, ċertifikazzjonijiet jew miżuri preventivi oħrajn. Barra minn hekk, assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar hija importanti peress illi l-faċilitajiet mediċi fil-pajjiż huma limitati ħafna.

Peress illi Malta m’għandhiex rappreżentazzjoni diplomatika fil-Gambja, f’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq id-dettalji li ġejjin:


Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio,
Triq il-Merkanti,
Valletta, Malta
Tel: (+356) 21242191
Indirizz elettroniku: consular.mftp@gov.mt

il-Ġappun 09/07/2018

Eżerċita livell għoli ta' prudenza

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin kollha li ser jivvjaġġaw lejn il-Ġappun biex ikunu kawti, minħabba l-għargħar li laqat il-pajjiż f’dawn l-aħħar jiem. Huwa importanti li jsegwu l-parir tal-awtoritajiet lokali, inkluż kwalunkwe ordni għal evakwazzjoni. Barra minn dan, wara li f’Osaka kien hemm terremot ta’ qawwa 5.9 fit-18 ta’ Ġunju, l-Aġenzija Meteoroloġija tal-Ġappun indikat riskju kontinwu ta’ repliki tat-terremot. F’dan ir-rigward, il-vjaġġaturi għandhom isegwu l-midja lokali għal aġġornamenti. In-netwerk tal-ferroviji f’Kinsai jinsab imħarbat. Il-vjaġġaturi Maltin fiż-żoni affettwati għandhom isegwu l-parir tal-awtoritajiet lokali, joqogħdu attenti għar-riskju tar-repliki tat-terremot, u jsegwu l-aħbarijiet lokali għal aġġornamenti.

F’termini ta’ sigurtà, il-pajjiż huwa demokrazija stabbli u rari jkun hemm dimostrazzjonijiet vjolenti. F’każ ta’ protesti u dimostrazzjonijiet, iċ-ċittadini Maltin għandhom jitilqu miż-żona affettwata minnufih. Il-vjaġġaturi għandhom isegwu l-iżviluppi dwar it-tensjoni fuq il-peniżola Koreana, minħabba sensiela ta’ testijiet nukleari u tal-missili, li jistgħu jaffettwaw il-Ġappun. Hemm tensjoni kbira, u hemm riskju ta’ aktar testijiet.  Għalkemm ma hemm ebda storja riċenti ta’ terroriżmu fil-pajjiż, ma jistgħux jiġu esklużi attakki, u dawn jistgħu jseħħu f’postijiet popolari mat-turisti.

F’termini ta’ sikurezza, il-livelli tal-kriminalità huma baxxi fil-Ġappun. Għalkemm mhux komuni, ikun hemm attakki personali (inklużi attakki sesswali u stupru), u huma komuni rapporti ta’ tmesmis mhux xieraq fuq passiġġieri nisa fuq il-ferroviji. F’dan ir-rigward, il-vjaġġaturi għandhom ikunu viġilanti u jieħdu prekawzjonijiet sensibbli. Il-pulizija jirrakkomandaw ukoll li tgħajjat mal-persuna li tagħmel l-att sabiex tiġbed l-attenzjoni. Ir-riskju ta’ kriminalità huwa ogħla fid-distretti tad-divertiment f’Tokyo, bħal Roppongi u Kabuki-cho. Il-barranin kienu fil-mira għal spiking ta’ xorb, frodi tal-karti tal-kreditu, serq, u attakki personali.

L-ivvjaġġar bit-triq huwa sigur, u t-toroq huma mantnuti sew. Madankollu, is-sewwieqa għandhom joqogħdu attenti għal persuni li jaqsmu t-toroq meta s-sinjali tat-toroq ikunu fuq l-aħdar u għaċ-ċiklisti li jsuqu fuq in-naħa l-ħażina tat-triq jew mingħajr dwal.

Hemm xi żoni ta’ esklużjoni u żoni ristretti madwar l-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Fukushima Dai-ichi, u kull min jinqabad dieħel fiż-żona illegalment jista’ jeħel multa jew jinżamm f’detenzjoni.

Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. Huwa importanti li tinnota li l-użu jew il-pussess ta’ xi riċetti tat-tabib komuni u mediċini mixtrija mill-ispiżeriji (inklużi iżda mhux limitati għal mediċini għall-irjiħat u l-influwenza u inhalers Vicks) huma pprojbiti fil-Ġappun. Ċittadini barranin ġew miżmuma għal din ir-raġuni, u li ma tkunx taf dwar dan mhix meqjusa bħala difiża. Għaldaqstant, huwa importanti li tiċċekkja mal-awtoritajiet rilevanti qabel ma tivvjaġġa, u li żżomm kopja tar-riċetta tat-tabib u ittra mit-tabib. Il-faċilitajiet mediċi huma mgħammra sew, iżda l-ispiża tat-trattament hija għalja. Il-vjaġġaturi għandu dejjem ikollhom magħhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni, u kopja tal-paġna bijometrika tal-passaport. F’każ ta’ emerġenza, iċ-ċittadini Maltin li jivvjaġġaw lejn il-pajjiż jistgħu jċemplu ambulanza fuq 119. Jekk jiġu riferuti għand faċilità medika, il-vjaġġaturi għandhom jikkuntattjaw immedjatament lill-kumpanija tal-assigurazzjoni.

Il-Ġappun hija suxxettibbli għal attivitajiet sismiċi u vulkaniċi, u t-tifuni huma komuni wkoll (speċjalment fin-Nofsinhar tal-Ġappun). Il-vjaġġaturi għandhom isegwu l-aġġornamenti tat-temp lokali u internazzjonali, u jsegwu l-parir lokali, inkluż kwalunkwe ordni ta’ evakwazzjoni.

Il-passaporti għandhom ikunu validi għad-durata proposta taż-żjara. Dejjem għandek iġġorr il-passaport jew il-karta tar-residenza. Huwa importanti li dejjem iġġorr il-passaport tiegħek.

L-omosesswalità mhix illegali, iżda bħalissa l-liġi Ġappuniża ma tiggarantixxix il-libertà minn diskriminazzjoni. Żwiġijiet bejn persuni tal-istess sess mhumiex rikonoxxuti fil-pajjiż, iżda xi żoni bdew joħorġu ċertifikati ekwivalenti. Iż-żoni LGBT l-aktar magħrufa jinkludu Nichome (Tokyo) u Doyomacho (Osaka).

Ħafna persuni fil-Ġappun jassoċjaw it-tattoos mal-kriminalità organizzata, u għalkemm l-attitudnijiet qed isiru aktar akkomodanti, il-vjaġġaturi jistgħu jiġu rrifjutati milli jidħlu fi stabbilimenti jew jistgħu jiġu mitluba jgħattu t-tattoos.

Il-vjaġġaturi għandhom jiċċekkjaw mal-bank tagħhom qabel ma jivvjaġġaw biex jiċċekkjaw jekk il-karti tal-kreditu/debitu tagħhom humiex aċċettati. Il-karti tal-kreditu/debitu maħruġa barra mill-Ġappun jistgħu ma jkunux aċċettati.

F’każ ta’ diffikultà fil-pajjiż, iċ-ċittadini Maltin li qegħdin fil-Ġappun bħalissa jistgħu jikkuntattjaw lill-Konslu Onorarju ta’ Malta fil-Ġappun fuq id-dettalji li ġejjin:

TOKYO (b’ġurisdizzjoni fuq it-territorju tal-Ġappun)
Konslu Onor. Ġenerali
c/o The Institute for Political Studies in Japan (IPSJ)
1-16-16-207k, Ohara, Setagaya-ku, Tokyo 156-0041, JAPAN
Tel: 00813 3460 2392
Indirizz elettroniku: maltaconsul.tokyo@gov.mt; suzuki@ipsj-tokyo.org

HIROSHIMA (b’ġurisdizzjoni fuq ir-reġjun ta’ Chogoku)
Konslu Onor.
CEO & Representative Director of Ondo Corp.
1-1-1 Hachihonmatsu, lida, Higashi-Hiroshima, Hiroshima 739-0146, Japan
Tel: 0081 82 428 2211
Indirizz elettroniku: maltaconsul.hiroshima@gov.mt;

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi kkuntattjat ukoll permezz tat-telefown. (+356) 21242191.

il-Georgia 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Ġermanja 28/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Minħabba l-ġlieda kontinwa kontra t-terroriżmu u l-immigrazzjoni illegali, l-awtoritajiet Ġermaniżi ħadu għadd ta’ miżuri biex iżidu s-sigurtà interna tal-pajjiż. Għal din ir-raġuni, ġew estiżi l-kontrolli tal-immigrazzjoni li qed joperaw temporanjament mal-fruntiera fuq l-art bejn il-Ġermanja u l-Awstrija, id-Danimarka u l-Iżvezja.  Għaldaqstant huwa rrakkomandat liċ-ċittadini Maltin biex iġorru l-passaport tagħhom meta jaqsmu l-fruntiera lejn jew mill-Ġermanja, u jiċċekkjaw mal-fornitur tat-trasport tagħhom għal aġġornamenti.
Għalkemm l-awtoritajiet Ġermaniżi rnexxielhom jisfrattaw attakki ppjanati u għamlu għadd ta’ arresti, ir-riskju ta’ terroriżmu fil-pajjiż huwa għoli ħafna. L-attakki jistgħu jkunu indiskriminati u jistgħu jseħħu f’postijiet iffrekwentati minn barranin. Il-gvern Ġermaniż ħabbar li ġiet miżjuda s-sigurtà bħala prekawzjoni f’binjiet pubbliċi, avvenimenti ewlenin, ċentri tat-trasport u ġemgħat pubbliċi kbar ħafna. F’dan ir-rigward, għandha tiġi eżerċitata kawtela f’dawn iż-żoni, filwaqt li dejjem għandhom jiġu osservati u segwiti l-istruzzjonijiet mill-awtoritajiet tas-sigurtà lokali.

F’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Ambaxxata ta’ Malta f’Berlin fuq id-dettalji li ġejjin:

L-Ambaxxata tar-Repubblika ta’ Malta
Klingelhöferstrasse 7, 10785
Berlin, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Tel: 0049 (0) 30 263 9110
Mowbajl tal-għassa ta’ emerġenza: 0049 (0) 170 8319 236
Indirizz elettroniku: maltaembassy.berlin@gov.mt

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi kkuntattjat ukoll permezz tat-telefown. (+356) 21242191.

il-Ghana 21/03/2018

Eżerċita livell għoli ta' prudenza

Il-Ghana hija destinazzjoni relattivament sikura, madankollu, kien hemm żieda dan l-aħħar fis-serq u serqiet vjolenti. Għandha tittieħed attenzjoni partikolari fil-viċinati residenzjali għonja jew żoni ffrekwentati mill-barranin, fi bliet kbar (Accra, Tamale, Takoradi, Kumasi), ajruporti jew bajjiet.

Jistgħu jseħħu episodji ta’ ferment ċivili bejn komunitajiet lokali fir-Reġjuni tat-Tramuntana, tal-Punent Superjuri u tal-Lvant. Huwa rrakkomandat li jinkisbu aġġornamenti dwar is-sitwazzjoni qabel xi vjaġġar lejn dawn ir-reġjuni. Seħħew inċidenti vjolenti fiż-żoni tal-minjieri (b’mod partikolari Ashanti u r-Reġjun tal-Punent) marbuta ma’ attivitajiet tal-estrazzjoni illegali.

Ġiet irreġistrata żieda fiċ-ċiberkriminalità permezz ta’ skambji tal-posta elettronika, netwerks soċjali jew dating sites, inklużi scams, proposti kummerċjali jew talbiet għal assistenza lil persuni li għandhom bżonn l-għajnuna. Huwa rrakkomandat li ma tweġibx posta elettronika dubjuża, tħallas flus, tagħti referenzi tal-bank jew dettalji tal-kard tal-bank.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari għal vjaġġar bit-triq minħabba l-istat tat-toroq kif ukoll l-imġiba riskjuża tas-sewwieqa. L-ivvjaġġar bit-triq billejl huwa perikoluż u mhux rakkomandat. Ġew ukoll irrappurtati xi attakki armati fuq it-trasport pubbliku fil-pajjiż, normalment wara li jidlam.

Hija rrakkomandata wkoll aktar viġilanza f’postijiet pubbliċi fil-kuntest tat-theddidiet terroristiċi fir-reġjun tal-Punent Afrikan.

Iċ-ċittadini Maltin huma mgħarrfa li l-faċilitajiet mediċi barra mill-ibliet huma foqra. Tista’ tkun meħtieġa evakwazzjoni medika għal trattament mediku serju. Għaldaqstant il-vjaġġaturi għandhom jiżguraw li jkollhom polza komprensiva tal-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar, li tinkludi r-ripatrijazzjoni fil-każ ta’ bżonn.

F’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin fil-Ghana jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq id-dettalji li ġejjin:

ACCRA
b’ġurisdizzjoni fuq Greater Accra, Shanti, Brong-Ahafo, ir-reġjuni Ċentrali, tal-Lvant, tal-Punent u Volta
Is-Sur Jean Claude Galea Mallia, Konslu Onorarju
Il-Konsulat Onorarju ta’ Malta
P.O. Box CT 10181 Cantoments, Trade Fair (behind Fidelity bank) Accra, Il-Ghana
Mowbajl: 00233233121210/002330204321020, 0035699380332 (numru ta’ Malta)
Indirizz elettroniku: maltaconsul.accra@gov.mt

TAMALE
b’ġurisdizzjoni fuq it-Tramuntana, il-Lvant Superjuri u l-Punent Superjuri
Dr Mahama Wayo, Konslu Onorarju
Post Office Box 26,
Education Ridge
Tamale-Northern Region
Il-Ghana
Nru tat-Tel.: (+233) 244624164
(+233) 208293827
Indirizz elettroniku: maltaconsul.tamale@gov.mt

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi kkuntattjat ukoll permezz tat-telefown (+356) 21242191.



il-Ġordan 05/04/2018

Eżerċita livell għoli ta' prudenza

Pariri dwar Vjaġġar

Il-Ġordan
05/04/2018

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin kollha biex ikunu kawti meta jivvjaġġaw lejn il-Ġordan.

Huwa probabbli ferm li jkun hemm it-terroriżmu fil-Ġordan, u attakki jistgħu jseħħu f’postijiet miżjura mit-turisti, inklużi lukandi u postijiet ta’ interess magħrufa. Hemm ukoll riskju għoli ta’ terroriżmu kontra l-avjazzjoni. Il-forzi tas-sigurtà lokali kienu l-mira ewlenija, u għalkemm għad ma hemmx ċertezza jekk it-turisti kinux fil-mira wkoll, din il-possibbiltà ma tistax tiġi eskluża. L-awtoritajiet Ġordanjani rnexxielhom ixekklu bosta pjanijiet ta’ attakki, u għamlu għadd ta’ arresti.

Ħafna żoni huma xhieda ta’ atmosfera ta’ bosta protesti minħabba l-gwerra fir-reġjun ta’ madwar il-pajjiż, in-numru għoli ta’ rifuġjati, u l-programmi ta’ riforma ekonomika. Jistgħu jseħħu dimostrazzjonijiet fiċ-ċentri tal-bliet, u kien hemm ukoll rapporti ta’ ġlied vjolenti fl-universitajiet. Il-vjaġġaturi għandhom ukoll jevitaw laqgħat politiċi u joqogħdu ‘l bogħod miċ-ċentri tal-bliet wara t-talb ta’ nofsinhar ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa, minħabba inċidenti vjolenti li ġew irrappurtati fl-istess ħin.

Għalkemm il-livell tal-kriminalità huwa ġeneralment baxx, il-vjaġġaturi jridu joqogħdu attenti għal serq mill-bwiet u ħtif ta’ basktijiet, filwaqt li jiżguraw li oġġetti ta’ valur (inklużi l-passaporti) jinżammu siguri. Rapporti ta’ attakki sesswali kontra n-nisa barranin huma baxxi, iżda żdiedu r-rapporti dwar fastidju. It-turisti m’għandhomx jaċċettaw li jirkbu ma’ persuni stranġieri u għandhom jistaqsu lil-lukanda tagħhom għal rakkomandazzjoni għal xufier tat-taxi affidabbli. In-nisa m’għandhomx jirkbu fis-sedil ta’ quddiem tat-taxi. Hemm ħafna inċidenti tat-toroq, u l-vjaġġaturi għandhom isuqu b’attenzjoni u jevitaw żoni mhux imdawla.

Il-fruntieri tal-pajjiż jingħalqu minn żmien għal żmien, u l-forzi Ġordanjani jgħassu ż-żoni intieri li għandhom fruntiera mas-Sirja u l-Iraq. Il-vjaġġaturi għandhom jeżerċitaw l-ogħla grad ta’ kawtela f’dawn iż-żoni, u jżommu magħhom dokumenti ta’ identifikazzjoni minħabba l-kontrolli. Jista’ jkun hemm ukoll landmines ħdejn il-fruntieri, u terroristi Sirjani preżenti mal-fruntieri mas-Sirja normalment jużaw il-ħtif bħala tattika. Mal-fruntiera Sirjana hemm riskju ta nirien, bombi, u attakki oħrajn. Kien hemm ukoll każijiet ta’ ħtif mill-fruntiera fil-fruntiera tal-Iraq.

Għaldaqstant, il-Ministeru jwissi lill-vjaġġaturi Maltin kontra kull vjaġġar, ħlief dak essenzjali, sa 3 km ‘il bogħod mill-fruntiera Sirjana kollha, u sa 6 km ‘il bogħod mill-fruntiera Sirjana bejn ir-rotot 15 u 35.  Iwissi wkoll biex tiġi evitata ż-żona li tmiss mal-fruntiera tal-Iraq. Il-vjaġġaturi huma mwissija wkoll kontra kull vjaġġar, ħlief dak essenzjali, lejn Zarqa u Ma’an. Iċ-ċittadini Maltin li jivvjaġġaw fil-pajjiż iridu jkunu viġilanti l-ħin kollu, u jsegwu l-midja lokali u internazzjonali għal aġġornamenti.

Il-vjaġġaturi għandhom iżuru l-professjonista tas-saħħa tagħhom tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel il-vjaġġ biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim jew miżuri preventivi oħrajn. F’emerġenza, għandu jinkiseb trattament f’Amman, peress illi s-servizzi mediċi barra mill-belt huma bażiċi. Huwa rrakkomandat li l-vjaġġaturi jkollhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni.

Huwa importanti li l-vjaġġaturi jirrispettaw il-liġijiet u d-drawwiet lokali, jilbsu modestament, u jirrispettaw ir-reliġjon tan-nies lokali. Wirjiet pubbliċi ta’ affezzjoni omosesswali normalment mhumiex ittollerati u jistgħu jwasslu għall-arrest.

F’każ ta’ diffikultà fil-pajjiż, iċ-ċittadini Maltin li hemm bħalissa fil-Ġordan jistgħu jikkuntattjaw lill-Konslu Onorarju ta’ Malta fil-Ġordan fuq id-dettalji li ġejjin:


IL-KONSLU ONORARJU
53, Isam Al-Ajlami Street, P.O. Box 2259/243, Amman

Tel: 00962 (6) 667112 / 4903321
Mowbajl: 00962 (79) 552 2272
Indirizz elettroniku: maltaconsul.amman@gov.mt

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi kkuntattjat ukoll permezz tat-telefown. (+356) 21242191.

il-Greċja 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

Grenada 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

Saint Vincent u l-Grenadini 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Guinea 08/03/2018

Eżerċita livell għoli ta' prudenza

Kien hemm għadd ta’ dimostrazzjonijiet vjolenti wara l-elezzjonijiet lokali fl-4 ta’ Frar 2018. Għaldaqstant, iċ-ċittadini Maltin għandhom jevitaw laqgħat u dimostrazzjonijiet pubbliċi.

Kien hemm inċidenti ta’ serq u serq bi żgass l-aktar matul il-lejl barra mis-subborgi ta’ Conakry u fuq ir-rotot ewlenin l-oħrajn barra l-belt kapitali. L-ivvjaġġar bit-triq jista’ jkun perikoluż. Iċ-ċittadini Maltin għandhom dejjem jibqgħu viġilanti f’postijiet fejn spiss imorru l-barranin, billi jista’ jkun hemm attakki terroristiċi. L-awtoritajiet tal-Guinea żammew punti ta’ kontroll tal-pulizija u tal-militar madwar il-pajjiż kollu, għaldaqstant huwa rrakkomandat li dejjem għandha tinġarr xi forma ta’ identifikazzjoni.

Għalkemm l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ddikjarat il-pajjiż ħieles mit-trażmissjoni tal-virus tal-Ebola, huwa rrakkomandat li għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet sanitarji neċessarji. Il-vjaġġaturi għandhom ukoll jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji kontra l-kolera u l-malarja. Hija wkoll ferm irrakkomandata polza komprensiva tal-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar.

Peress illi Malta m’għandhiex rappreżentazzjoni diplomatika fil-Guinea, f’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin fil-Guinea jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq id-dettalji li ġejjin:

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ,
Palazzo Parisio, Triq il-Merkanti,
Valletta, Malta
Nru tat-Tel. (+356) 21242191
Indirizz elettroniku: consular.mftp@gov.mt

il-Guinea Ekwatorjali 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Guinea-Bissau 15/05/2018

Evita kull safar f'ċerti nħawi jekk mhuwiex meħtieġ

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn il-Guinea-Bissau biex jevitaw vjaġġar mhux essenzjali lejn ċerti żoni.

Il-pajjiż għaddej minn instabbiltà politika, u għalkemm is-sitwazzjoni tas-sikurezza bħalissa hija taħt kontroll, il-vjaġġaturi għandhom isegwu l-iżviluppi lokali u jevitaw żoni sensittivi (bħal installazzjonijiet militari). Fil-fruntiera mas-Senegal hemm ukoll sitwazzjoni tas-sikurezza dgħajfa. Dimostrazzjonijiet u ġemgħat pubbliċi għandhom jiġu evitati. Ma jistgħux jiġu esklużi attakki terroristiċi, u peress illi l-pajjiż jikkontribwixxi għall-inizjattiva tan-NU għaż-żamma tal-paċi fil-Mali, jista’ jitqies bħala mira leġittima. Attakki bħal dawn jistgħu jseħħu fi kwalunkwe ħin, u kullimkien, inkluż f’postijiet popolari mat-turisti.

Ir-rati tal-kriminalità huma baxxi, iżda minħabba l-faqar fil-pajjiż, il-vjaġġaturi għandhom ikunu viġilanti u jevitaw li jġorru magħhom oġġetti ta’ valur (inkluż passaporti) fil-pubbliku.

Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. Il-faċilitajiet mediċi huma limitati ħafna, u huwa rrakkomandat li jkollok provvista disponibbli tal-mediċini meħtieġa, peress illi l-provvisti x’aktarx li ma jkunux disponibbli. Il-vjaġġaturi għandhom dejjem ikollhom magħhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni, u kopja tal-paġna bijometrika tal-passaport, u kit mediku komprensiv. Fil-pajjiż hemm riskju tat-trażmissjoni tal-virus ta’ Zika, u kultant titfaċċa l-kolera. Il-vjaġġaturi għandhom ukoll jieħdu l-prekawzjonijiet normali biex jevitaw espożizzjoni għall-HIV u l-AIDS.

L-omosesswalità hija legali fil-pajjiż, iżda l-vjaġġaturi għandhom jevitaw affezzjonijiet pubbliċi biex ma jattirawx attenzjoni mhux mixtieqa.

Il-vjaġġaturi għandhom joqogħdu attenti partikolarment meta jivvjaġġaw bit-triq, peress illi l-kundizzjonijiet tat-toroq u l-istandards tas-sewqan huma ħżiena. Il-landmines għadhom problema f’ċerti partijiet, u għadhom għaddejjin operazzjonijiet għat-tneħħija tal-mini. Għalkemm Bissau (il-belt kapitali) ġiet iddikjarata li m’għandhiex mini fl-2006, il-vjaġġaturi barra mill-belt għandhom isegwu l-parir lokali u jużaw toroq biċ-ċangaturi.

Il-karti tal-kreditu ftit li xejn jintużaw fil-pajjiż, u ATMs mhumiex numerużi.

Peress illi Malta m’għandhiex rappreżentazzjonijiet diplomatiċi jew konsulari fil-Guinea-Bissau, f’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin fil-pajjiż jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq id-dettalji li ġejjin:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio,
Triq il-Merkanti,
Valletta, Malta
Tel: (+356) 21242191
Indirizz elettroniku: consular.mftp@gov.mt

il-Guyana 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Gwatemala 12/06/2018

Evita kull safar f'ċerti nħawi

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn il-Gwatemala biex jevitaw l-ivvjaġġar fil-viċinat tal-vulkan Fuego, u biex joqogħdu attenti ħafna u jsegwu l-pariri lokali u l-midja internazzjonali għal aġġornamenti dwar l-iżbroffar tiegħu. Il-vulkan għaddej minn perjodu ta’ żieda fl-attività, u jista’ jisfratta l-ivvjaġġar. Minħabba l-irmied li jaqa’ mill-iżbroffar vulkaniku, La Aurora International Airport (Guatemala City) għalaq fit-3 ta’ Ġunju, iżda l-awtoritajiet tal-ajruport reġgħu fetħuh fl-4 ta’ Ġunju, iżda t-titjiriet qed joperaw bid-diskrezzjoni tal-linji tal-ajru. Il-vjaġġaturi Maltin għandhom jiċċekkjaw mal-linji tal-ajru tagħhom għal aġġornamenti u jerġgħu jikkonfermaw l-iskedi tat-titjiriet. Il-viżitaturi u r-residenti li hemm fiż-żoni viċin il-vulkan għandhom isegwu kemm l-aħbarijiet lokali u l-parir mogħti mill-Uffiċċju Meteoroloġiku tal-Gwatemala.

Fid-dawl ta’ dak li ssemma hawn fuq, il-Ministeru jinforma li bħalissa huwa pprojbit l-aċċess għall-vulkani ta’ Fuego u Acatenango. Minħabba l-irmied li nieżel fid-dipartimenti ta’ Sacatepéquez, Escuintla, u Chimaltenango, l-awtoritajiet lokali ddikjaraw stat ta’ emerġenza fiż-żoni, u ħarġu l-avviż li ġej:

• Evita attivitajiet barra;
• Jekk teħtieġ li toħroġ barra, għatti ħalqek u mnieħrek, u jekk possibbli uża nuċċali ta’ protezzjoni;
• Żomm il-bibien u t-twieqi magħluqin u qiegħed xugamani nedjin fl-ixquq kollha fil-proprjetà;
• Xarrab ftit l-irmied li jinżel qabel ma tikinsu;
• Naddaf l-irmied kollu minn fuq il-bjut, it-terrazzini u t-toroq u qiegħdu f’boroż;
• Tarmix l-irmied direttament fis-sistema ta’ drenaġġ;
• Is-sewqan mhux rakkomandat, iżda sewqan essenzjali għandu jsir bi dwal mixgħulin u b’veloċità baxxa. Ikkunsidra li l-irmied jista’ jagħmel il-ħsara fil-magna tal-vettura tiegħek;
• Evita li tikkonsma kwalunkwe ikel f’postijiet pubbliċi peress li jista’ jkun ikkontaminat;
• Iġbor l-irmied regolarment u tħallihx jakkumula.

Fil-jiem li ġejjin, b’mod partikolari wara xita qawwija, il-vjaġġaturi għandhom joqogħdu attenti minn flussi veloċi ta’ materjali u fdalijiet. Barra minn dan, huwa mistenni li jkun hemm tħarbit tal-ivvjaġġar bit-triq fil-viċinanza tal-vulkan, u l-vjaġġaturi għandhom jikkomunikaw mal-awtoritajiet lokali biex jippjanaw rotot u jiżguraw li dawn tal-aħħar jistgħu jintużaw qabel ma jitilqu.

Għalkemm il-biċċa l-kbira taż-żjajjar huma mingħajr problemi, il-vjaġġaturi għandhom joqogħdu attenti bir-rata għolja ta’ reati vjolenti. Il-maġġoranza ta’ dawn ir-reati tinvolvi gruppi lokali, iżda inċidenti jistgħu jseħħu wkoll fiż-żoni turistiċi. Fil-fatt, kien hemm attakki bl-armi fuq turisti li jivvjaġġaw lejn/minn siti turistiċi ewlenin. Il-vjaġġaturi għandhom jinnutaw li l-ebda parti ta’ Guatemala City ma hija mingħajr kriminalità. Il-ħtif ta’ karozzi u holdups bl-armi huma komuni fit-triq ewlenija “Carretera Salvador” li tmur minn Guatemala City lejn il-fruntiera ma’ El Salvador. Is-slaleb it-toroq fi Fraijanes, San Jose Pinula u Las Lucas huwa wkoll punti fokali għal ħtif veloċi. Attakki bħal dawn, inklużi attakki sesswali, jistgħu jseħħu kullimkien u fi kwalunkwe ħin tal-ġurnata. Dawk li rreżistew l-attakki sfaw maqtula jew midruba. Il-vjaġġaturi huma mwissija wkoll biex jevitaw il-Godinez by-pass li tgħaddi minn Patzun bejn Guatemala City u Panajachel. Minflok, uża l-Pan American Highway lejn Sololá. Għandek tevita wkoll it-triq bejn Cocales (Suchitepequez) u San Lucas Toliman (Atitlan) jekk possibbli. Għandha tingħata attenzjoni partikolari fiż-żoni tal-fruntiera.

Oġġetti ta’ valur (inkluż passaporti) għandhom jinżammu mistura l-ħin kollu, u huwa rrakkomandat li oġġetti ta’ valur jinżammu f’safe tal-lukanda. Il-viżitaturi barranin u r-residenti huma fil-mira ta’ scammers, u dan jista’ jwassal għal telf finanzjarju sostanzjali. Barra minn hekk, kien hemm inċidenti ta’ cloning ta’ karti tal-kreditu/debitu, wara li tintuża ATM. It-turisti għandhom joqogħdu attenti wkoll għal uffiċjali tal-pulizija foloz, wara li ġew irrappurtati attakki u serq minn persuni lebsin uniformijiet tal-pulizija. Għandha tingħata attenzjoni partikolari fiċ-ċentri tat-trasport, fl-ajruport, u fiċ-ċentri tax-xiri.

Mhuwiex irrakkomandat li tivvjaġġa waħdek jew billejl, speċjalment fil-punti tal-qsim tal-fruntiera jew f’żoni kwieti. Huwa rakkomandat li tivjaġġa fi grupp jew ma’ kumpanija ta’ reputazzjoni tajba fil-każ ta’ vjaġġar lejn żoni remoti. PROATUR, li huwa servizz ta’ assistenza għat-turisti offrut mill-pajjiż, joħroġ pariri utli (eż. rotot li għandek tieħu u postijiet biex tevita) u informazzjoni dwar is-sigurtà. Jistgħu joffru wkoll servizz ta’ skorta għal turisti li jivvjaġġaw f’ċerti żoni. Ġeneralment huwa rrakkomandat li tieħu radju jew taxi tal-lukanda għal vjaġġi aktar qosra fl-irħula u l-ibliet.

Ġeneralment huwa sigur li t-turisti jivvjaġġaw fuq it-toroq ewlenin, iżda toroq aktar kwieti jistgħu jkunu ta’ riskju akbar. Jekk possibbli, ikun ideali li tivvjaġġa f’konvoj. Huwa importanti li tinnota li huwa illegali li jkollok aktar minn persuna waħda riekba fuq mutur. Għandu jiġi evitat l-ivvjaġġar it-trasport pubbliku, minħabba żieda fl-attakki bl-armi minn gruppi lokali. Kien hemm inċidenti ta’ serq vjolenti (inkluż stupru u attakki) kontra barranin fuq karozzi tal-linja bħal dawn. Għalkemm il-coaches privati huma aktar siguri, dawn ukoll jistgħu jiġu attakkati.

Fil-pajjiż hemm riskji ta’ dimostrazzjonijiet, u filwaqt li l-biċċa l-kbira huma paċifiċi, dawn jistgħu jieħdu xejra vjolenti. Iċ-ċittadini Maltin għandhom jevitaw ġemgħat bħal dawn, peress illi l-liġi fil-Gwatemala tipprojbixxi li l-barranin jipparteċipaw f'avvenimenti bħal dawn. Il-faċilitajiet pubbliċi (inkluż l-ajruport) jistgħu jiġu mblokkati fi kwalunkwe ħin, u jista’ jkun hemm roadblocks ukoll. Ma jistgħux jiġu esklużi attakki terroristiċi, u dawn jistgħu jseħħu f’postijiet popolari mat-turisti.

Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. Ġew ikkonfermati każijiet tal-virus Chikungunya, u jista’ jkun hemm id-deni dengue. Għaldaqstant, il-vjaġġaturi għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jevitaw il-gdim min-nemus. Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex tiġi evitata espożizzjoni għall-HIV/AIDS.

Il-vjaġġaturi għandu jkollhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ trattament mediku u r-ripatrijazzjoni, u dejjem għandu jinġarr kit mediku komprensiv. F’każ ta’ emerġenza, il-vjaġġaturi jistgħu jċemplu fuq 122 u jitolbu ambulanza. Huwa importanti li tikkuntattja lill-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek minnufih jekk tiġi riferut għand faċilità medika għal trattament. L-isptarijiet fil-Gwatemala jitolbu evidenza ta’ assigurazzjoni medika qabel ma jipproċedu bit-trattament. Huwa importanti wkoll li l-vjaġġaturi jirċievu konferma mill-isptar li l-kopertura tal-assigurazzjoni hija aċċettata. L-isptarijiet pubbliċi ta’ sikwit għandhom nuqqas ta’ iġjene kif ukoll nuqqas ta’ persunal.

L-ilma mhux tajjeb għax-xorb sakemm ma jkunx iffiltrat jew mixtri fi fliexken. L-ilma f’Lake Atitlan mhux tajjeb għax-xorb u lanqas għall-għawm.

Iċ-ċittadini Maltin li jivvjaġġaw lejn il-Gwatemala għandhom jinnotaw li l-passaporti għandhom ikunu validi għal perjodu minimu ta’ 6 xhur mid-data tad-dħul fil-Gwatemala.

It-turisti li se jitilgħu fil-muntanji jew il-vulkani għanhom jeżerċitaw kawtela u jivvjaġġaw ma’ kumpanija ta’ reputazzjoni tajba. L-organizzaturi lokali tat-tours għandhom tendenza li ma jqisux ir-riskji sew, u xi barranin mietu wkoll.

M’għandhomx jittieħdu ritratti mingħajr permess, speċjalment tat-tfal. Persuni sfaw vittmi ta’ llinċjar wara akkużi u biża’ ta’ ħtif tat-tfal. Il-barranin inqabdu wkoll f’din il-vjolenza.

F’xi postijiet, it-turisti jistgħu jġorru fotokopja tad-dokumenti ta’ identifikazzjoni. Madankollu, f’xi postijiet, in-nies jistgħu jeħlu multa jew jiġu miżmuma jekk ma jistgħu jippreżentaw passaport oriġinali jew kopja ċċertifikata.

L-omosesswalità mhix illegali, u ħafna postijiet huma tolleranti. Madankollu, barra minn Guatemala City, l-attitudnijiet huma aktar konservattivi, u wirjiet ta’ affezzjoni pubbliċi għandhom jiġu evitati.

F’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin fil-pajjiż jistgħu jikkuntattjaw lill-Konslu Onorarju fil-Gwatemala fuq id-dettalji li ġejjin:

Il-Konslu Onorarju fil-Gwatemala
2 Avenida ‘A’ 13-34 Zona 1,
3rd Floor, Office 3 B,
Edificio El Callejon,
Guatemala City, Il-Gwatemala
Tel: 00502 2538002
Fax: 00502 22538027
Indirizz elettroniku: avalladares@legapolis.com

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi kkuntattjat ukoll fuq tel. (+356) 21242191 jew fuq l-indirizz elettroniku li ġej: consular.mftp@gov.mt


il-Gżejjer Marshall 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Gżejjer Solomon 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Haiti 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Honduras 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

l-Indja 28/05/2018

Evita kull safar f'ċerti nħawi

Iċ-ċittadini Maltin huma mħeġġa biex jevitaw kull vjaġġar fil-viċinanza immedjata tal-fruntiera mal-Pakistan, għajr l-ivvjaġġar mal-fruntiera internazzjonali f’Wagah; lejn Manipur u l-belt kapitali tal-istat Imphal; id-destinazzjonijiet turistiċi ta’ Phalgam, Gulmarg u Sonamarg, Jammu u Kashmir. Fir-rigward ta’ din tal-aħħar, filwaqt li hija rrakkomandata l-kawtela, din it-twissija ma tapplikax għal (i) vjaġġar fil-belt ta’ Jammu nnifisha, (ii) vjaġġar bl-ajru lejn il-belt ta’ Jammu, (iii) vjaġġar fir-reġjun ta’ Ladakh. Wara strajk ta’ tliet xhur f’Darjeeling Hills is-sena l-oħra, il-vjaġġaturi huma rrakkomandati li jsegwu l-aħbarijiet lokali u l-parir tal-awtoritajiet lokali, u jikkonsultaw il-kumpanija tal-ivvjaġġar tagħhom.

Barra minn dan, Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ iwissi kontra kull vjaġġar ħlief dak essenzjali lejn il-belt ta’ Srinagar u vjaġġar bejn il-bliet ta’ Jammu u Srinagar fuq l-awtostrada nazzjonali ta’ Jammu-Srinagar. Jekk tippjana li tivvjaġġa lejn Imphal agħmel dan biss bl-ajru wara li tiċċekkja l-kundizzjonijiet l-aktar riċenti tas-sigurtà.

Hemm riskju għoli ta’ terroriżmu. Id-deterjorament riċenti tas-sitwazzjoni fil-Kashmir wassal għal żieda fil-miżuri tas-sigurtà u kontrolli ta’ monitoraġġ f’xi żoni (Delhi, Rajastan, Punjab, Jammu & Kashmir, Maharastra u Gujarat) identifikati bħala mira possibbli għal attakki. Gruppi estremisti vjolenti huma attivi wkoll fiż-żoni rurali ta’ Jharkand, Chhattisgarh, Odisha, u f’partijiet ta’ Bihar u West Bengal. Postijiet iffrekwentati sew, bħal swieq, it-trasport pubbliku, stazzjonijiet tal-karozzi tal-linja u tal-ferroviji huma l-aktar fir-riskju. Kun viġilanti, speċjalment f’postijiet pubbliċi, u dejjem segwi l-midja lokali qabel ma tippjana l-vjaġġ tiegħek.

Hemm riskji respiratorji possibbli minħabba l-livelli ta’ tniġġis f’New Delhi u huwa rrakkomandat li jiġi kkonsultat il-monitur tal-kwalità tal-arja ta’ New Delhi disponibbli online. Tfal, persuni anzjani u dawk li għandhom kundizzjonijiet mediċi jistgħu jiġu affettwati b’mod partikolari.  Importanti li jkollok assigurazzjoni medika komprensiva u li żżur il-professjonista tas-saħħa tiegħek tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel il-vjaġġ tiegħek biex tiċċekkja jekk għandekx bżonn tieħu xi tilqim, ċertifikati jew miżuri preventivi oħrajn. Huwa rrakkomandat li jittieħdu l-prekawzjonijiet tas-saħħa neċessarji minħabba riskji minn mard trażmess min-nemus bħal Zika.

F’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni Għolja ta’ Malta fi New Delhi fuq id-dettalji li ġejjin:



Il-Kummissjoni Għolja tar-Repubblika ta’ Malta,
N60, Panchsheel Park, New Delhi 110 017, L-Indja
Tel: 0091 11 4767 4900
Mowbajl ta’ Emerġenza: 0091 9910443535
Indirizz elettroniku: maltahighcommission.newdelhi@gov.mt

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi kkuntattjat ukoll permezz tat-telefown. (+356) 21242191.

l-Indoneżja 05/07/2018

Evita kull safar f'ċerti nħawi

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jwissi liċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn l-Indoneżja kontra kull vjaġġar sa 4km mill-kratier tal-Muntanja Agung fil-Bali tal-Lvant, sa 7km mill-kratier tal-Muntanja Sinabung fis-Sumatra tat-Tramuntana, u sa 3km mill-Muntanja Merapi, minħabba l-attività vulkanika li hemm bħalissa. Fl-għodwa tal-5 ta’ Lulju 2018, il-vulkan reġa’ żbroffa, u emetta sħaba tal-irmied ta’ 2.500m.  In-natura tal-vulkan tibqa’ imprevedibbli, u l-iżbroffar jista’ jseħħ fi kwalunkwe ħin mingħajr avviż u jisfratta l-ivvjaġġar. Jekk l-iżbroffar jaffettwa s-sikurezza tat-titjiriet, l-ajruporti jistgħu jiġu magħluqa. Għaldaqstant iċ-ċittadini Maltin għandhom jikkuntattjaw lill-kumpanija tal-linja tal-ajru u lill-operatur tal-ivvjaġġar tagħhom għal kwalunkwe aġġornament jekk huma se jivvjaġġaw lejn dan ir-reġjun. L-awtoritajiet lokali jwissu lit-turisti u r-residenti li huma eqreb għall-vulkan biex ikollhom disponibbli maskri protettivi. L-awtoritajiet tal-Bali implimentaw għadd ta’ miżuri għat-turisti, bħal akkomodazzjoni għal lejl wieħed bla ħlas għal-lukandi kollha fil-Bali, u karozzi tal-linja bla ħlas għall-port ta’ Padangbai, Surabaya, u Jakarta. Barra minn dan, l-awtoritajiet avżaw li d-distanza bejn il-Muntanja Agung u l-belt kapitali ta’ Bali hija 70km, filwaqt li d-distanza bejn il-Muntanja u żoni turistiċi oħrajn hija madwar 60-80km. L-awtoritajiet javżaw lil persuni fiż-żoni li huma 60km ’il bogħod mill-vulkan mhuma f’ebda theddida diretta. Ikun utli wkoll li l-vjaġġaturi ikomplu jsegwu mill-qrib kwalunkwe żvilupp permezz tal-midja.

Is-sitwazzjoni politika ġenerali fl-Indoneżja hija stabbli, iżda l-iżviluppi lokali u internazzjonali jistgħu jiskattaw protesti jew inkwiet. Ġemgħat u dimostrazzjonijiet għandhom jiġu evitati, peress li dawn jistgħu jieħdu xejra vjolenti. Il-vjaġġaturi huma wkoll mwissija biex joqogħdu attenti b’mod partikolari fil-postijiet li ġejjin:

- Ambon, inkluż Haruku Island, fil-Provinċja ta’ Maluku, minħabba inkwiet u vjolenza;
- Palu, Poso, u Tentena, fil-Provinċja ta’ Sulawesi Ċentrali, minħabba vjolenza mmotivata mill-politika;
- Aceh, minħabba perjodu twil ta’ konflitt intern, vjolenza mmotivata mill-politika, u l-infurzar tal-liġi Sharia;
- Papua, minħabba vjolenza u attakki bl-armi, dimostrazzjonijiet tal-massa, u ħtif;
- Papua tal-Punent, minħabba l-possibbiltà ta’ inkwiet.

Huwa probabbli li jseħħu attakki terroristiċi, u dawn jistgħu jseħħu f’postijiet popolari mat-turisti. Attakki riċenti jinkludu għadd ta’ splużjonijiet f’Mejju 2018, li kkawżaw għadd ta’ mwiet u persuni midruba.

Għalkemm il-biċċa l-kbira taż-żjajjar huma mingħajr problemi, il-vjaġġaturi għandhom joqogħdu attenti għall-kriminalità fit-toroq, ħtif ta’ basktijiet, u serq mill-bwiet, speċjalment f’żoni turistiċi bieżla ta’ Bali. Huwa importanti li jinġarru biss oġġetti essenzjali, u li oġġetti ta’ valur (inkluż passaporti) jinżammu mistura. Il-frodi b’karta tal-kreditu hija komuni, u kien hemm inċidenti fejn il-kriminali jqiegħdu numri tat-telefown foloz fuq l-ATMs, fejn il-klijenti huma mħeġġa jikkuntattjaw dak in-numru biex jirrapportaw problemi. Kien hemm ukoll rapporti ta’ spiking ta’ xorb u attakki sesswali f’Bali, Lombok, u l-Gżejjer Gili. Barra minn dan, ħafna barranin mietu jew mardu serjament wara li xorbu xarbiet alkoħoliċi kkontaminati bil-metanol. Huwa importanti li tingħata attenzjoni partikolari peress li l-fliexken jistgħu jidhru bħala ġenwini, iżda ma jkunux.

Huwa rrakkomandat li tevita li toħroġ waħdek, u jekk qed tivvjaġġa bil-karozza, huma importanti li dejjem iżżomm il-bibien imsakkrin. Barra minn dan, ir-regolamenti tat-traffiku mhumiex osservati. It-trasport pubbliku huwa riskjuż minħabba s-serq. Ibbukkja biss taxis minn ditti ta’ reputazzjoni tajba, u qatt tuża xufiera tat-taxis mhux liċenzjati minħabba l-kundizzjonijiet ħżiena u rapporti ta’ serq. L-ivvjaġġar bejn il-gżejjer b’dgħajsa jew vapur jista’ jkun perikoluż minħabba li dawn tal-aħħar ikunu ffullati żżejjed u mhumiex mantnuti tajjeb. Ġew irrappurtati wkoll attakki kontra vapuri u ħtif fuq il-baħar.
Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim. Ċerti mediċini li huma normalment disponibbli f’Malta jistgħu jkunu illegali fl-Indoneżja. Għaldaqstant, il-vjaġġaturi għandu jkollhom kopja tar-riċetta tat-tabib, li tindika l-kwantità u l-ħtieġa għall-mediċina, iċ-ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn li huma meħtieġa.
Fil-pajjiż hemm riskju tat-trażmissjoni tal-virus ta’ Zika u tal-influwenza avjarja, u hemm ir-rabja fost l-annimali domestiċi u selvaġġi. Il-vjaġġaturi għandhom jevitaw kuntatt dirett mal-annimali u għandhom ifittxu l-għajnuna jekk jiġu migduma jew migrufa. Il-faċilitajiet tas-saħħa jistgħu jkunu ħżiena fil-pajjiż, filwaqt li kura medika tajba tista’ tkun għalja ħafna. Il-vjaġġaturi għandu dejjem ikollhom magħhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni, u kopja tal-paġna bijometrika tal-passaport, u kit mediku komprensiv. F’każ ta’ emerġenza, iċ-ċittadini Maltin li jivvjaġġaw lejn il-pajjiż jistgħu jċemplu fuq 118, u jitolbu ambulanza. Għandek tikkuntattja lill-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek minnufih jekk tiġi riferut għand faċilità medika għal trattament. Il-vjaġġaturi għandhom jinnutaw ukoll li l-ilma tal-vit mhux tajjeb għax-xorb fil-pajjiż.
Il-passaporti għandhom ikunu validi għal perjodu minimu ta’ 6 xhur mid-data tat-tluq tiegħek mill-Indoneżja.
Il-logħob tal-azzard huwa illegali fl-Indoneżja.
Il-vjaġġaturi li joqogħdu f’akkomodazzjoni privata (mhux f’lukanda) għandhom jirreġistraw il-preżenza tagħhom mal-pulizija lokali. Inkella, tiġi applikata multa. Soġġorni f’lukanda jiġu rreġistrati awtomatikament.

F’każ ta’ emerġenza, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Konslu Onorarju f’Jakarta fuq id-dettalji li ġejjin:

JL Metro Pondok Indah TE 4-5
Pondok Indah - Jakarta 12310
Tel: +62 2179178703
Mowbajl: +62851166551 jew +62 8551166951
Fax: + 62 2179199177
Indirizz elettroniku: maltaconsul.jakarta@gov.mt

F’każ ta’ emerġenza, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ permezz tat-telefon: (+356) 21242191.

l-Iran 10/05/2018

Oqgħod attent

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw fil-pajjiż biex ikunu kawti minħabba tensjoni fir-reġjuni tal-madwar. Barra minn dan, il-vjaġġaturi huma mwissija kontra kull vjaġġar sa 100km ‘il bogħod mill-fruntiera kollha ta’ bejn l-Iran u l-Afganistan, sa 10km ‘il bogħod mill-fruntiera kollha bejn l-Iran u l-Iraq, il-provinċja ta’ Sistan-Baluchistan, u ż-żona bejn Bam u Jask, inkluż Bam. Dawn iż-żoni tal-fruntieri huma magħrufa għall-bigantraġġ u t-traffikanti tad-droga.

Ilhom għaddejjin dimostrazzjonijiet pubbliċi u rallies f’bosta bliet fl-Iran sa mit-28 ta’ Diċembru 2017. Bħalissa, hemm aktar riskju ta’ dimostrazzjonijiet li għandhom fil-mira l-interessi tal-Punent. Iċ-ċittadini Maltin huma avżati biex jevitaw folol jew ġemgħat ta’ nies, u biex ikunu viġilanti u diskreti fl-imġiba tagħhom. Għandhom ukoll joqogħdu lura milli jieħdu ritratti u jiġbdu filmati f’postijiet pubbliċi.

Ma jistgħux jiġu esklużi attakki terroristiċi wkoll, inkluż f’postijiet popolari mal-barranin. Għaldaqstant, huwa rrakkomandat li l-vjaġġaturi għandhom isegwu l-istruzzjonijiet tal-forzi tas-sikurezza lokali, u jżommu ruħhom aġġornati dwar l-iżviluppi politiċi permezz tal-midja.

F’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin fl-Iran jistgħu jitolbu l-għajnuna mill-Konslu Onorarju ta’ Malta fit-Tehran fuq id-dettalji li ġejjin:

Flat No 21, Fourth Floor, Building No 4,
Khosravi St., Vaziripour Ave,
Mother Sq, Mir Damad, Tehran, L-Iran

Tel: 0098 21 26405277, 0098 21 26405278
Fax: 0098 21 26405279
Mob: 00989121504764

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi kkuntattjat ukoll fuq (+356) 21242191.

l-Iraq 28/05/2018

Evita kull safar f'ċerti nħawi

Is-sitwazzjoni fl-Iraq għadha prekarja. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ iwissi kontra kull vjaġġar lejn: il-provinċja ta’ Anbar, il-provinċja ta’ Ninewah, il-provinċja ta’ Salah-Al-Din, il-provinċja ta’ Diyala, il-provinċja ta’ Tam’mim (Kirkuk), fil-provinċja ta’ Erbil, fin-Nofsinhar ta’ Road 80, u sa 10km mill-fruntiera mal-provinċja ta’ Ninewah bejn Road 80 u Road 2.

Barra minn hekk, il-Ministeru iwissi kontra kull vjaġġar ħlief dak essenzjali lejn il-kumplament tal-Iraq, inkluż il-kumplament tar-reġjun tal-Kurdistan. Bħalissa hemm tensjoni bejn il-gvern tal-Iraq u l-Gvern Reġjonali tal-Kurdistan wara referendum għall-indipendenza mill-Iraq. Qed isiru protesti regolari kull nhar ta’ Ġimgħa f’Tahrir Square u madwarha. Evita dimostrazzjonijiet u segwi l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet tal-pulizija lokali.

F’Diċembru 2017, il-Prim Ministru tal-Iraq iddikjara li d-Daesh (li qabel kienu magħrufa bħala ISIL) ġew megħluba fl-Iraq. Madankollu, ir-riskju tal-attakki terroristiċi għadu hemm. Is-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-Iraq tibqa’ inċerta, u tista’ tmur għall-agħar malajr. Huwa probabbli li t-terroristi jippruvaw iwettqu attakki fl-Iraq. Hemm ukoll riskju għoli ta’ ħtif. Filwaqt li l-attakki jistgħu jseħħu fi kwalunkwe ħin, hemm riskju akbar matul btajjel reliġjużi jew pubbliċi.

Hemm riskju tas-sigurtà ieħor fir-rigward tad-Diga ta’ Mosul, li hija f’riskju li tinfaqa’. Jekk tinfaqa’, din tista’ twassal għal għargħar kbir fil-wied tax-Xmara Tigris, minn Mosul sa Baghdad.  Għandek issegwi r-rapporti fil-midja u tiżgura li għandek lesti pjanijiet ta’ kontinġenza. Il-Gvern Federali tal-Iraq ħabbar li reġgħu bdew it-titjiriet internazzjonali lejn u minn l-ajruporti ta’ Erbil u Sulaimaniyah mid-19 ta’ Marzu.  Il-vjaġġaturi għandhom jiċċekkjaw mal-linji tal-ajru tagħhom qabel ma jagħmlu pjanijiet.  Il-permess ta’ Iraqi Airways biex topera lejn u minn punti fl-UE ġie sospiż.

Peress illi Malta m’għandhiex rappreżentazzjoni diplomatika fl-Iraq, f’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq id-dettalji li ġejjin:

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio, Triq il-Merkanti, Valletta, Malta
Nru tat-Telefown (+356) 21242191
Indirizz elettroniku: consular.mftp@gov.mt

l-Irlanda 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

l-Istati Uniti tal-Amerka 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

l-Italja 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

l-Iżlanda 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

Iżrael 06/07/2018

Eżerċita livell għoli ta' prudenza

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin biex ikunu kawti, wara li kien hemm 3 terremoti minuri li nħassew f’Tiberias, Safed, Haifa, u l-Galilea tal-Punent. Sabiex tkun tista’ tirċievi għajnuna f’każ ta’ bżonn, huwa rrakkomandat li b’mod volontarju tagħti d-dettalji tal-kuntatt tiegħek lill-Ambaxxata (numru tal-passaport, numru tat-telefown, indirizz elettroniku), meta tivvjaġġa lejn il-pajjiż (billi tibgħat email lil holyland.mftp@gov.mt), jew billi timla n-Notifika D, li hija aċċessibbli fuq il-link li ġejja: https://eforms.gov.mt/pdfforms.aspx?fid=oth064e. Id-dettalji se jinżammu għal 3 (tliet) ijiem mid-data tat-tluq speċifikata mill-Art Imqaddsa u wara dan, id-dejta kollha titħassar. Il-vjaġġaturi għandhom isegwu l-parir tal-awtoritajiet lokali u jsegwu l-midja lokali għal aġġornamenti. Iċ-ċittadini Maltin huma wkoll avżati biex jevitaw kwalunkwe vjaġġar lejn il-Golan Heights, minħabba t-tensjoni kurrenti.

Fil-fruntiera bejn Gaża u l-Iżrael ilhom isiru protesti kbar mit-30 ta’ Marzu, u dawn jistgħu jkomplu. Kien hemm ġlied vjolenti bejn dawk li kienu qed jipprotestaw u l-forzi tas-sigurtà fl-Iżrael u x-Xatt tal-Punent, inkluż Tel Aviv, Ġerusalemm tal-Lvant u l-Belt il-Qadima, u Hebron. Komplew ukoll inċidenti bir-rokits u sparar ta’ mortars. Iċ-ċittadini Maltin fil-pajjiż għandhom jiffamiljarizzaw ruħhom mal-azzjonijiet tas-sikurezza fil-każ li tinstema’ sirena ta’ twissija.

Għaldaqstant, il-vjaġġaturi Maltin għandhom jevitaw ġemgħat jew dimostrazzjonijiet pubbliċi biex iħarsu s-sikurezza tagħhom. Il-vjaġġaturi huma mħeġġa wkoll biex dejjem isegwu l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet lokali u jżommu ruħhom aġġornati dwar l-iżviluppi l-aktar riċenti permezz tal-midja lokali u internazzjonali.

F’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Ambaxxata tar-Repubblika ta’ Malta f’Tel Aviv fuq id-dettalji li ġejjin:

L-AMBAXXATA TAR-REPUBBLIKA TA’ MALTA
50, Dizengoff Street, Top Tower,14th Floor,
64332 Tel Aviv, L-Iżrael
Ġenerali: 00972 3 6295916
Mowbajl ta’ Emerġenza: 00972 5225 75 708
Fax:  00972 03 6295917  
Indirizz elettroniku: maltaembassy.telaviv@gov.mt
Indirizz elettroniku ta’ emerġenza: holyland.mftp@gov.mt

l-Iżvezja 15/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

l-Iżvizzera 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Jemen 21/06/2018

Evita kull safar

Pariri dwar Vjaġġar

Il-Jemen
21/06/2018

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin kontra kull vjaġġar lejn il-Jemen (fuq il-kontinent u l-gżejjer), u jħeġġeġ liċ-ċittadini Maltin fil-pajjiż biex jitilqu immedjatament. Is-sitwazzjoni politika u tas-sigurtà għadha volatili ħafna, u l-pajjiż għaddej minn vjolenza kontinwa bejn fazzjonijiet rivali. Partijiet kbar tal-pajjiż huma affettwati mill-bombardamenti, l-attakki bir-rokits u l-ġlied fuq l-art ta’ kuljum.  Kien hemm ukoll ġlied u nies midrubin fil-fruntiera bejn il-Jemen u l-Arabja Sawdija. L-istituzzjonijiet tal-istat huma limitati ħafna fil-funzjonament tagħhom mal-pajjiż kollu, u partijiet kbar tal-pajjiż mhumiex taħt il-kontroll tal-gvern. L-entitajiet tas-sigurtà tal-istat jiffunzjonaw biss parzjalment u ma jistgħux jiggarantixxu biżżejjed protezzjoni.

L-attakki terroristiċi huma frekwenti, u tkompli t-theddida ta’ attakki, ħtif, u detenzjoni illegali kontra barranin minn gruppi terroristiċi, milizzja lokali, nies tribali armati, u gruppi kriminali tibqa’.

Il-ħtif huwa theddida kostanti mal-pajjiż kollu, b’mijiet ta’ nies li ġew maħtufa f’dawn l-aħħar 15-il sena. Dawn seħħew fi kwalunkwe ħin tal-ġurnata u f’postijiet differenti, inkluż postijiet pubbliċi u anke fl-akkomodazzjoni tal-vittmi. Persuni barranin (inkluż ħaddiema taż-żejt u tal-gass, għalliema, studenti, u ġurnalisti) huma l-miri leġittimi għall-ħtif. Fid-dawl ta’ dan, il-vjaġġaturi li diġà qegħdin fil-Jemen huma mwissija biex jevitaw li jżuru postijiet popolari maċ-ċittadini barranin u biex isegwu l-parir lokali.

Minħabba l-istandards ħżiena tas-sewqan, nuqqas kbir ta’ fjuwil, u l-mini splussivi tal-art, l-ivvjaġġar bit-triq fil-pajjiż huwa perikoluż ħafna.  Il-vjaġġar bl-ajru ġie affettwat ukoll mill-konflitt, fejn l-ajruporti qed jiffaċċjaw sospensjoni jew għeluq temporanju. Huwa importanti li l-vjaġġaturi jiċċekkjaw mal-linja tal-ajru tagħhom qabel ma jivvjaġġaw lejn kwalunkwe ajruport. Il-konflitt jestendi wkoll fl-ibħra territorjali tal-Jemen, u għad hemm riskju ta’ piraterija u nies midruba lil hinn mill-kosta tas-Somalja u fl-istati tal-viċinat, kif ukoll fl-ibħra ta’ ħdejhom. Vapuri fl-Oċean Indjan (madwar is-Seychelles u l-Madagascar) kif ukoll fil-Kenja, it-Tanzanija, il-Mozambique, il-Jemen u l-Oman huma wkoll f’riskju li jiġu attakkati u maħtufa. Il-gżejjer fil-Baħar l-Aħmar fil-biċċa l-kbira tagħhom huma żoni militari ristretti. Iseħħu regolarment konflitti mal-Eritrea minħabba drittijiet għas-sajd fil-Baħar l-Aħmar. Fiż-żona ta’ Bab al-Mandab u fl-ilmijiet lil hinn mill-kosta tas-Somalja, qed jiġu rrappurtati dejjem aktar inċidenti ta’ piraterija u problemi tat-traffikar ta’ refuġjati mis-Somalja lejn il-Jemen.

L-armi huma faċilment disponibbli fil-Jemen, u tilwim tribali fuq l-art huwa komuni.

Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. Il-vjaġġaturi għandu dejjem ikollhom magħhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni, u kopja tal-paġna bijometrika tal-passaport, u kit mediku komprensiv. Minħabba tfaqqigħ tal-kolera, il-vjaġġaturi huma mwissija biex jieħdu l-prekawzjonijiet xierqa. Il-faċilitajiet tas-saħħa huma ħżiena, speċjalment lil hinn mill-bliet ewlenin. F’każ ta’ emerġenza, il-vjaġġaturi jistgħu jċemplu ambulanza fuq 191. Huwa essenzjali li tikkuntattja lill-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek minnufih jekk tiġi riferut għand faċilità medika għal trattament.

Il-passaporti għandhom ikunu validi għad-durata proposta taż-żjara.

Il-vjaġġaturi għandhom ikunu kawti meta jużaw kameras qrib siti militari jew reliġjużi, u huwa importanti li jiksbu l-kunsens tal-persuni, qabel ma jittieħdu ritratti tagħhom.

Peress illi Malta m’għandhiex rappreżentazzjoni diplomatika fil-Jemen, f’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin fil-Jemen jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq id-dettalji li ġejjin:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, Palazzo Parisio, Triq il-Merkanti,
Valletta, Malta
Nru tat-tel. (+356) 21242191
Indirizz elettroniku: consular.mftp@gov.mt

il-Kambodja 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Kamerun 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Kanada 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Każakistan 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Kenja 28/05/2018

Evita kull safar f'ċerti nħawi jekk mhuwiex meħtieġ

Minħabba li tfaċċaw protesti vjolenti fil-Kenja wara r-riżultati tal-elezzjoni presidenzjali li saret f’Ottubru 2017, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin kollha biex ikunu kawti ħafna u joqogħdu ferm attenti meta jivvjaġġaw lejn il-pajjiż. Minħabba dan, il-Ministeru jwissi bil-qawwa lil dawk kollha li qegħdin fil-pajjiż sabiex jevitaw manifestazzjonijiet u postijiet iffullati; biex dejjem isegwu l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet lokali u jżommu ruħhom aġġornati dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż billi jsegwu l-midja u r-rapporti tal-aħbarijiet. Huwa rrakkomandat li l-movimenti fil-pajjiż ikunu limitati u li l-iżviluppi fil-pajjiż jiġu segwiti regolarment.

B’mod partikolari, il-Ministeru jwissi kontra kull vjaġġar, ħlief dak essenzjali, lejn żoni fuq il-fruntieri mas-Somalja, is-Sudan t’Isfel u l-Etjopja, il-Kontea ta’ Garissa, il-Kontea ta’ Lamu (esklużi l-Gżira ta’ Lamu u l-Gżira ta’ Manda), il-Kontea tax-Xmara Tana fit-Tramuntana tax-Xmara Tana nnifisha, u fil-viċinanzi tal-kosta mix-Xmara Tana ’l isfel lejn ix-Xmara Galana (Athi-Galana-Sabaki). Huwa rrakkomandat wkoll li jiġu evitati vjaġġi ta’ kwalunkwe tip fir-reġjuni aridi u remoti fit-Tramuntana ċentrali tal-pajjiż, b’mod partikolari l-kontej ta’ Baringo, West Pokot u Laikipia.

Dan il-parir jeskludi d-destinazzjonijiet tas-safari, ir-riservi tal-annimali selvaġġi u l-kumplessi ħdejn xatt il-baħar. Barra minn dan, l-ajruport ta’ Mombasa (Moi International Airport), l-ajruport ta’ Malindi u l-ajruport ta’ Manda mhumiex inklużi fiż-żona li għaliha l-Ministeru jwissi kontra kull vjaġġar ħlief dak essenzjali. Jekk tivvjaġġa lejn il-Gżira ta’ Lamu jew il-Gżira ta’ Manda, għandek tagħmel dan bl-ajru lejn l-ajruport ta’ Manda u mhux bit-triq.

Għad hemm riskju għoli ta’ terroriżmu u kriminalità vjolenti. Kien hemm għadd ta’ attakki fil-Kenja fi snin riċenti, b’mod partikolari fil-kontej ta’ Garissa, Mandera u Lamu u żoni kontinentali oħra qrib il-fruntiera mas-Somalja. Iċ-ċittadini Maltin huwa mwissija biex jibqgħu viġilanti f’postijiet pubbliċi u fuq it-trasport pubbliku u biex isegwu l-parir tal-awtoritajiet lokali.

Il-kwalità tal-ilma fil-Kenja tista’ tkun ħażina u ġieli jitfaċċa mard trażmess mill-ilma, bħall-kolera, il-malarja u d-deni dengue fil-Kenja. Qabel ma tixrob l-ilma tax-xorb, iċċekkja li huwa tajjeb għax-xorb. Tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma tivvjaġġa lejn il-Kenja, għandek tiċċekkja mal-professjonista tas-saħħa biex tiċċekkja jekk għandekx bżonn tieħu xi tilqim jew miżuri preventivi oħrajn. Huwa essenzjali li l-vjaġġaturi jkollhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa u fondi aċċessibbli biex ikopru l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku barra mill-pajjiz u r-ripatrijazzjoni. Barra minn dan, għandhom jiżguraw li l-passaport tagħhom huwa validu għal perjodu minimu ta’ 6 xhur mid-data tar-ritorn lura lejn Malta u li d-dokument tal-ivvjaġġar fih żewġ paġni disponibbli mal-wasla.

F’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin fil-Kenja jistgħu jikkuntattjaw lill-Konslu Onorarju f’Nairobi fuq id-dettalji li ġejjin:

NAIROBI
P.O Box 2719-00100, Nairobi, Il-Kenja  
Indirizz tal-Lokalità: Daphton Court, B4, Riverside Drive, off Chiromo Road opp. Prime Bank
Tel: 00254 20 2672822
Mowbajl: 00254 729 696700

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi kkuntattjat ukoll permezz tat-telefown. (+356) 21242191.

il-Kirgiżistan 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

Kiribati 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Kolombja 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Kongo 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Korea t’Isfel 01/03/2018

Eżerċita livell għoli ta' prudenza

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin kollha biex jeżerċitaw il-kawtela meħtieġa meta jivvjaġġaw lejn dan il-pajjiż. L-ivvjaġġar jibqa' sikur u possibbli, madankollu l-livell ta' tensjoni fuq il-peniżola Koreana huwa kkaratterizzat minn instabbiltà u s-sitwazzjoni tas-sigurtà tista’ tinbidel bi ftit avviż. Għalkemm dawn it-tensjonijiet normalment ma jaffettwawx il-ħajja ta’ kuljum, il-vjaġġaturi huma mħeġġa biex iżommu ruħhom aġġornati dwar ir-rapporti tal-aħbarijiet lokali u internazzjonali u jsegwu l-parir tal-awtoritajiet lokali.

Il-Logħob Paralimpiku se jsir bejn id-9 u t-18 ta’ Marzu 2018 fi Pyeonchang. Tista’ ssib aktar informazzjoni fis-sit tal-web li ġej: https://www.paralympic.org/pyeongchang-2018

Fil-każ ta’ emerġenza, iċ-ċittadini Maltin huma mħeġġa jikkooperaw ma’ u jsegwu l-gwida mill-awtoritajiet rilevanti tal-Korea t’Isfel. Iċ-ċittadini Maltin huma mħeġġa wkoll li jfittxu l-għajnuna mill-Konslu Onorarju f’Seoul bħala l-ewwel punt ta’ kuntatt fil-pajjiż, jew l-eqreb Ambaxxata tal-UE f’Seoul:

Mr Kwang Yong Ly
Konslu Onorarju
Room 311, Sungchang Building 60-3,
2-KA, Chungmu-Ro, Chung-Ku, Seoul

Telefown: 0082 (2) 778 9201
Fax: 0082 (2) 778 9202
Mowbajl: 0082 (11) 232 9128
Indirizz elettroniku: maltaconsul.seoul@gov.mt

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi kkuntattjat ukoll permezz tat-telefown (+356) 21242191.

il-Korea ta’ Fuq 20/12/2017

Evita kull safar

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin kollha biex jevitaw kwalunkwe vvjaġġar organizzat lejn ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (il-Korea ta' Fuq).

Fid-dawl tat-tensjonijiet politiċi fir-reġjun, fejn aktar testijiet bil-missili jew nukleari ma jistgħux jiġu esklużi, is-sitwazzjoni tista' tinbidel bi ftit avviż jew xejn. Jekk din is-sitwazzjoni tiġri, il-provvista ta' kwalunkwe forma ta' għajnuna konsulari se tkun estremament diffiċli. Mhuwiex possibbli li tivvjaġġa lejn ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea mir-Repubblika tal-Korea.

Billi Malta m'għandhiex rappreżentanza diplomatika fir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, fil-każ ta' diffikultà, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq il-koordinati li ġejjin:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio,
Triq il-Merkanti,
Valletta, Malta

Telefown: (+356) 21242191
Posta elettronika: consular.mftp@gov.mt

il-Kosta tal-Avorju 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Kroazja 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

Kuba 19/04/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin li se jivvjaġġaw lejn Kuba sabiex jieħdu l-prekawzjonijiet normali.

Għalkemm il-biċċa l-kbira taż-żjarat f’Kuba huma mingħajr problemi, it-turisti għandhom joqogħdu attenti għal serq mill-bwiet u l-ħtif ta’ basktijiet, speċjalment f’Habana Vieja (Havana l-qadima), fuq is-sistemi tat-trasport, f'postijiet popolari mat-turisti, u anke fil-clubs. Isseħħ sikwit kriminalità relatata mal-karozzi u serq b’vjolenza, u l-barranin sfaw vittmi wkoll ta’ titqib tat-tajers. Oġġetti ta’ valur għandhom jinżammu mistura, u huwa importanti li oġġetti bħal dawn, inklużi passaporti, jinżammu f’post sigur. Ġie rrappurtat ukoll serq mill-kmamar, speċjalment f’guest houses privati. Il-vjaġġaturi għandhom ikunu kawti fiċ-ċentru ta’ Havana billejl, u jingħata parir li tintuża taxi, anke għal distanzi qosra.

F’Kuba hemm preżenza qawwija tal-pulizija u hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-kelma u l-għaqda. Iċ-ċittadini Maltin li se jivvjaġġaw lejn il-pajjiż għandhom jevitaw dimostrazzjonijiet, żoni militari, u żoni ristretti oħra. Għalkemm ma hemm ebda storja riċenti ta’ terroriżmu, ma jistgħux jiġu esklużi attakki fil-pajjiż.

L-istandard tas-sewqan ivarja f’Kuba, u bosta vetturi (kemm tat-trasport pubbliku u dak privat) mhumiex mantnuti sew. Il-kundizzjonijiet tat-toroq huma ħżiena, u t-turisti huma avżati sabiex jevitaw is-sewqan billejl minħabba vetturi mingħajr dwal u annimali fit-toroq. It-turisti m’għandhomx jużaw mopeds jew Coco-taxis, għax bosta barranin ġew irrappurtati li korrew. Il-vjaġġaturi għandhom jiżguraw li jagħżlu taxis irreġistrati u li jevitaw taxis privati. Karozzi qodma offruti bħala taxis għandhom jiġu evitati peress li dawn m’għandhomx liċenzji xierqa u funzjonijiet tas-sigurtà.

Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa minn tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż sabiex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. Il-faċilitajiet mediċi huma aħjar f’Havana milli fil-kumplament tal-pajjiż, u l-vjaġġaturi jridu jiżguraw li jkollhom assigurazzjoni komprensiva tas-saħħa u tal-ivvjaġġar sabiex tkopri l-ispejjeż ta’ trattament mediku u r-ripatrijazzjoni. Kien hemm rapporti ta’ mard min-nemus, u għalkemm l-awtoritajiet lokali qed iwettqu fumigazzjoni kimika biex jikkontrollaw il-firxa tagħhom, il-vjaġġaturi għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa. F’każ ta’ emerġenza, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jċemplu ambulanza fuq in-numru 104.

Peress illi bosta mediċini mhumiex disponibbli fil-pajjiż, il-vjaġġaturi għandhom jippakkjaw biżżejjed mediċini fuq riċetta tat-tabib u jiżguraw li għandhom kopja tal-ittra tar-riċetta minn professjonista tas-saħħa li tispjega l-kundizzjoni. Huwa rrakkomandat ukoll li t-turisti jkollhom fuqhom kopja tal-passaport u kit mediku komprensiv il-ħin kollu.

Taħt il-Liġi tal-Istati Uniti, l-ivvjaġġar mill-Istati Uniti lejn Kuba mhuwiex permess, u dan japplika anke għal dawk il-vjaġġaturi li jkunu għaddejjin fi tranżitu mill-Istati Uniti biex imorru lejn il-pajjiż.

Huwa rrakkomandat li jiġu mmonitorjati l-aġġornamenti dwar it-temp minħabba urugani u maltempati. F’każ ta’ avvenimenti bħal dawn, il-vjaġġaturi għandhom isegwu l-pariri tal-awtoritajiet lokali.

Il-pajjiż għandu liġijiet stretti dwar id-drogi, u t-turisti m’għandhomx iġorru oġġetti għal persuni oħra, u m'għandhom iħallu qatt li xi ħadd ieħor jippakkja l-bagalji tagħhom.

Huwa rrakkomandat li l-vjaġġaturi jikkonfermaw mal-bank tagħhom jekk il-karti tal-kreditu jaħdmux f’Kuba. Minħabba l-muniti foloz, huwa rrakkomandat ukoll li l-vjaġġaturi jsarrfu l-flus biss minn fergħat tal-kambju Cadeca jew banek.

Global Positioning Systems (GPS) huma suġġetti għal rekwiżiti tal-importazzjoni u jistgħu jiġu kkonfiskati. Il-vjaġġaturi għandhom jiżguraw li GPS integrati (fil-mowbajls, it-tablets u l-laptops) jiġu skonnettjati jew diżattivati.

Għalkemm l-omosesswalità hija legali f’Kuba, il-wiri pubbliku ta’ affezzjoni minn koppji tal-istess sess jista’ jwassal għal attenzjoni mhux mixtieqa mill-pulizija.

Laħam u frott imdaħħal mit-turist mal-wasla fil-pajjiż jiġi ikkonfiskat minħabba li l-importazzjoni ta’ prodotti bħal dawn fil-pajjiż hija pprojbita.

Peress illi Malta m’għandhiex rappreżentazzjoni diplomatika u lanqas rappreżentazzjonijiet konsulari f’Kuba, f’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru fuq id-dettalji li ġejjin:

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio,
Triq il-Merkanti,
Valletta, Malta

Tel: (+356) 21242191
Indirizz elettroniku: consular.mftp@gov.mt


il-Kuwajt 10/05/2018

Oqgħod attent

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn l-Istat tal-Kuwajt biex ikunu kawti, minħabba tensjoni fir-reġjuni tal-madwar. Barra minn dan, il-pajjiż ra theddida mit-terroriżmu. L-attakki jistgħu jkunu indiskriminati u jistgħu jseħħu f’postijiet iffrekwentati minn persuni espatrijati u vjaġġaturi barranin. It-terroristi jkomplu joħorġu stqarrijiet fejn jheddu li ser iwettqu attakki fir-reġjun tal-Golf. Dawn jinkludu referenzi għal attakki fuq interessi tal-Punent, inkluż compounds residenzjali, interessi militari, taż-żejt, tat-trasport u tal-avjazzjoni. Iċ-ċittadini Maltin li hemm fiż-żona għandhom ikunu viġilanti f’żoni pubbliċi, isegwu l-iżviluppi permezz tal-midja u jsegwu l-parir tal-awtoritajiet lokali.

Is-sewqan fil-pajjiż huwa perikoluż, u l-istandards tas-sewqan huma baxxi ħafna. Minħabba l-preżenza ta’ landmines, il-vjaġġaturi għandhom jeżerċitaw kawtela kbira, anke jekk żoni ġew iddikjarati uffiċjalment li dawn tneħħew.

Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. Il-vjaġġaturi dejjem għandu jkollhom magħhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni, u kopja tal-paġna bijometrika tal-passaport, u kit mediku komprensiv. F’każ ta’ emerġenza, iċ-ċittadini Maltin li jivvjaġġaw lejn il-pajjiż jistgħu jċemplu ambulanza fuq 112. Jekk jiġu riferuti għand faċilità medika, il-vjaġġaturi għandhom jikkuntattjaw immedjatament lill-kumpanija tal-assigurazzjoni.

Huwa pprojbit it-teħid ta’ ritratti ta’ żoni tal-gvern, tal-militar, fruntieri, artijiet fejn hemm iż-żejt, u żoni ristretti oħrajn. Il-vjaġġaturi mhumiex permessi li jġibu magħhom jew li jkollhom fil-pussess tagħhom narkotiċi, alkoħol, majjal, u materjal oxxen. Dan ikun meqjus bħala reat u jista’ jirriżulta fi priġunerija.

Relazzjonijiet bejn persuni tal-istess sess huma pprojbiti, u anke wirjiet intimi ta’ affezzjoni bejn irġiel u nisa mhumiex approvati.

F’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Ambaxxata tar-Repubblika ta’ Malta fil-Kuwajt fuq id-dettalji li ġejjin:

L-Ambaxxata tar-Repubblika ta’ Malta
Villa No.2, Street No. 105, Block 1, Mubarak Abdulla Al Jaber Area,
New Mishref, Il-Kuwajt
Tel: +965253 88045/6
Fax: +965 253 880 47

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi kkuntattjat ukoll fuq (+356)21242191

il-Laos 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Latvja 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Lesoto 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Libanu 14/11/2017

Evita kull safar f'ċerti nħawi

Is-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-Libanu tibqa' volatili minħabba l-kriżi politika interna attwali, u żieda fit-tensjonijiet ġeopolitiċi fir-reġjun. Għalhekk, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin kollha biex jeżerċitaw kawtela estrema u jevitaw l-ivvjaġġar lejn ċerti żoni fil-Libanu.

B'mod partikolari, il-Ministeru javża kontra l-ivvjaġġar kollu lejn dawn iż-żoni li ġejjin: il-kampijiet ta' refuġjati Palestinjani; iż-Żona ta' Hermel, inkluż Arsal, Ras Baalbek; il-Bekaa Valley fil-Lvant tal-awtostrada ta' Baalbek El Hermel lejn il-fruntiera tas-Sirja u lejn il-Lvant tat-triq prinċipali li tmur lejn in-Nofsinhar minn Rayak, taqsam minn Masnaa, Rachaiya, Hasbaiya u Marjayoun u El Khaim, lejn il-fruntiera; id-distrett ta' Akkar; iż-żoni tad-distrett ta' Liban-Nord fit-Tramuntana tal-limiti tan-Nofsinhar tal-belt ta' Tripli u fil-Lvant lejn Bekaa Valley; is-subborgi tan-Nofsinhar ta' Bejrut, iddefiniti bħala: fin-Nofsinhar tal-istadju sportiv lejn l-ajruport, fil-Lvant tal-awtostrada prinċipali tal-ajruport inkluż il-viċinati ta' Ghobeiry, Chuya, Haret, Hraik, Burj Al Brajne, Mraije, Er Rouais u Laylake, imma bl-esklużjoni tal-awtostrada prinċipali tal-ajruport, it-triq bejn Bejrut u Saida u fil-Punent tagħha lejn il-baħar, u ż-żona bejn l-awtostrada tal-ajruport u t-triq bejn Bejrut u Saida fin-Nofsinhar tat-Triq Abbas El Mousawi 'l isfel lejn l-ajruport, inkluż il-Gold Club tal-Libanu.

Il-Ministeru javża wkoll kontra kull ivvjaġġar ħlief dak essenzjali lejn iż-żoni l-oħra kollha tad-distrett ta' Akkar inkluż Tripli, Halba u Qoubaiyat; f'distanza ta' 500 m mill-kamp ta' refuġjati Palestinjani ta' Ain el Hilweh f'Saida (Sidon); Baalbek u t-triq minn Baalbek għal Zahlé f'Bekaa Valley; Bekaa Valley fil-Punent tal-awtostrada ta' Baalbek El Hermel ħlief għall-ibliet ta' Zahlé u Chtaura, u ż-żoni bejn it-toroq prinċipali bejn iż-żewġt ibliet u Bejrut, u minn Zahlé għal El Mrouj, fin-Nofsinhar tax-Xmara Litani ħlief l-awtostrada prinċipali ta' Naqoura-Tyre-Saida-Beirut u ż-żoni kollha fil-Punent tagħha.
Is-sitwazzjoni tas-sigurtà tista' tiddeterjora malajr. L-iżviluppi reġjonali jistgħu wkoll ikollhom impatt fuq is-sitwazzjoni tas-sigurtà lokali. Jekk is-sitwazzjoni tas-sigurtà tiddeterjora, l-aċċess għall-ajruport jista' jinqata', potenzjalment għal perjodi estiżi u l-għażliet tat-tluq jistgħu jsiru limitati ħafna. Il-Maltin fil-Libanu huma responsabbli biex jiżguraw li jkunu kapaċi jitilqu mil-Libanu u li d-dokumentazzjoni tal-ivvjaġġar tibqa' aġġornata. Huwa rakkomandat ħafna li wieħed jakkwista assigurazzjoni medika u tal-ivvjaġġar komprensiva qabel kwalunkwe vvjaġġar lejn il-Libanu. Huwa rakkomandat ukoll li wieħed iżomm ruħu aġġornat b'mod regolari bl-aħħar aħbarijiet/żviluppi fuq il-frekwenza 96.2 FM bl-aħbarijiet urġenti bil-Franċiż fl-10.00 u fis-13.00 u bl-Ingliż wara l-aħbarijiet tas-19.00 ta' filgħaxija kif ukoll permezz tas-sit web: www.naharnet.com. It-traffiku destinat lejn il-Libanu spiss jagħmel użu mill-ispazju tal-ajru ta' fuq is-Sirja. L-ajru ta' fuq is-Sirja mhuwiex sikur minħabba l-kunflitt fis-Sirja. F'dan ir-rigward, jekk jogħġbok ikkonsulta mal-linja tal-ajru tiegħek jew mal-operatur turistiku.

Fil-Libanu hemm theddida kbira mit-terroriżmu, u kien hemm numru ta' inċidenti fis-snin reċenti. L-attakki jistgħu jsiru f'żoni li spiss iżuruhom il-barranin, f'Bejrut u f'postijiet oħra, inkluż lukandi, ristoranti u barijiet, swieq, siti turistiċi, ċentri tax-xiri bi stil tal-Punent u katini ta' supermarkets.  Iċ-ċittadini Maltin huma avżati jevitaw postijiet iffullati u dimostrazzjonijiet u jkunu viġilanti l-ħin kollu. L-awtoritajiet tas-sigurtà Libaniżi jinsabu fuq stat għoli ta' allarm u qed iwettqu operazzjonijiet tas-sigurtà fil-Libanu kollu. Jekk tinnota jew tissuspetta li qed iseħħ xi inċident tas-sigurtà, wieħed għandu immedjatament jitlaq miż-żona, u jiżgura li jsegwi l-pariri tal-awtoritajiet lokali.

Għal aktar tagħrif, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Konslu Ġenerali Onorarju f'Bejrut fuq il-koordinati li ġejjin:

BEJRUT
b'ġurisdizzjoni fuq it-territorju kollu tal-Libanu

Il- Konslu Ġenerali Onorarju tar-Repubblika ta’ Malta
Is-Sur Raymond Bechara, Konslu Ġenerali Onorarju
Pres. Elias Sarkis Avenue, Sarraf Building, Achrafieh, P.O. Box 165533,
Beirut.

Telefown: 00961 (1) 322 999; 328 999
Fax: 00961 (1) 201 929
Indirizz tal-Cable: MALTARAN
Posta elettronika: maltaconsul.beirut@gov.mt

Wieħed jista' wkoll jagħmel kuntatt mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ permezz tat-telefown (+356) 21242191.

il-Liberja 19/12/2017

Oqgħod attent

Is-sitwazzjoni politika fil-Liberja hija waħda ta' tensjoni minħabba l-posponiment tal-elezzjonijiet Presidenzjali. Iċ-ċittadini Maltin għandhom għalhekk jeżerċitaw kawtela u jevitaw kwalunkwe laqgħa tal-massa jew dimostrazzjoni pubblika.

Huwa rakkomandat ukoll li tiġi eżerċitata viġilanza f'postijiet li jżuruhom il-barranin, għaliex l-attakki terroristiċi ma jistgħux jiġu esklużi. Il-vjaġġaturi għandhom jevitaw l-ivvjaġġar barra mill-kapitali, Monrovia, billejl, ħlief għal kwalunkwe vvjaġġar lejn u mill-Ajruport Internazzjonali Roberts.  

Bosta każijiet ta' Ebola ġew irrappurtati fil-Liberja fl-2016. Minkejja li l-aħħar tifqigħa kienet f'Mejju 2016, ma jistgħux jiġu esklużi rikorrenzi fil-ġejjieni. Għalhekk, jekk il-vjaġġaturi huma mħassba li setgħu kienu esposti għal, jew juru, sintomi tal-Ebola, għandhom immedjatament ifittxu parir mediku u jikkuntattjaw l-Awtoritajiet tas-Saħħa f'Malta. Barra minn hekk, huwa rakkomandat li wieħed ikollu assigurazzjoni tas-saħħa u tal-ivvjaġġar komprensiva għal kwalunkwe vvjaġġar lejn il-Liberja, kif ukoll fondi aċċessibbli biex ikopri l-ispiża ta' kwalunkwe trattament mediku barra mill-pajiż u tar-ripatrijazzjoni.

Billi Malta m'għandhiex rappreżentanza diplomatika fil-Liberja, fil-każ ta' diffikultà, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq il-koordinati li ġejjin:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio
Triq il-Merkanti,
Valletta, Malta

Telefown: (+356) 21242191
Posta elettronika: consular.mftp@gov.mt

il-Libja 26/03/2018

Evita kull safar

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ ikompli jirrakkomanda liċ-ċittadini Maltin biex ma jivvjaġġawx lejn il-Libja, dawk li għadhom il-Libja għandhom jitilqu b’kull mezz kummerċjali (jekk possibbli). Qed ikompli jseħħ ġlied intensiv f’numru ta’ żoni li qed iwasslu għal vittmi ċivili, vjolenza kontinwa u ksur tad-drittijiet tal-bniedem madwar il-pajjiż. Il-pajjiż għad għandu livell għoli ta’ riskju minn attakki terroristiċi u ħtif tal-barranin minn peruni li jistgħu jinkludu estremisti affiljati mad-Daesh, Al Qaeda u milizzja armati. Fil-pajjiż ġew attakkati installazzjonijiet taż-żejt u l-gass mid-Daesh u Al Qaeda, u ħaddiema barranin ġew maqtula jew maħtufa.

Hemm għaddejin operazzjonijiet militari fuq skala sħiħa mifruxa fuq numru ta’ żoni. Ġew affettwati infrastrutturi u servizzi pubbliċi, li waslu għal qtugħ fis- servizz tal-elettriku (li qed jaffettwa t-telefonija ċellulari u l-konnettività tal-internet), nuqqas ta’ ilma, karburant, ikel u servizz mediku, u inflazzjoni għolja.

L-ivvjaġġar fit-toroq jibqa’ perikoluż ħafna ġewwa l-Libja, minħabba li hemm riskju kollaterali ta’ ostilitajiet, serq ta’ vetturi, ħtif u riskju ta’ espożizzjoni għal splussivi attivi għall-ivvjaġġaturi. L-ivvjaġġar bejn it-Tuneżija u l-Punent tal-Libja mhux sigur. Iċ-Ċad u n-Niġer ta’ spiss jagħlqu l-fruntieri mal-Libja mingħajr twissija. F’każ ta’ deterjorazzjoni fl-istat tas-sigurtà, ir-rotot ta’ dħul u ħruġ mill-ibliet prinċipali u l-irħula jistgħu jkunu magħluqa.

L-ajruporti għadhom vulnerabbli għall-attakki u jistgħu jingħalqu jew isiru inaċċessibbli bi ftit jew ebda twissija. L-Ajruport Internazzjonali ta’ Tripoli huwa magħluq, filwaqt li l-ajruport ta’ Benghazi u Mitiga fi Tripoli huma soġġetti għal għeluq temporanju u għal operazzjoni errata f’kundizzjonijiet mhux siguri. Titjiriet mill-Libja għall-UE huma soġġetti għal restrizzjonijiet minħabba tħassib ta’ sigurtà.

Ċittadini Maltin li, minkejja dan l-avviż, jagħżlu li jmorru l-Libja għandhom ikollhom fis-seħħ miżuri ta’ sigurtà personali effettivi u għandhom jivvjaġġaw biss fejn hu strettament neċessarju u jitilqu mill-pajjiż mal-ewwel opportunità. Akkreditazzjoni tal-istampa għandha tinkiseb mill-awtoritajiet Libjani jekk wieħed dieħel fil-Libja bħala rappreżentant tal-midja.

Minħabba li Malta m’għandhiex rappreżentanza diplomatika fil-Libja, f’każ ta’ diffikultà, Maltin fil-Libja għandhom jikkuntattjaw il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq il-koordinati segwenti:

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio,
Triq il-Merkanti,
Valletta, Malta
Tel. no. (+356) 21242191
Email: consular.mftp@gov.mt






il-Liechtenstein 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Litwanja 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Maċedonia 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

Madagascar 30/05/2018

Oqgħod attent

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin kollha biex ikunu kawti ħafna meta jivvjaġġaw lejn il-Madagascar. Sa mill-kolp ta’ stat tal-2009, il-pajjiż esperjenza instabbiltà politika. Wara t-tranżizzjoni politika lura għad-demokrazija, f’Diċembru 2014 kien hemm irvellijiet f’Morondava u Port Berge (Boriziny). Għadhom għaddejjin dimostrazzjonijiet politiċi fiċ-ċentru ta’ Antananarivo. Minħabba l-possibbiltà ta’ vjolenza f’dawn l-avvenimenti, għandu jiġi żgurat li jiġu evitati l-protesti u d-dimostrazzjonijiet kollha, inkluż dawk li jsiru fiż-żona madwar Independence Square (“La Place du 13 Mai”) u l-Palazz Muniċipali.

Barra minn hekk, minħabba s-sitwazzjoni ġenerali ta’ faqar estrem u inugwaljanzi soċjali, li jikkaratterizzaw il-Madagascar, il-livell tal-kriminalità ilu jiżdied mal-pajjiż kollu, b’mod partikolari fil-belt kapitali, iż-żoni turistiċi ewlenin fit-toroq li ġejjin: RN7, RN27, RN10 u RN1B (bejn Tsiroanomandidy u Maintirano). Seħħew għadd ta’ inċidenti li jinvolvu vjolenza u serq fuq barranin f’Nosy Be u f’Antsohihy, il-port għal Nosy Be fuq il-kontinent.  L-inċidenti seħħew matul il-ġurnata f’xtut il-baħar u billejl f’żoni ffullati. Minħabba dan, il-vjaġġaturi kollha huma mħeġġa biex joqogħdu attenti meta jivvjaġġaw fil-pajjiż u jevitaw li jġorru ammonti kbar ta’ flus.

Fir-rigward tal-Madagascar tan-Nofsinhar, inċidenti vjolenti li involvew ħallelin tal-għanem (Dahalo) ikkawżaw fatalitajiet lejn it-Tramuntana ta’ Fort Dauphin, madwar il-belt ta’ Betroka, matul il-kosta tal-Punent bejn Belo sur Tsiribihina u Toliara (Tuléar) u fil-Muniċipalità ta’ Ilakakabe (qrib Isalo National Park). Il-Ministeru jwissi kontra kull vjaġġar lejn Batterie Beach, fit-Tramuntana ta’ Toliara (Tuléar).

Fis-27 ta’Novembru 2017, il-Ministeru tas-Saħħa tal-Madagascar ħabbar uffiċjalment it-trażżin tal-pesta li tfaċċat fil-Madagascar fl-1 ta’ Awwissu 2017. Madankollu, peress li l-pesta hija endemika fil-Madagascar u mijiet ta’ każijiet jiġu rrappurtati kull sena, il-miżuri ta’ kontroll tas-Saħħa baqgħu fis-seħħ sat-tmiem ta’ April 2018. Filwaqt li l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ma twissix kontra restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar abbażi tas-sitwazzjoni preżenti, il-vjaġġaturi Maltin jistgħu jirreferu għan-nota ta’ informazzjoni maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa permezz tal-link web li ġejja: https://deputyprimeminister.gov.mt/en/health-promotion/idpcu/Documents/PLAGUE-%20information%20for%20travellers.pdf.

Il-Ministeru jinforma wkoll li l-awtoritajiet fil-Madagascar qed jieħdu l-prekawzjonijiet sanitarji kollha meħtieġa u twaqqfu miżuri speċifiċi ta’ skrinjar fil-punti tat-tluq kollha mill-pajjiż. Kwalunkwe persuna li dan l-aħħar marret il-Madagascar u li turi kwalunkwe sintomu tal-pesta għandha tikkonsulta tabib immedjatament. Hija rrakkomandata assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa.

Barra dan, il-vjaġġaturi jista’ jkollhom dewmien fl-ivvjaġġar lejn pajjiżi ġirien fir-reġjun, b’mod partikolari Comoros, l-Etjopja, il-Kenja, il-Mauritius, il-Mozambique, Reunion u Mayotte, is-Seychelles, l-Afrika t’Isfel u t-Tanzanija, minħabba żieda fis-sorveljanza fil-punti tad-dħul.

F’każ ta’ assistenza, iċ-ċittadini Maltin li bħalissa qegħdin fil-Madagascar jistgħu jikkuntattjaw lill-Konslu Onorarju f’Antananarivo fuq id-dettalji li ġejjin:


Il-Konsulat ta’ Malta
Immeuble S.A.C.M.,
Lalana Rovoninahitriniarovo - Ankorondrano,
B.P. 1182 Antananarivo
Tel: 00261 (20) 222 7144; 222 0954; 222 7789
Fax: 00261 (20) 223 4853
Indirizz elettroniku: maltaconsul.antananarivo@gov.mt


Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi kkuntattjat ukoll permezz tat-telefown. (+356) 21242191.

il-Malasja 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Malawi 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Maldivi 09/07/2018

Eżerċita livell għoli ta' prudenza

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn il-Maldivi biex ikunu kawti. Id-dikjarazzjoni ta’ Stat ta’ Emerġenza ta’ Frar tneħħiet mill-awtoritajiet lokali fit-22 ta’ Marzu 2018. Madankollu, jista’ jkun hemm aktar protesti kontra l-gvern fil-belt kapitali ta’ Malé u f’għadd ta’ bliet. Iċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn il-Maldivi għandhom jevitaw ġemgħat pubbliċi u protesti politiċi, peress li dawn ħadu xejra vjolenti fil-passat.

Huwa probabbli li jkun hemm attakki terroristiċi fil-Maldivi, u dawn jistgħu jseħħu kullimkien, inkluż f’postijiet iffrekwentati mit-turisti.

Għalkemm il-biċċa l-kbira taż-żjajjar huma mingħajr problemi, il-vjaġġaturi għandhom joqogħdu attenti bir-rata għolja ta’ serq. Huwa rrakkomandat li l-vjaġġaturi jżommu l-oġġetti ta’ valur (inkluż il-passaporti) mistura sew u maħżuna b’mod sigur. Hemm ukoll serq ta’ oġġetti personali minn xtut il-baħar u mill-kmamar tal-lukandi. Huwa importanti li jkunu viġilanti meta jivvjaġġaw lejn żoni barra mill-kumplessi turistiċi, minħabba r-rata aktar għolja ta’ vjolenza minn gruppi f’żoni popolati, inkluż fil-belt kapitali Malé. Huwa importanti li joqogħdu attenti meta jmorru jgħumu u waqt attivitajiet tal-għadis. Minħabba attakki riċenti ta’ piraterija, il-Golf ta’ Aden u l-Oċean Indjan għadhom mhedda.

Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. Barra minn dan, il-vjaġġaturi għandu jkollhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri trattament mediku barra mill-pajjiż u r-ripatrijazzjoni. Il-faċilitajiet mediċi fil-Maldivi huma limitati. Hemm riskju ta’ trażmissjoni tal-virus Zika, u huwa rrakkomandat li jittieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji biex jiġi evitat il-gdim min-nemus. F’każ ta’ emerġenza, iċ-ċittadini Maltin li jivvjaġġaw lejn il-pajjiż jistgħu jċemplu ambulanza fuq 102. Jekk jiġu riferuti għand faċilità medika, il-vjaġġaturi għandhom jikkuntattjaw immedjatament lill-kumpanija tal-assigurazzjoni.

Il-passaporti għandhom ikunu validi għal perjodu minimu ta’ 6 xhur mid-data tad-dħul fil-Maldivi.

Il-vjaġġaturi għandhom jirrispettaw id-drawwiet u t-tradizzjonijiet lokali, u għandhom ikunu sensittivi għall-istandards tal-ilbies lokali meta jżuru gżejjer li mhumiex parti mill-kumplessi turistiċi. Fil-pajjiż huwa pprojbit in-nudiżmu u li tixxemmex topless, inkluż fil-gżejjer tal-kumplessi turistiċi.

Ir-relazzjonijiet bejn persuni tal-istess sess huma illegali, u jistgħu jwasslu għal sentenza ta’ priġunerija sostanzjali.

Ix-xarbiet alkoħoliċi huma disponibbli biss fil-gżejjer tal-kumplessi turistiċi, u qatt ma jistgħu jinħarġu mill-kumplessi.

Huwa pprojbit li jiġu importati fil-pajjiż materjal meqjus kuntrarju għall-Iżlam (inkluż iżda mhux limitat għal Bibbji), prodotti tal-majjal, u alkoħol.

Peress illi Malta m’għandhiex rappreżentazzjoni diplomatika fil-Maldivi, f’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq id-dettalji li ġejjin:


Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio,
Triq il-Merkanti,
Valletta, Malta
Tel: (+356) 21242191
Indirizz elettroniku: consular.mftp@gov.mt  



il-Mali 14/05/2018

Evita kull safar f'ċerti nħawi

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża kontra kull vjaġġar lejn il-provinċji ta’ Tombouctou, Kidal, Gao, Mopti, Kayes, Koulikoro, u Segou fil-Mali. Barra minn hekk, il-vjaġġaturi huma mwissija kontra kull vjaġġar ħlief dak essenzjali lejn il-kumplament tal-pajjiż, minħabba s-sitwazzjoni kritika tas-sigurtà.

L-ewwel round tal-elezzjonijiet presidenzjali ser isiru fid-29 ta’ Lulju 2018, u matul il-perjodu tal-elezzjoni, huwa rrakkomandat bil-qawwa li vjaġġaturi ma jmorrux il-Mali. Il-pajjiż għaddej minn nuqqas ta’ sigurtà u amministrazzjoni f’bosta lokalitajiet. Għalkemm hemm preżenza ta’ sigurtà f’Bamako, l-Ilbiċ ta’ Kayes, Sikasso, in-Nofsinhar ta’ Segou, u bliet ewlenin, jistgħu jseħħu dimostrazzjonijiet f’daqqa. Il-vjaġġaturi huma mwissija biex jevitaw ġemgħat bħal dawn, u biex jitilqu miż-żona immedjatament fil-każ li jkun hemm ġemgħa viċin.

Huwa probabbli li jseħħu attakki terroristiċi fil-pajjiż, u dawn jistgħu jseħħu f’postijiet popolari mat-turisti possibbilment kullimkien u fi kwalunkwe ħin, bi stat ta’ emerġenza fis-seħħ minn Novembru 2015 sal-31 ta’ Ottubru 2018. It-Tramuntana u ċ-ċentru tal-pajjiż, kif ukoll ir-reġjun Mopti, huma kkaratterizzati minn attakki u ġlied militari minħabba gruppi terroristiċi attivi f’dawn ir-reġjuni.

Il-barranin huma f’riskju sinifikanti ta’ ħtif u attakki f’postijiet pubbliċi bħal bars, ristoranti, siti turistiċi u avvenimenti pubbliċi. Barra minn hekk, il-preżenza ta’ briganti u kuntrabandisti tul il-fruntieri tat-Tramuntana tal-Mali hija ta’ riskju għall-vjaġġaturi.
Il-vjaġġaturi li jmorru l-Mali minkejja dan l-avviż għandhom ikunu estremament kawti u jsegwu l-iżviluppi permezz tal-midja. Għandhom jevitaw folol u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet lokali.

Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. Peress illi l-faċilitajiet mediċi fil-Mali huma limitati ħafna, hija rrakkomandata bil-qawwa polza tal-assigurazzjoni komprensiva li tkopri r-ripatrijazzjoni ta’ emerġenza. Il-vjaġġaturi għandu dejjem iġorru kopja tal-paġna bijometrika tal-passaport u kit mediku komprensiv il-ħin kollu. Jekk jiġu riferuti għand faċilità medika, il-vjaġġaturi għandhom jikkuntattjaw immedjatament lill-kumpanija tal-assigurazzjoni. Il-kundizzjonijiet tat-toroq ta’ sikwit huma ħżiena, u r-regolamenti tas-sewqan ta’ sikwit ma jiġux osservati. Huwa rrakkomandat li jinxtorob biss ilma mgħolli jew ilma tal-flixkun u jiġu evitati xarbiet bis-silġ.

Għalkemm l-omosesswalità hija legali fil-pajjiż, affezzjonijiet pubbliċi mhumiex approvati.

Huwa pprojbit li jittieħdu ritratti ta’ installazzjonijiet militari jew tal-gvern, u l-vjaġġaturi għandhom jitolbu permess qabel ma jieħdu ritratti ta’ persuni.

F’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin fil-Mali jistgħu jikkuntattjaw lill-Konslu Onorarju tar-Repubblika ta’ Malta f’Bamako fuq id-dettalji tal-kuntatt li ġejjin:

Immeuble du Carrefour
Croisement route de Bacodjicoroni ACI/Route du Golf
Rue 565 Porte 2980
BPE 3302  Bamako
Il-Mali

Tel:  00223 20 28 03 17
Fax: 00223 22 21 23 89
Indirizz elettroniku: maltaconsul.bamako@gov.mt

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi kkuntattjat ukoll fuq (+356) 21242191.

il-Marokk 06/02/2018

Eżerċita livell għoli ta' prudenza

Il-Marokk huwa pajjiż relattivament sikur għall-ivjaġġar. Iċ-ċittadini Maltin għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa f’żoni turistiċi, u għandhom jevitaw li jżuru u jduru postijiet imwarrba u li jżommu fuqhom oġġetti ta’ valur, speċjalment filgħaxija. Iċ-ċittadini Maltin għandhom ukoll joqgħodu ‘l bogħod minn xi dimostrazzjonijiet li jistgħu jseħħu fl-ibliet madwar il-pajjiż.

Peress li attakki terroristiċi ma jistgħux jiġu esklużi, huwa rakkomandat li l-vjaġġaturi jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa f’żoni pubbliċi, partikolarment dawk li huma popolari mat-turisti. Hemm nuqqas kbir ta’ sigurtà fit-toroq fil-Marokk, minħabba konġestjonijiet tat-traffiku f’toroq dojoq, imġieba imprevedibbli tas-sewwieqa, kif ukoll annimali jaqsmu t-toroq bl-addoċċ. It-toroq nazzjonali bejn Casablanca u Marrakech u bejn Casablanca u El Jadida huma fost  l-aktar perikolużi għall-ivvjaġġar fuq l-art.

Għal raġunijiet ta’ sigurtà, iċ-ċittadini Maltin għandhom jevitaw safar lejn iż-żoni tal-fruntieri li jmissu mal-Alġerija, mal-Mawritanja u mal-Mali, kif ukoll mas-Sahara tal-Punent. Il-fruntiera li tmiss mal-Alġerija kienet ingħalqet fl-1994. Il-vjaġġaturi għandhom ukoll joqgħodu attenti ħafna meta jivvjaġġaw lejn il-muntanji ta’ Rif, u fl-ebda każ m’għandhom jivvjaġġaw waħedhom f’din iż-żona, għar-raġuni li hawnhekk it-turisti ġieli sfaw vittmi ta’ fastidju minn traffikanti tad-droga.

Il-Marokk huwa pajjiż Musulman, u għalhekk huwa importanti li il-liġijiet u d-drawwiet Islamiċi jiġu rispettati meta wieħed iżur dan il-pajjiż. Il-vjaġġaturi għandhom jiċċekjaw mal-awtoritajiet tas-saħħa għal kwalunkwe tilqim jew miżuri ta’ prevenzjoni li għandhom jittieħdu, u joqgħodu attenti għall-iġjene tal-ikel u tal-ilma. Assigurazzjoni li tkopri kemm il-vjaġġ kif ukoll is-saħħa hija rakkomandata.

F’każ ta’ diffikultà fil-pajjiż, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Konsli Onorarji permezz tad-dettalji hawn taħt:

MARRAKECH
Mr Daniel Houres,
Konslu Onorarju b’ġurisdizzjoni fuq ir-reġjuni ta’ Guelmin-Es Semara, Souss-Massa-Draâ, Marrakech-Tensift-El Haouz,  Doukkala-Abda, u Tadla-Azilal
Marjana EL Massmoudi, Villa N° 20, Targa, 40130
Marrakech, Morocco
Tel: 00212 (0) 524 497530
Fax: 00212 (0) 2437 7217
Posta elettronika: maltaconsul.marrakech@gov.mt

CASABLANCA
Mr Jalil Madih,

Konslu Onorarju b’ġurisdizzjoni fuq ir-reġjuni ta’ Gharb-Charada-Béni Hssen, Chaouia-Ouardigha, Oriental, Grand Casablanca, Rabat-Salé-Zémour-Zaer, Fés-Boulman, Taza-Al Hoceima-taounate, Tanger-Tétouan, u Meknes-Tafialet

26, Rue Halab, Avenue Mers Sultan
Casablanca, Morocco

Telefown: 00212 522 27 27 44
Fax: 00212 522 27 04 86
Posta elettronika: maltaconsul.casablanca@gov.mt

il-Mauritania 14/03/2018

Evita kull safar f'ċerti nħawi

Iċ-ċittadini Maltin huma avżati biex jevitaw kull vjaġġar lejn il-Lvant tal-pajjiż, u b’mod partikolari lejn il-provinċja ta’ Tiris Zemmour, Adrar, Tagant, Hodh El Chargui, Hodh El Gharbi, Assaba u Guidimaka, u  sa 25km mill-fruntiera tas-Saħara tal-Punent (ħlief il-kuritur Nouakchott – Nouadhibou). Kwalunkwe vjaġġar lejn il-kumplament tal-pajjiż għandu jsir biss jekk huwa essenzjali.

Iċ-ċittadini Maltin għandhom jevitaw id-dimostrazzjonijiet kollha li jista’ jkun hemm fil-pajjiż u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-forzi tas-sikurezza lokali. Jistgħu jitwettqu attakki terroristiċi kullimkien fil-pajjiż, u hemm riskju għoli ta’ ħtif ta’ barranin b’mod partikolari billejl u meta jkunu qed jivvjaġġaw barra minn Nouakchott. Għandhom jittieħdu salvagwardji xierqa peress illi s-sigurtà tal-ivvjaġġar bit-triq fil-Mauritania hija problema wkoll.

Iċ-ċittadini Maltin fil-pajjiż huma mgħarrfa li l-użu tal-karti tal-kreditu mhuwiex mifrux sew fil-pajjiż u huwa biss disponibbli prinċipalment fil-lukandi aktar kbar u fi ftit ATMs. Barra minn hekk, mill-1 ta’ Jannar 2018 bdiet titwettaq konverżjoni tal-munita. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Bank Ċentrali tal-Mauritania, il-karti tal-flus u l-muniti eżistenti jistgħu jibqgħu jintużaw għal pagamenti fi flus kontanti u jistgħu jiġu mibdula fil-Bank Ċentrali, fl-uffiċċji reġjonali tal-Ministeru tal-Finanzi u l-banek kummerċjali sat-30 ta’ Ġunju 2018. Mill-1 ta’ Lulju 2018, il-muniti jistgħu jiġu mibdula biss mill-Bank Ċentrali tal-Mauritania.

Iċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn il-Mauritania għandhom jiċċekkjaw għal kull prekawzjoni tas-saħħa mal-fornitur mediku tagħhom. Hija rrakkomandata bil-qawwa polza tal-assigurazzjoni komprensiva li tkopri r-ripatrijazzjoni b’mod partikolari peress illi l-isptarijiet ta’ sikwit ikollhom nuqqas ta’ medikazzjoni u provvisti bażiċi.

Peress illi Malta m’għandhiex rappreżentazzjoni diplomatika fil-Mauritania, f’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin fil-Mauritania jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq id-dettalji li ġejjin:

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio, Triq il-Merkanti,
Valletta, Malta
Nru tat-Tel. (+356) 21242191
Indirizz elettroniku: consular.mftp@gov.mt

Mauritius 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Messiku 23/04/2018

Oqgħod attent

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin li se jivvjaġġaw lejn il-Messiku biex ikunu kawti ħafna.  

Għalkemm il-biċċa l-kbira taż-żjarat huma mingħajr problemi, is-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-pajjiż tista’ tkun riskjuża għall-barranin. Fl-2017, fil-pajjiż kien hemm sparaturi fi Playa del Carmen, Cancun, u Los Cabos. Barra minn dan, fi Frar 2018, 20 persuna (inklużi barranin) korrew minn apparat splussiv fuq vapur tat-turisti li kien qed jivvjaġġa bejn Playa del Carmen u Cozumel. Ġimgħa wara, l-awtoritajiet Messikani skoprew apparat tipiku ieħor fuq l-istess rotta. Apparti minn din tal-aħħar, f’bosta żoni fil-pajjiż, inkluża l-Belt tal-Messiku, kien hemm ukoll protesti, li jistgħu joħolqu tensjoni u jieħdu xejra vjolenti. Il-vjaġġaturi Maltin li se jivvjaġġaw lejn il-pajjiż għandhom jevitaw ġemgħat bħal dawn, peress illi l-parteċipazzjoni ta’ barranin f’attivitajiet politiċi tista’ twassal għal detenzjoni u deportazzjoni. L-awtoritajiet Messikani qed jagħmlu sforzi biex jipproteġu ż-żoni turistiċi, u l-preżenza tal-pulizija żdiedet f’destinazzjonijiet ewlenin. Għalkemm ma hemm ebda storja riċenti ta’ terroriżmu fil-Messiku, ma jistgħux jiġu esklużi attakki.
Vjolenza relatata mad-drogi hija problema ewlenija, speċjalment f’Sonora, Chihuahua, Coahuila, Nuevo Leon, Tamaulipas, Sinaloa, Durango, Baja California Sur (inkluż Los Cabos), Michoacán, Guerrero, Jalisco, u Nayarit. Il-vjaġġaturi għandhom jieħdu attenzjoni partikolari biex jevitaw li jiġu involuti f’vjolenza bħal din bejn gruppi kriminali. Ġlied armat bejn gruppi tad-droga u l-forzi tas-sigurtà jista’ wkoll iseħħ f'daqqa.

Il-vjaġġaturi Maltin għandhom joqogħdu attenti wkoll għall-kriminalità fit-toroq, serq, attakki, u serq ta’ vetturi, li seħħew ukoll f’żoni turistiċi. Żdiedet ukoll il-kriminalità vjolenti f’Acapulco u postijiet madwarha. Serq mill-bwiet u serq ieħor iseħħu sikwit fuq is-sistemi tat-trasport. It-turisti għandhom jevitaw li jilbsu oġġetti ta’ valur, u għandhom iżommu l-flus u l-karti ta’ kreditu mistura. Għandha tingħata attenzjoni partikolari meta jintużaw l-ATMs. Hemm ukoll ħtif għal gwadann finanzjarju, u l-vjaġġaturi għandhom jużaw biss taxis awtorizzati, minħabba rapporti ta’ serq u attakki fuq il-passiġġieri. In-nisa għandhom jevitaw li jivvjaġġaw waħedhom minħabba inċidenti ta’ stupru fuq is-sistemi tat-trasport u offiżi sesswali li jseħħu wkoll f’żoni turistiċi. Huwa rrakkomandat li l-vjaġġaturi jixorbu biss ilma mgħolli jew ilma tal-flixkun u jiġi evitat xorb bis-silġ.. Xi barranin ġew misruqa jew attakkati wara li ġew iddrogati.

Il-kundizzjonijiet tat-toroq ġeneralment huma ħżiena, b’ħofor u nuqqas ta’ dawl, li jagħmlu s-sewqan aktar diffiċli. L-istandards tas-sewqan huma ħżiena, u ħafna karozzi mhumiex assigurati. Il-vjaġġaturi għandhom ikunu kawti peress illi r-regolamenti tat-toroq mhux dejjem jiġu osservati.

Fil-Messiku, attivitajiet sismiċi u vulkaniċi kif ukoll uragani huma komuni. Hemm theżżiżiet fuq bażi regolari, b’mod partikolari f’Oaxaca u Guerrero. Fl-2017, bosta terremoti li varjaw f’kobor bejn 6.1 sa 8.2 ikkawżaw ħsarat kbar. Il-vulkani ta’ Popocatepetl u Colima huma attivi u magħluqa għall-pubbliku. Iċ-ċittadini Maltin li jivvjaġġaw lejn dawn iż-żoni kollha għandhom isegwu l-pariri lokali u jsegwu l-midja lokali għal aġġornamenti, filwaqt li jeżerċitaw livell għoli ta’ viġilanza l-ħin kollu. Mal-wasla tagħhom fil-Belt tal-Messiku u f’żoni oħra b’altitudni għolja, il-vjaġġaturi jistgħu jħossu nuqqas ta’ enerġija, qtugħ ta’ nifs, jew uġigħ ta’ ras.

Il-vjaġġaturi Maltin li se jivvjaġġaw lejn il-Messiku għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri oħra ta’ prevenzjoni. Minħabba r-riskju ta’ mard min-nemus, inkluż Zika u Chikungunya, huwa rrakkomandat li l-vjaġġaturi kollha jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji biex jevitaw gidmiet min-nemus. Kien hemm ukoll każijiet ta’ cyclospora (mikrobu fl-ikel u l-ilma) u kolera.

Ċerti sptarijiet fil-pajjiż jirrifjutaw li jittrattaw direttament mal-kumpaniji tal-assigurazzjoni, u għaldaqstant, il-vjaġġaturi jridu jkunu lesti li jħallsu għat-trattament huma stess u mbagħad jitolbu rimborż. Huwa rrakkomandat ukoll li l-vjaġġaturi dejjem ikollhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni, kopja tal-paġna bijometrika tal-passaport, u kit mediku komprensiv. F’każ ta’ emerġenza, iċ-ċittadini Maltin li jivvjaġġaw lejn il-pajjiż jistgħu jċemplu ambulanza fuq 060, 065, 066, jew 068.

Il-pulizija Messikana tista’ titlob evidenza tal-istat legali, u ċittadini Ewropej sfaw miżmuma minħabba li ma kellhomx dokumenti.

Unjonijiet bejn persuni tal-istess sess issa huma legali fil-Belt tal-Messiku u Coahuila, u l-omosesswalità hija ttollerata fil-pajjiż kollu. Madankollu, affezzjonijiet pubbliċi bejn koppji tal-istess sess jistgħu ma jkunux aċċettabbli.

Ma jistgħux jiddaħħlu prodotti tal-laħam u l-ħalib fil-pajjiż mill-UE.

F’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin fil-Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Konslu Onorarju fil-Messiku fuq id-dettalji li ġejjin:

Retorno Del Anahuac No 12, Lomas De Las Palmas,
Huixquilucan 52788, Estado de Mexico, Il-Messiku
Tel: 0052 55 5291 2279
Indirizz elettroniku: maltaconsul.mexicocity@gov.mt

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi kkuntattjat ukoll fuq tel. (+356) 21242191 jew fuq l-indirizz elettroniku li ġej: consular.mftp@gov.mt

il-Moldova 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

Monaco 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Mongolja 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Montenegro 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Mozambique 01/06/2018

Eżerċita livell għoli ta' prudenza

Pariri dwar Vjaġġar

Il-Mozambique
01/06/2018

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn il-Mozambique biex ikunu viġilanti l-ħin kollu. Fl-aħħar ta’ Mejju 2018, ġie rrappurtat li ġew maqtula r-raħħala fiż-żona ta’ Olumbi, fid-distrett ta’ Palma. Il-preżenza tas-sigurtà u r-roadblocks żdiedu fir-reġjun. Barra minn dan, il-protesti u d-dimostrazzjonijiet fil-bliet jistgħu jingħalqu f'daqqa. F’dan ir-rigward, il-vjaġġaturi għandhom isegwu l-parir  l-awtoritajiet lokali u anke jsegwu l-aħbarijiet lokali għal aġġornamenti. Ma jistgħux jiġu esklużi attakki terroristiċi, u dawn jistgħu jseħħu f’postijiet popolari mat-turisti.

Għalkemm il-biċċa l-kbira taż-żjariet huma mingħajr problemi, il-vjaġġaturi kollha jridu joqogħdu attenti għall-kriminalità fit-toroq, li qiegħda tiżdied aktar fil-bliet u d-destinazzjonijiet turistiċi. Kriminalità bħal din kultant tinvolvi skieken u armi tan-nar Il-vjaġġaturi qatt m’għandhom jimxu waħedhom wara li jidlam, u oġġetti ta’ valur (inkluż karti tal-kreditu, ġojjellerija, passaport, eċċ.) għandhom jinżammu mistura l-ħin kollu. M’għandekx tiġbed flus mill-ATMs billejl. Ġie rrappurtat ukoll il-ħtif ta’ persuni, prinċipalment f’Maputo, u l-barranin kultant kienu wkoll fil-mira. Xtut il-baħar u l-gżejjer lil hinn mill-kosta għandhom nuqqas ta’ preżenza tal-pulizija, filwaqt li xi viżitaturi rrappurtaw li fastidju mill-pulizija u talbiet għal tixħim minn f’dawn f'dawn iż-żoni.

Minħabba l-kundizzjonijiet tat-toroq u standards ħżiena tas-sewqan u tal-vetturi, l-inċidenti tat-traffiku huma okkorrenza komuni. It-trasport pubbliku jista’ jkun perikoluż minħabba manutenzjoni ħażina tal-vetturi. It-turisti li jivvjaġġaw bil-karozza għandhom iżommu t-twieqi magħluqin u l-bibien imsakkrin, minħabba rapporti ta’ attakki. Kien hemm ukoll żieda fir-rapporti ta’ serq ta’ karozzi, li jseħħ partikolarment f’Maputo u f’ċerti punti tal-qsim tal-fruntiera. Il-vjaġġaturi għandhom ikunu viġilanti meta jaslu jew jitilqu minn proprjetajiet residenzjali wara li jidlam. Idealment, ikun l-aħjar jekk tevita li ssuq billejl waħdek. Barra minn dan, huwa rrakkomandat li l-vjaġġaturi ma jgħabbux persuni stranġieri jew jieqfu biex jgħinu sewwieqa jew persuni mexjin li għandhom problemi, billi l-ħallelin ta’ karozzi kultant jużaw dawn it-tekniki biex jingannaw lis-sewwieqa biex jieqfu bil-karozza tagħhom.

Turisti li ser jivvjaġġaw bil-baħar iridu joqogħdu attenti mill-piraterija, li għadha theddida sinifikanti fil-Golf ta’ Aden u fl-Oċean Indjan.

Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. Mid-19 ta’ Frar 2018, ġie rrappurtat total ta’ 1799 każ tal-kolera, b’mewta waħda, sa minn Awwissu 2017. Barra minn hekk, għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex tiġi evitata espożizzjoni għall-HIV/AIDS.

Il-faċilitajiet tal-isptarijiet huma ħżiena fil-pajjiż. Il-vjaġġaturi għandu dejjem ikollhom magħhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni, u kopja tal-paġna bijometrika tal-passaport, u kit mediku komprensiv. F’każ ta’ emerġenza, iċ-ċittadini Maltin li jivvjaġġaw lejn il-pajjiż jistgħu jċemplu fuq 08911 jew 21313103, u jitolbu ambulanza. Għandek tikkuntattja lill-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek minnufih jekk tiġi riferut għand faċilità medika għal trattament.

Il-liġi tal-pajjiż teħtieġ lill-vjaġġaturi biex dejjem iġorru magħhom id-dokumenti tal-identità oriġinali u jippreżentawhom fuq talba tal-awtoritajiet.
It-teħid ta’ ritratti ta’ uffiċċji tal-gvern, residenzi, binjiet tal-pulizija u militari, u ajruporti huwa strettament pprojbit.

Għalkemm l-omosesswalità mhix illegali, affezzjonijiet pubbliċi mhumiex approvati.
F’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin fil-pajjiż jistgħu jikkuntattjaw lill-Konslu Onorarju f’Maputo fuq id-dettalji li ġejjin:

Rua Fernao Lopes, 106, Maputo, Mozambique
Tel: 00258 84 3988524
Indirizz elettroniku: maltaconsul.maputo@gov.mt
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi kkuntattjat ukoll fuq tel. (+356) 21242191 jew fuq l-indirizz elettroniku li ġej: consular.mftp@gov.mt

il-Myanmar/Burma 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

in-Namibja 01/06/2018

Oqgħod attent

Pariri dwar Vjaġġar

In-Namibja
01/06/2018

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn in-Namibja biex ikunu kawti ħafna.
Għalkemm il-biċċa l-kbira taż-żjajjar huma mingħajr problemi, iċ-ċittadini Maltin iridu joqogħdu attenti għal-livell dejjem jikber ta’ kriminalità vjolenti fit-toroq, li qed taffettwa t-turisti barranin. Il-vjaġġaturi f’Windhoek għandhom joqogħdu attenti minn ħallelin vjolenti u anke minn serq mill-bwiet, u għandhom ikunu viġilanti fil-madwar tagħhom, speċjalment wara li jidlam. Ma jistgħux jiġu esklużi attakki terroristiċi. Oġġetti ta’ valur (inkluż passaporti) għandhom jinżammu mistura. Kien hemm ukoll każijiet ta’ skimming tal-karti tal-kreditu fil-postijiet ta’ akkomodazzjoni. Il-bibien tal-karozzi għandhom jinżammu msakkrin, u t-twieqi magħluqin, speċjalment fit-traffiku, peress li gruppi kriminali għandhom tendenza jippruvaw jisirqu mill-karozzi. It-turisti għandhom jistaqsu lil-lukanda tagħhom biex tirrakkomandalhom kumpanija tat-taxis ta’ reputazzjoni tajba, billi kien hemm każijiet ta’ serq fejn turisti barranin sfaw vittmi ta’ dan.  
L-ivvjaġġar bit-triq huwa meqjus perikoluż minħabba l-kundizzjonijiet tat-toroq. Toroq imħarbtin ikkawżaw għadd ta’ inċidenti fatali, u l-punctures huma komuni. Huwa importanti li żżomm mat-toroq ewlenin. Is-sewqan billejl barra mill-bliet għandu jiġi evitat minħabba l-periklu serju mill-annimali selvaġġi.
Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. Il-kolera hija magħrufa li tfaqqa’ fil-pajjiż, u ġiet irrappurtata epidemija fir-reġjun ta’ Kunene. Hemm ukoll rapporti ta’ każijiet ta’ kolera fir-reġjuni ta’ Omusati, Oshana, Ohangwena, u Khomas, u wkoll għadd ta’ każijiet f’Windhoek. Barra minn dan, il-vjaġġaturi għandhom jeżerċitaw prekawzjonijiet normali biex jevitaw espożizzjoni għall-HIV/AIDS.
Hemm faċilitajiet mediċi tajbin fil-belt kapitali tan-Namibja, Windhoek. Il-vjaġġaturi għandu dejjem ikollhom magħhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni, u kopja tal-paġna bijometrika tal-passaport, u kit mediku komprensiv. F’każ ta’ emerġenza, iċ-ċittadini Maltin li jivvjaġġaw lejn il-pajjiż jistgħu jċemplu ambulanza fuq 211111 (f’Windhoek) jew 10111 (xi mkien ieħor). Huwa essenzjali li tikkuntattja lill-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek minnufih jekk tiġi riferut għand faċilità medika għal trattament.
Dejjem għandha tinġarr kopja tad-dokument ta’ identifikazzjoni.
Għalkemm l-omosesswalità mhix illegali fil-pajjiż, ħafna nies għadhom jikkunsidrawha bħala tabù. Għaldaqstant, wirjiet pubbliċi ta’ affezzjoni għandhom jiġi evitati.
Ma hemmx regoli formali li jirrestrinġu t-teħid ta’ ritratti, iżda kien hemm każijiet fejn persuni ġew miżmuma milli jieħdu ritratti ta’ binjiet Presidenzjali. Għaldaqstant, huwa importanti li tiċċekkja qabel ma tieħu xi ritratti.
Peress illi Malta m’għandhiex rappreżentazzjonijiet diplomatiċi jew konsulari fin-Namibja, f’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin fil-pajjiż jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq id-dettalji li ġejjin:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio,
Triq il-Merkanti,
Valletta, Malta
Tel: (+356) 21242191
Indirizz elettroniku: consular.mftp@gov.mt

Nauru 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

in-Nepal 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

in-Netherlands 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

New Zealand 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

in-Niġer 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

in-Niġerja 05/07/2018

Evita kull safar f'ċerti nħawi

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ iwissi liċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn in-Niġerja kontra kull vjaġġar lejn Galadimawa, wara li sar attakk bl-armi li qatel 7 uffiċjali tal-pulizija. Barra minn dan, il-Ministeru jwissi kontra kull vjaġġar lejn l-istati ta’ Borno, Yobe, Adamawa, Gombe u ż-żoni tax-xmajjar tal-Istati ta’ Delta, Bayelsa, Rivers, Akwa Ibom u Cross River kif ukoll iż-żoni sa 20km ’l bogħod mill-fruntiera man-Niġer fl-Istat ta’ Zamfara. Il-Ministeru jwissi wkoll kontra kull vjaġġar ħlief dak essenzjali lejn l-istati ta’ Bauchi, Zamfara, Kano, Kaduna, Jigawa, Katsina, Kogi, żoni sa 20km ’l bogħod mill-fruntiera man-Niġer fl-Istati ta’ Sokoto u Kebbi, iż-żoni mhux tax-xmajjar tal-Istati ta’ Delta, Bayelsa, u Rivers u l-Istat ta’ Abia. Dan huwa minħabba l-attakki vjolenti spissi u r-riskju ta’ serq bl-armi, kriminalità u ħtif fiż-żoni.

Jista’ jkun hemm ġemgħat politiċi u dimostrazzjonijiet li jingħalqu f'daqqa. Huwa importanti li jiġu evitati ġemgħat bħal dawn peress li dawn jistgħu jieħdu xejra vjolenti. Qed jiżdiedu l-protesti f’Abuja u fi bliet oħra, minħabba li qed joqorbu l-elezzjonijiet presidenzjali tal-2019. Huwa probabbli li jseħħu attakki terroristiċi. Għalkemm il-biċċa l-kbira tal-attakki jseħħu fin-Niġerja tat-Tramuntana u tal-Grigal, saru wkoll għadd ta’ attakki f’postijiet oħra. L-attakki kellhom fil-mira postijiet pubbliċi u ffullati, binjiet tal-gvern, sistemi tat-trasport, u istituzzjonijiet tal-edukazzjoni, fost oħrajn.

Għalkemm il-biċċa l-kbira taż-żjajjar huma mingħajr problemi, iċ-ċittadini Maltin li se jivvjaġġaw lejn in-Niġerja għandhom joqogħdu attenti għal-livelli għoljin ta’ kriminalità vjolenti fit-toroq, li jinkludu serq vjolenti, ħtif, ħtif ta’ karozzi, u serq bl-armi. Iċ-ċittadini barranin huma meqjusa bħala sinjuri, u għaldaqstant huma mira attraenti. Huwa importanti li tevita li ġġorr ammont kbir ta’ flus kontanti, u li oġġetti ta’ valur (inkluż passaporti) jinżammu mistura. Hemm ukoll theddida għolja ta’ ħtif, li jista’ jkun immotivat mill-kriminalità jew mit-terroriżmu. Fl-aħħar 5 snin, bosta ċittadini barranin ġew maħtufa, u f'xi każijiet ġew maqtula. Iċ-ċittadini barranin kienu wkoll vittmi ta’ forom differenti ta’ skemi qarrieqa.

L-ivvjaġġar bit-triq jista’ jkun kaotiku u bil-mod. Toroq kwieti, toroq mhux imdawlin tajjeb, u vjaġġar wara li jidlam għandu jiġi evitat. Għandha tiġi eżerċitata kawtela partikolari f’traffiku wieqaf jew fis-sinjali tat-traffiku minħabba r-riskju ta’ ħtif ta’ karozzi. Hemm ukoll punti ta’ kontroll awtorizzati u mhux awtorizzat fejn xi wħud huma kontrolli tas-sigurtà u oħrajn huma biex jintalbu flus bil-forza. It-trasport pubbliku huwa wkoll perikoluż minħabba l-kundizzjoni ħażina tal-karozzi tal-linja/taxis. Jekk teħtieġ li tuża taxi, għandek tuża dawk offruti mil-lukandi ewlenin. Jekk qed tistenna li jiltaqa’ miegħek xufier biex jiġbrok mill-ajruport, oqgħod attent minn persuni foloz u żgura li l-persuni jidentifikaw lilhom infushom. Serq bl-armi u inċidenti ta’ piraterija seħħew ukoll fl-ibħra Niġerjani, fil-Golf ta’ Guinea aktar mifrux, u fix-xmajjar u l-portijiet tad-Delta tan-Niġer.

Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. Fl-2018, kien hemm tliet tfaqqigħiet tal-kolera fin-Niġerja. Fil-pajjiż hemm ukoll mard tropikali serju (bħall-malarja, it-tifojde, u d-deni isfar). Fl-1 ta’ Marzu 2018, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ħarġet avviż dwar rapporti tad-deni lassa fin-Niġerja. Id-deni lassa huwa marda emorraġika virali akuta li tista’ tittieħed. Iċ-ċittadini Maltin li bħalissa qegħdin fin-Niġerja, jew li dan l-aħħar vjaġġaw lejn dan il-pajjiż, għandhom isegwu l-miżuri standard għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ infezzjoni u jirrapportaw kwalunkwe tħassib mediku lill-eqreb fornitur tas-servizz tas-saħħa. Hemm ukoll riskju ta’ trażmissjoni tal-virus Zika fil-pajjiż. It-trattament tas-saħħa f’xi postijiet jista’ jkun biss bażiku ħafna. Il-vjaġġaturi għandu dejjem ikollhom magħhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni, u kopja tal-paġna bijometrika tal-passaport, u kit mediku komprensiv. Huwa importanti li tiċċekkja mal-kumpanija tal-assigurazzjoni minnufih jekk tiġi riferut għand faċilità medika għal trattament.

Minħabba t-tfaqqigħa tal-Ebola fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo f’Mejju 2018, il-vjaġġaturi jistgħu jistennew kontrolli addizzjonali fl-ajruporti Niġerjani.

Il-passaporti għandhom ikunu validi għal perjodu minimu ta’ 6 xhur mid-data tad-dħul fin-Niġerja.

L-omosesswalità hija meqjusa bħala inaċċettabbli fin-Niġerja, u wirjiet pubbliċi ta’ affezzjoni u parteċipazzjoni f'soċjetajiet u organizzazzjonijiet omosesswali jistgħu jwasslu għal sentenzi ta’ priġunerija twal.

It-teħid ta’ ritratti ta’ binjiet tal-gvern u militari, u ajruporti jistgħu jwasslu għall-arrest.

Peress li n-Niġerja għandha l-akbar popolazzjoni Musulmana fil-pajjiżi sub-Saħarjani, huwa importanti li ġġib ruħek sew u li tilbes b’mod modest.

Huwa illegali li timporta birra, ilma minerali, luminati, inbid frizzanti, frott, ħxejjex, ċereali, bajd, drappijiet tat-tessuti, ġojjellerija, u metalli prezzjużi fin-Niġerja. Barra minn dan, huwa illegali li tesporta bċejjeċ ta’ arti Afrikana, b’mod partikolari oġġetti antiki.

Għalkemm in-Niġerja hija primarjament ekonomija bbażata fuq il-flus kontanti, l-użu tal-karti tal-kreditu/debitu qed jiżdied. Il-vjaġġaturi għandhom joqogħdu attenti għall-frodi tal-karti tal-kreditu.

Peress illi Malta m’għandhiex rappreżentazzjoni diplomatika fin-Niġerja, f’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq id-dettalji li ġejjin:


Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio, Triq il-Merkanti,
Valletta, Malta
Tel: (+356) 21242191
Indirizz elettroniku: consular.mftp@gov.mt

in-Nikaragwa 31/05/2018

Evita kull safar jekk mhuwiex meħtieġ

Pariri dwar Vjaġġar

In-Nikaragwa
31/05/2018

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża li għandu jsir vjaġġar essenzjali biss lejn in-Nikaragwa.
Is-sitwazzjoni tas-sigurtà għadha volatili ħafna,  u l-pajjiż għaddej minn vjolenza kontinwa li qed tiżdied f’postijiet diversi. Il-gass tad-dmugħ u l-munizzjon irriżultaw f’korrimenti serji u mwiet. Dawn l-inċidenti jistgħu jseħħu fi kwalunkwe ħin, u mhumiex prevedibbli. Ġew irrappurtati wkoll dimostrazzjonijiet u ġlied fil-belt kapitali ta’ Managua u żoni oħra, u l-vjaġġaturi kollha għandhom jevitaw ġemgħat bħal dawn, għaliex preċedentement dawn saru vjolenti. Barra minn dan, huwa kontra l-liġi tan-Nikaragwa li l-barranin jieħdu sehem f’ġemgħat bħal dawn, anke jekk dawn huma paċifiċi, u l-barranin li jieħdu sehem f’avvenimenti bħal dawn jistgħu jiġu arrestati.
Minħabba d-diżordni fil-pajjiż, ir-rotot ewlenin lejn l-ajruport ġew ostakolati f’bosta okkażjonijiet. It-turisti li qed jivvjaġġaw fiż-żoni għandhom jeżerċitaw kawtela kbira u jevitaw iż-żoni affettwati. Għalkemm ma hemm ebda storja riċenti ta’ terroriżmu fin-Nikaragwa, ma jistgħux jiġu esklużi attakki.
Għalkemm il-biċċa l-kbira taż-żjarat huma mingħajr problemi, il-vjaġġaturi kollha jridu joqogħdu attenti għaż-żieda sinifikanti tal-kriminalità fit-toroq, serq, u sgass. Kien hemm kriminalità vjolenti f’Bonanza, La Rosita, Siuna, u Little Corn Island. Il-barranin sfaw ukoll vittmi ta’ attakki vjolenti f’resorts u djar. Bosta kriminali jġorru l-armi, u persuni li rreżistew sfaw ukoll vittmi ta’ feriti u anke mewt. Il-vjaġġaturi m’għandhomx jimxu waħedhom billejl, u għandhom ikunu viġilanti meta jimxu f’żoni aktar foqra, fi swieq, u madwar il-katidral l-antik f’Managua. Is-serq mill-bwiet u s-serq huma komuni fi stazzjonijiet tal-karozzi tal-linja u fuq it-trasport pubbliku. Huwa rrakkomandat li l-vjaġġaturi jżommu l-oġġetti ta’ valur (inkluż karti tal-kreditu, ġojjellerija, passaport, eċċ.) mistura sew. F’każ ta’ serqa, huwa importanti li tinforma lill-pulizija u li titlob kopja ffirmata u b’siġill tar-rapport.
Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. Minħabba r-riskju ta’ mard min-nemus bħal Zika u Chikungunya, huwa rrakkomandat li l-vjaġġaturi kollha jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji biex jevitaw gidmiet min-nemus.
L-isptarijiet pubbliċi fin-Nikaragwa mhumiex mgħammra tajjeb, iżda l-belt kapitali ta’ Managua għandha sptarijiet aktar ġodda u mgħammra aħjar. Xi sptarijiet privati f’Managua jirrappurtaw li ntlaħaq il-limitu tal-kapaċità. Il-vjaġġaturi għandhom dejjem ikollhom magħhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni, u kopja tal-paġna bijometrika tal-passaport, u kit mediku komprensiv. F’każ ta’ emerġenza, iċ-ċittadini Maltin li jivvjaġġaw lejn il-pajjiż jistgħu jċemplu lill-Pulizija fuq 118, jew ambulanza fuq 128. Għandek tikkuntattja lill-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek minnufih jekk tiġi riferut għand faċilità medika għal trattament.
Il-vjaġġaturi għandhom jużaw taxi awtorizzata bi pjanċi ħomor, u bir-ritratt u d-dettalji tax-xufier murija b’mod ċar fuq id-dashboard. Ħafna nies sfaw ukoll vittmi ta’ serq u attakki meta użaw taxis oħrajn. Il-vjaġġaturi m’għandhom qatt jużaw taxi li ġiet ibbukkjata minn xi ħadd ieħor. Seħħ ukoll ħtif ta’ passiġġieri. Huwa importanti li tinnota li n-numru tal-vettura. Huwa komuni li t-taxis jiġu kondiviżi ma’ barranin, u huwa rrakkomandat li dejjem tiftiehmu fuq it-tariffa qabel il-vjaġġ. Huwa rrakkomandat li ma jivvjaġġawx fuq karozzi tal-linja wara li jidlam.
Il-kundizzjonijiet tat-toroq ġeneralment huma ħżiena, b’ħofor u nuqqas ta’ tidwil tat-toroq, għalhekk s-sewqan huwa aktar diffiċli. L-istandards tas-sewqan huma ħżiena, u l-vjaġġaturi għandhom ikunu kawti peress illi r-regolamenti tat-toroq mhux dejjem jiġu osservati. Hemm problema fil-pajjiż bis-sewqan minn nies xurbana. It-turisti li jivvjaġġaw bil-karozza għandhom iżommu t-twieqi magħluqin u l-bibien imsakkrin, minħabba rapporti ta’ attakki.
Minħabba l-preżenza potenzjali ta’ mini splussivi qodma f’xi żoni rurali, il-vjaġġaturi għandhom jeżerċitaw kawtela f’żoni lil hinn mit-toroq prinċipali.
Fin-Nikaragwa attivitajiet sismiċi u vulkaniċi, uragani, maltempati severi u għarar huma komuni. Iċ-ċittadini Maltin fil-pajjiż huma mħeġġa li jimmonitorjaw  pariri lokali affidabbli u aġġornamenti fil-midja. Il-vjaġġaturi jridu jieħdu attenzjoni partikolari meta jgħumu minħabba kurrenti qawwijin, li rriżultaw f’għarqien. Ma hemmx sinjali ta’ twissija tas-sikurezza fil-postijiet.
Il-pajjiż għandu restrizzjoni stretta fuq l-użu ta’ drones u oġġetti relatati, u l-vjaġġaturi m’għandhomx jippruvaw jużawhom sakemm ma ngħatax permess formali mill-awtoritajiet tan-Nikaragwa.
F’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin fil-Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Konslu Onorarju f’Managua fuq id-dettalji li ġejjin:

Calle Los Laureles #60, Las Colinas, Managua
Tel: 00 505 22772856
Fax: 00 505 22701074
Indirizz elettroniku: maltaconsul.managua@gov.mt

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi kkuntattjat ukoll fuq tel. (+356) 21242191 jew fuq l-indirizz elettroniku li ġej: consular.mftp@gov.mt

in-Norveġja 30/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin li n-Norveġja estendiet il-kontrolli tal-fruntieri temporanji mal-fruntiera interna tagħha ta’ Schengen sa ma jingħata avviż ieħor. Il-kontrolli tal-immigrazzjoni bħalissa qed joperaw fil-portijiet Norveġiżi b’konnessjonijiet bil-vapur lejn id-Danimarka, il-Ġermanja u l-Iżvezja. Għaldaqstant iċ-ċittadini Maltin għandhom iġorru l-passaport tagħhom meta jaqsmu l-fruntiera lejn in-Norveġja, jew minnha, u jiċċekkjaw mal-fornitur tat-trasport tagħhom għal aġġornamenti.

Il-Gvern tan-Norveġja għandu sistema ta’ allert pubblika dwar it-terroriżmu. Il-livell kurrenti jindika li hemm riskju probabbli ta’ terroriżmu. Il-vjaġġaturi kollha huwa mħeġġa biex isegwu l-midja lokali għall-informazzjoni l-aktar riċenti dwar il-livell tat-theddida u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet lokali.

F’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Ambaxxata tar-Repubblika ta’ Malta fuq id-dettalji li ġejjin:

Konsulat Ġenerali
Nordheimbakken 5, 0378 Oslo
Tel: 0047 (22) 921526, 0047 (920) 89277
Indirizz elettroniku: maltaconsul.oslo@gov.mt

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi kkuntattjat ukoll permezz tat-telefown. (+356) 21242191.

l-Oman 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Pakistan 30/05/2018

Evita kull safar jekk mhuwiex meħtieġ

Minħabba l-fatt li s-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-Pakistan tibqa’ fraġli, minħabba theddida għolja ta’ attakki terroristiċi, ħtif u vjolenza bejn fazzjonijiet, għandu jiġi evitat kull vjaġġar ħlief dak essenzjali. B’mod partikolari, evita vjaġġar mhux essenzjali lejn Kalesh Valley, Bamoboret Valley u d-Distrett ta’ Arandu lejn in-Nofsinhar u l-Punent ta’ Chitral f’Khyber-Pakhtunkhwa, il-belt ta’ Quetta, il-belt ta’ Nawabshah fil-Provinċja ta’ Sindh, u ż-żoni tal-intern ta’ Sindh fit-Tramuntana ta’ Nawabshah. It-terroriżmu u dimostrazzjonijiet vjolenti għadhom theddid persistenti mal-pajjiż kollu.

Barra minn hekk, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jwissi liċ-ċittadini Maltin biex jevitaw kull vjaġġar lejn iż-Żoni Tribali Amministrati Federalment (Federally Administered Tribal Areas), id-distretti ta’ Charsadda, Kohat, Tank, Bannu, Lakki, Dera Ismail Khan, Swat, Buner u Lower Dir f’Khyber-Pakhtunkhwa, il-belt ta’ Peshawar u d-distretti lejn in-Nofsinhar tal-belt, inkluż it-triq bejn Peshawar u Chitral li tgħaddi minn Lowari Pass, Balochistan tat-Tramuntana u tal-Punent, u l-Karakoram Highway bejn Islamabad u Gilgit. Iż-żoni kollha bi fruntiera mal-pajjiż, ħlief il-punt ta’ qsim uffiċjali tal-fruntiera ta’ Wagah, għandhom jiġu evitati wkoll.

Huwa probabbli li t-terroristi jippruvaw iwettqu attakki fil-Pakistan. Hemm theddida għolja ta’ terroriżmu u vjolenza settarja mal-pajjiż kollu. Attakki addizzjonali jistgħu jkunu indiskriminati inkluż f’postijiet iffrekwentati minn barranin. Evita postijiet iffullati bħal promenades pedonali, ċentri tax-xiri, swieq miftuħa, ristoranti, u postijiet ta’ qima. Kun estremament viġilanti l-ħin kollu, żomm profil baxx u kun kawt, b’mod partikolari f’żoni ffrekwentati regolarment mit-turisti. Segwi r-rapporti tal-aħbarijiet lokali kif ukoll l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet lokali.

Dimostrazzjonijiet pubbliċi u diżordni ċivili huma komuni fil-Pakistan. Il-protesti jistgħu jseħħu mingħajr mistenni, u filwaqt li l-biċċa l-kbira huma paċifiċi, dawn malajr jistgħu jieħdu xejra vjolenti. Għandek tevita li tinqabad f’dimostrazzjonijiet, folol kbar ħafna ta’ nies u avveniment pubbliċi.

L-ajruport il-ġdid f’Islamabad beda l-operazzjonijiet tiegħu fit-3 ta’ Mejju, u t-titjiriet qed jaqilbu mill-faċilità l-qadima (Benazir Bhutto). Inħeġġu lill-vjaġġaturi kollha biex jiċċekkjaw id-dettalji tat-titjira tagħhom mal-linja tal-ajru qabel ma jivvjaġġaw, u biex ikunu ppreparati għal dewmien jew tħarbit potenzjali. Ħalli biżżejjed ħin biex tgħaddi mill-kontrolli tas-sigurtà aktar stretti.

Iċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn il-pajjiż għandhom iżuru lill-professjonista tas-saħħa tagħhom tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel il-vjaġġ tagħhom biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn jieħdu xi tilqim, ċertifikazzjonijiet jew miżuri preventivi oħrajn. Barra minn dan, huwa essenzjali li l-vjaġġaturi jkunu koperti minn polza komprensiva tal-ivvjaġġar.

F’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin fil-Pakistan jistgħu jikkuntattjaw lill-Konslu Onorarju fil-Pakistan fuq id-dettalji li ġejjin:
                                                                                                                           
KARACHI
b’ġurisdizzjoni fuq ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan
Gokal Chambers, Hotel Beach Luxury Road, Karachi
Tel: 0092 (21) 561 100-5
Fax: 0092 (21) 561 0760/61
Indirizz elettroniku: maltaconsul.karachi@gov.mt

LAHORE
b’ġurisdizzjoni fuq il-Punjab
36, Lawrence Road, Lahore 54000
Tel: 0092 (42) 3636 6666-70          
Fax: 0092 (42) 636 6665, 637 0509
Indirizz elettroniku: maltaconsul.lahore@gov.mt

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi kkuntattjat ukoll fuq it-telefown (+356) 21242191.

Palau 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

Palestina 09/07/2018

Eżerċita livell għoli ta' prudenza

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin biex ikunu kawti, wara li kien hemm tliet (3) terremoti minuri li nħassew f’Tiberias, Safed, Haifa, u l-Galilea tal-Punent fit-Tramuntana tal-Iżrael. Minħabba l-viċinanza tal-Iżrael u l-Palestina (it-Territorji Palestinjani) flimkien magħrufa bħala l-Art Imqaddsa, sabiex tkun tista’ tirċievi għajnuna f’każ ta’ bżonn, huwa rrakkomandat li b’mod volontarju tagħti d-dettalji tal-kuntatt tiegħek lill-Ambaxxata ta’ Malta f’Tel Aviv, l-Iżrael u l-Uffiċċju Rappreżentattiv ta’ Malta f’Ramallah, il-Palestina (numru tal-passaport, numru tat-telefown, indirizz elettroniku), meta tivvjaġġa lejn il-pajjiż (billi tibgħat email lil holyland.mftp@gov.mt), jew billi timla n-Notifika D, li hija aċċessibbli fuq il-link li ġejja: https://eforms.gov.mt/pdfforms.aspx?fid=oth064e. Id-dettalji se jinżammu għal 3 (tliet) ijiem mid-data tat-tluq speċifikata mill-Art Imqaddsa u wara dan, id-dejta kollha titħassar. Il-vjaġġaturi għandhom isegwu l-parir tal-awtoritajiet lokali u jsegwu l-midja lokali għal aġġornamenti.

Filwaqt li ma jiskoraġġixxix l-ivvjaġġar fix-Xatt tal-Punent tal-Palestina (it-Territorji Palestinjani), il-Ministeru javża liċ-ċittadini Maltin biex ikunu kawti ħafna, anke minħabba s-sitwazzjoni tas-sigurtà imprevedibbli u mimlija tensjoni. Huwa importanti li jsegwu l-midja lokali u li jsegwu l-parir tal-awtoritajiet lokali. Barra minn hekk, il-Ministeru jwissi wkoll kontra kull vjaġġar lejn:

• Gaża,
• Sheba’a Farms u Ghajjar,
• Sa 500m mill-fruntiera mal-Libanu, fil-Lvant ta’ Route 98 tul il-fruntiera Sirjana

Jistgħu jseħħu attakki terroristiċi, u dawn jistgħu jseħħu f’postijiet popolari mat-turisti. Ilhom isiru wkoll protesti fil-fruntiera bejn Gaża u l-Iżrael sa mit-30 ta’ Marzu. Ġemgħat u dimostrazzjonijiet għandhom jiġu evitati, peress dawn jistgħu jsiru vjolenti. Huwa rakkomandat li l-vjaġġaturi dejjem isegwu l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet lokali u jżommu ruħhom aġġornati dwar l-iżviluppi l-aktar riċenti permezz tal-midja lokali u internazzjonali.

Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. Barra minn dan, il-vjaġġaturi għandu jkollhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri trattament mediku barra mill-pajjiż u r-ripatrijazzjoni. F’każ ta’ emerġenza, iċ-ċittadini Maltin li jivvjaġġaw lejn il-pajjiż jistgħu jċemplu ambulanza fuq 101. Jekk jiġu riferuti għand faċilità medika, il-vjaġġaturi għandhom jikkuntattjaw immedjatament lill-kumpanija tal-assigurazzjoni.

Il-passaporti għandhom ikunu validi għal perjodu minimu ta’ 6 xhur mid-data tad-dħul fil-pajjiż.

Il-vjaġġaturi għandhom dejjem iġorru magħhom xi forma ta’ identifikazzjoni.

Il-vjaġġaturi m’għandhomx jieħdu ritratti ta’ persunal/installazzjonijiet militari jew tal-pulizija.

F’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jitolbu għajnuna mill-Uffiċċju Rappreżentattiv ta’ Malta f’Ramallah, li jista’ jiġi kkuntattjat fuq id-dettalji li ġejjin:


UFFIĊĊJU RAPPREŻENTATTIV TA’ MALTA
VIP Centre, 100 Al-Kawthar Street, Al-Bireh, Ramallah
Tel: 00970 (0) 2 2413210/1, 00970 (0) 2 2413217 (Linja diretta tar-Rappreżentant)
Mowbajl ta’ emerġenza: 00970 597325481 jew 00972(0)549963954/7
Indirizz elettroniku ta’ emerġenza: holyland.mftp@

il-Panama 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

Papua New Guinea 02/07/2018

Evita kull safar f'ċerti nħawi jekk mhuwiex meħtieġ

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin kontra kull vjaġġar ħlief dak essenzjali lejn il-provinċji ta’ Hela u Southern Highlands, wara d-dikjarazzjoni ta’ stat ta’ emerġenza mill-gvern. Barra minn dan, dawn iż-żoni, flimkien mal-provinċji ta’ Enga u l-Western Highlands raw żieda fil-ġlieda tribali. Il-vjolenza tribali tista’ sseħħ mingħajr mistenni u tista’ tmur għall-agħar malajr ħafna u tirriżulta fil-qerda ta’ proprjetà, tħarbit tas-servizzi, u korriment serju. Il-vjaġġaturi għandhom jevitaw folol kbar u ġemgħat pubbliċi.

Wara perjodu ta’ konflitt, huwa importanti li tkun kawt meta tivvjaġġa lejn Bougainville Island. Iż-żona muntanjuża madwar il-mina ta’ Panguna hija “Żona Pprojbita”. Qatt m’għandu jkun hemm aċċess f'dawn iż-żoni, u l-barranin li daħlu f’żoni bħal dawn mingħajr awtorizzazzjoni ġew interrogati, u xi wħud kellhom il-passaporti tagħhom miżmuma.

Għalkemm ma hemm ebda storja riċenti ta’ terroriżmu, ma jistgħux jiġu esklużi attakki, u dawn jistgħu jseħħu f’postijiet popolari mal-barranin.

F’Papua New Guinea hemm livell għoli ta’ kriminalità serja, inkluż ħtif ta’ karozzi, attakki, stupru, ħtif ta’ basktijiet, u serq. Kriminalità bħal din tinsab b’mod partikolari fil-belt kapitali ta’ Port Moresby, u fil-bliet ta’ Lae u Mt Hagen. Machetes u armi tan-nar spiss jintużaw waqt serq u attakki. Il-vjaġġaturi għandhom ukoll ikunu kawti fiż-żoni tal-fruntiera, b’mod partikolari fiż-żona bejn Papua New Guinea u l-Indoneżja, fejn hemm konflitt kontinwu mal-konfini.

Il-vjaġġaturi għandhom joqogħdu attenti waqt l-ivvjaġġar bit-triq minħabba l-kundizzjonijiet ħżiena tat-toroq u standards ħżiena tas-sewqan. Huwa importanti li l-bibien jinżammu msakkrin u t-twieqi jinżammu magħluqa. Barra minn hekk, jekk teħtieġ li tivvjaġġa billejl, huwa rrakkomandat li tivvjaġġa f’konvoj jew bi skorta tas-sigurtà. Il-karozzi tal-linja pubbliċi (PMVs) m’għandhomx jintużaw minħabba inċidenti ta’ hold-ups bl-armi u attakki ta’ stupru. It-taxis huma disponibbli fiċ-ċentri ewlenin, iżda xorta jistgħu jkunu mantnuti ħażin.

Huwa importanti li toqgħod attent ħafna f’Milne Bay, Rabual, u matul Kokoda Trail, minħabba l-preżenza ta’ bombi mhux sploduti mit-Tieni Gwerra Dinjija.

Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. Il-vjaġġaturi għandu dejjem ikollhom magħhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni, u kopja tal-paġna bijometrika tal-passaport, u kit mediku komprensiv. Minħabba każijiet tal-virus Chikungunya u d-deni Dengue, il-vjaġġaturi għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji biex jevitaw il-gdim min-nemus. Il-pajjiż jiffaċċja wkoll każijiet ta’ Tuberkulożi u Poljo u riskju ta’ trażmissjoni tal-virus Zika. F’każ ta’ emerġenza, il-vjaġġaturi jistgħu jċemplu ambulanza fuq 111. Il-faċilitajiet tas-saħħa huma bażiċi ħafna u l-pazjenti jistgħu jiġu evakwati b’ambulanza bl-ajru. Huwa essenzjali li tikkuntattja lill-kumpanija tal-assigurazzjoni minnufih jekk tiġi riferut għand faċilità medika għal trattament.

Il-passaporti għandhom ikunu validi għal perjodu minimu ta’ 6 xhur mid-data tad-dħul fil-pajjiż.

Il-vjaġġaturi huma pprojbiti li jdaħħlu frott, ħxejjex, u prodotti tal-annimali fil-pajjiż.

Il-marijuana u narkotiċi oħrajn huma illegali fil-pajjiż.

Atti omosesswali huma illegali, u jistgħu jwasslu għal priġunerija.

Il-pajjiż huwa suxxettibbli għal diżastri naturali, bħal ċikluni tropikali u għargħar. F’każ ta’ sitwazzjonijiet bħal dawn, il-vjaġġaturi għandhom isegwu l-parir u l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet lokali.

Peress illi Malta m’għandhiex rappreżentazzjoni diplomatika f’Papua New Guinea, f’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin f’Papua New Guinea jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq id-dettalji li ġejjin:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ,
Palazzo Parisio, Triq il-Merkanti,
Valletta, Malta
Nru tat-tel. (+356) 21242191
Indirizz elettroniku: consular.mftp@gov.mt

il-Paragwaj 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Perù 28/05/2018

Oqgħod attent

Minħabba li l-kriminalità hija problema sinifikanti mal-pajjiż kollu, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin kollha biex ikunu kawti ħafna meta jivvjaġġaw lejn il-Perù. Serq żgħir, attakki u serq bl-armi jseħħu sikwit f’Lima Cusco, Arequipa u bliet ewlenin oħra. Għandek iżżomm livell għoli ta’ viġilanza, tieħu l-prekawzjonijiet tas-sikurezza neċessarji u tevita li timxi waħdek f’żoni mwarrba jew billejl. Barra minn dan, jekk tinsab fil-Perù, jew qed tippjana li tivvjaġġa lejn il-Perù, huwa importanti li ssegwi l-aħbarijiet lokali b’attenzjoni u ssegwi l-parir tal-awtoritajiet.

Dimostrazzjonijiet u protesti huma komuni mal-pajjiż kollu u jistgħu jieħdu xejra vjolenti malajr. F’dan ir-rigward, għandek tiżgura li tevita folol kbar, ġemgħat politiċi u marċijiet.  Strajkijiet u roadblocks huma frekwenti u jistgħu jikkawżaw interruzzjoni fis-servizzi, inkluż it-trasport pubbliku, u l-għeluq ta’ negozji u uffiċċji tal-gvern. Roadblocks improvvizzati jistgħu jaffettwaw ukoll l-ivvjaġġar fin-Nofsinhar tal-Perù, speċjalment l-ivvjaġġar lejn u mill-bliet ta’ Arequipa, Cusco u Puno. Il-protesti f’Puno jistgħu jirriżultaw fl-għeluq tal-punt ta’ qsim tal-fruntiera mal-Bolivja, inkluż Lake Titicaca.

Barra minn hekk, oqgħod attent b’mod speċjali għas-sitwazzjoni tas-sigurtà lokali fiż-żoni tal-fruntieri mal-Ekwador u l-Kolombja. Jekk ser taqsam il-fruntiera tal-Perù u l-Ekwador (fuq l-art) għandek tagħmel dan biss fil-punti ta’ kontroll uffiċjali, peress li landmines mhux sploduti huma ta’ theddida għas-sikurezza. Evita vjaġġar mhux essenzjali lejn żoni sa 20 km mill-fruntiera mal-Kolombja minħabba t-traffikar tad-drogi u inkursjonijiet okkażjonali minn forzi tal-gwerilla armati mill-Kolombja fil-Perù.

Għalkemm it-terroriżmu domestiku huwa fil-biċċa l-kbira ristrett għal żoni remoti tal-ġungla tal-Perù fejn hemm il-grupp tal-gwerilla Shining Path, ma jistgħux jiġu esklużi xi attakki. Minħabba l-okkorrenza ta’ attivitajiet kriminali terroristiċi u organizzati, li huma marbuta flimkien b’mod ikkomplikat, hemm riskju ogħla għas-sikurezza tiegħek f’reġjuni fejn hemm kultivazzjoni u pproċessar intensiv tal-koka, inkluż il-baċiri tax-xmara ta’ Alto Huallaga, Aguaytia, Apurimac-Ene u Mantaro (reġjun irreferut bħala VRAEM). Minħabba dan, u minħabba l-istat ta’ emerġenza li hemm fis-seħħ, inwissu kontra kull vjaġġar neċessarju lejn iż-żoni li ġejjin:

• Id-distretti ta’ Kimbiri, Pichari u Vilcabamba, id-distretti ta’ Inkawasi, Villa Virgen u Echaratie fil-provinċja ta’ La Convención, u d-distrett ta’ Capacmarca (il-provinċja ta’ Chumbivilcas) fid-dipartiment ta’ Cuzco (il-belt ta’ Cuzco u Machu Picchu mhumiex affettwati);
• Il-provinċji ta’ Huallaga u Tocache fid-dipartiment ta’ San Martín;
• Il-widien tax-xmajjar ta’ Upper Huallaga u Ene fid-dipartimenti ta’ Huánuco u San Martín;
• il-provinċja ta’ Padre Abad fid-dipartiment ta’ Ucayali;
• Il-provinċji ta’ Huacaybamba, Humalíes, Leoncio Prado u Marañón fid-dipartiment ta’ Huánuco;
• Il-provinċji ta’ Concepción u Satipo, u d-distretti ta’ Santo Domingo de Acobamba u Pariahuanca (il-provinċja ta’ Huancayo) fid-dipartiment ta’ Junín;
• Id-distrett ta’ Tuman (il-provinċja ta’ Chiclayo) fir-reġjun ta’ Lambayeque;
• Il-provinċja ta’ Tavacaia fid-dipartiment ta’ Huancavelica;
• id-distretti ta’ Abancay, Andahuaylas, Challhuahuacho, Mara u Chincheros fid-dipartiment ta’ Apurímac;
• Il-provinċji ta’ Huanta u La Mar, fid-dipartiment ta’ Ayacucho.
• Il-kuritur tat-trasportazzjoni ta’ Apurimac-Cusco-Arequipa u x-xmara On the Putumayo, ħdejn il-fruntiera mal-Kolombja.

Barra minn hekk, nirrakkomandaw lill-vjaġġaturi kollha biex joqogħdu attenti meta jmorru jimxu fiż-żoni fir-Reġjun ta’ Huaraz tal-Muntanji Cordillera Blanca u tul il-Mogħdijiet tal-Inca. Oqogħdu attenti b’mod partikolari f’żoni weqfin jew ta’ żlieq, li m’għandhomx ċnut jew mhumiex immarkati. Bosta xabbata mietu jew ġarrbu feriti serji wara li waqgħu waqt li kienu qed jixxabtu ma’ Huayna Picchu, muntanja viċin Machu Picchu.
Minħabba li hemm evidenza li t-trażmissjoni tal-virus Zika għadha għaddejja fil-Perù, inħeġġu liċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn il-pajjiż, jew li huma diġà hemm, biex jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji tas-saħħa u jadottaw miżuri metikolużi biex jipprevjenu gdim min-nemus. Barra minn hekk, peress li d-deni isfar, deni Dengue, u l-virus Chikungunya huma endemiċi f'ċerti żoni, huwa rrakkomandat bil-qawwa li jsir tilqim kontra mard trażmess min-nemus. Għandha tingħata wkoll attenzjoni għall-iġjene tal-ikel u għandu jinxtorob biss ilma tal-flixkun.
Iċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn il-pajjiż għandhom iżuru lill-professjonista tas-saħħa tagħhom tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel il-vjaġġ tagħhom biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn jieħdu xi tilqim, ċertifikazzjonijiet jew miżuri preventivi oħrajn. Barra minn dan, żgura li tkun kopert minn polza komprensiva tal-ivvjaġġar.

F’każ ta’ diffikultà fil-pajjiż, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Konsulati Onorarji rispettivi fuq id-dettalji tal-kuntatt li ġejjin:

AREQUIPA
b’ġurisdizzjoni fuq ir-reġjuni ta’ Arequipa, Apurimac, Cuzco, Madre de Dios, Moquegua, Puno u Tacna
Urbanización Challapampa I-23 Cerro Colorado, Arequipa, Il-Perù
Tel: 0051 54 202122
Fax: 0051 54 202525/ 202626
Indirizz elettroniku: maltaconsul.arequipa@gov.mt; mchirinos@michell.com.pe

LIMA
b’ġurisdizzjoni fuq ir-reġjuni ta’ Amazonas, Ancash, Ayacucho, Cajamarca, Callao,
Huancavelica, Huánuco, Ica, Junín, La Libertad, Lambayeque, Lima, Loreto, Pasco, Piura, San Martín, Tumbes u  Ucayali
Av. Comandante Espinar # 470-G, Lima 18, Lima, Il-Perù
Tel: 00 (511) 4401331, (511) 2225438
Indirizz elettroniku: dentalsol@yahoo.es; maltaconsul.lima@gov.mt


il-Polonja 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Portugall 14/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

il-Qatar 05/06/2018

Eżerċita livell għoli ta' prudenza

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn il-Qatar biex ikunu kawti. L-iżviluppi reġjonali jkomplu jikkawżaw sensittivitajiet lokali. Il-vjaġġaturi huma avżati biex isegwu r-rapporti tal-aħbarijiet, u jevitaw ġemgħat u dimostrazzjonijiet. L-Arabja Sawdija, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Bahrain u l-Eġittu waqqfu r-rabtiet diplomatiċi mal-Qatar f’Ġunju 2017. Dan wassal għal għeluq li affettwa r-rotot bit-triq, bl-ajru u bil-baħar bejn il-pajjiż u l-Qatar, kif ukoll restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar u ta’ residenza li jaffettwaw liċ-ċittadini tal-Qatar. Il-fruntiera tal-art bejn il-Qatar u l-Arabja Sawdija hija magħluqa.

It-titjiriet kollha bejn il-Qatar u l-Arabja Sawdija, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Eġittu u l-Bahrain huma sospiżi sa ma jingħata avviż ieħor. Minħabba dawn il-miżuri, il-vjaġġaturi fir-reġjun huma probabbli li jiltaqgħu ma’ tħarbit. Għaldaqstant, iċ-ċittadini Maltin kollha fir-reġjun huma mwissija biex jiċċekkjaw mal-linja tal-ajru jew mal-aġent tal-ivvjaġġar tagħhom qabel ma jibdew il-vjaġġ.

Huwa probabbli li jseħħu attakki terroristiċi fil-Qatar, u dawn jistgħu jseħħu f’postijiet popolari mat-turisti. It-theddidiet ewlenin jinkludu attakki fuq interessi tal-punent, strutturi militari, taż-żejt, tat-trasport, u tal-avjazzjoni, u f’postijiet iffullati u ċentrali. Barra minn hekk, it-terroristi qed jheddu wkoll li ser iwettqu attakki fir-reġjun tal-Golf. Għaldaqstant, il-vjaġġaturi għandhom ikunu viġilanti u jsegwu l-iżviluppi permezz tal-midja, u jsegwu l-istruzzjonijiet mill-awtoritajiet lokali.

Il-biċċa l-kbira taż-żjajjar huma mingħajr problemi, u l-livelli tal-kriminalità huma baxxi. Madankollu, il-viżitaturi nisa għandhom joqogħdu partikolarment attenti meta jivvjaġġaw waħedhom billejl. Iċ-ċittadini Maltin huma wkoll imħeġġa biex jużaw taxis irreġistrati biss, u ma jużawx taxis tard billejl jew meta ma jkunux akkumpanjati.

L-ivvjaġġar bit-triq jista’ jkun perikoluż minħabba standards ħżiena tas-sewqan. Ir-rata ta’ fatalitajiet tal-inċidenti tat-toroq hija għolja. Il-vjaġġaturi għandhom jinnutaw li anke espressjonijiet żgħar ta’ rabja fit-triq jistgħu jwasslu għal pieni. L-ivvjaġġar fid-deżert jista’ jkun perikoluż, u huwa rrakkomandat li jivvjaġġaw f’konvoj u li jieħdu provvista tal-ilma. Għandhom ikunu kawti wkoll waqt l-ivvjaġġar bil-baħar. Ħafna żoni tal-Golf huma sensittivi, u bastimenti li jidħlu f’dawk iż-żoni ġew miżmuma u spezzjonati wkoll. It-tensjonijiet jistgħu jaffettwaw ir-rotot ukoll, u jkunu ta’ aktar riskji ta’ attakk marittimu. Għandhom ikunu kawti bl-ivvjaġġar bil-bastimenti Dhow, minħabba standards baxxi.
Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. It-trattament mediku ta’ emerġenza huwa eċċezzjonali, iżda jista’ jkun pjuttost għali, speċjalment għall-viżitaturi. Il-vjaġġaturi għandu dejjem ikollhom magħhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni, u kopja tal-paġna bijometrika tal-passaport, u kit mediku komprensiv. Huwa importanti li għandhom jinnutaw li xi mediċini bir-riċetta tat-tabib u oħrajn li jinxtraw mill-ispiżerija jistgħu jkunu sustanzi kkontrollati fil-pajjiż. Għaldaqstant, huwa importanti li l-mediċini jinżammu fil-pakkett oriġinali tagħhom, flimkien ma’ ittra uffiċjali ffirmata mit-tabib tiegħek, li tindika għaliex huma meħtieġa. F’każ ta’ emerġenza, iċ-ċittadini Maltin li jivvjaġġaw lejn il-pajjiż jistgħu jċemplu ambulanza fuq 999. Huwa essenzjali li tikkuntattja lill-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek minnufih jekk tiġi riferut għand faċilità medika għal trattament.
Il-passaporti għandhom ikunu validi għal perjodu minimu ta’ 6 xhur mid-data tad-dħul fil-Qatar.

Il-vjaġġaturi huma mħeġġa biex jirrispettaw il-kultura u t-tradizzjonijiet Musulmani tal-pajjiż. Huwa importanti li jintlibes ilbies modest, inkluż waqt is-sewqan. In-nisa huma mistennija li jgħattu spallejhom u joqogħdu lura milli jilbsu shorts jew dbielet.

Imġiba omosesswali hija illegali fil-pajjiż, u kwalunkwe intimità bejn l-irġiel u n-nisa tista’ twassal ukoll għall-arrest.

It-teħid ta’ ritratti f’ċerti postijiet sensittivi jista’ jkun ipprojbit jew jeħtieġ permess.
Il-vjaġġaturi għandhom jinnutaw li x-xorb ta’ alkoħol fil-pubbliku huwa reat. Barra minn dan, huwa illegali li jiġu importati alkoħol, prodotti tal-majjal, u kotba u materjal reliġjuż fil-pajjiż. Il-liġi tal-Qatar tipprojbixxi wkoll l-importazzjoni, il-bejgħ, u x-xiri ta’ sigaretti elettroniċi u prodotti simili. Il-bagalji kollha jiġu skennjati mal-wasla fl-Ajruport ta’ Doha. Peress illi Malta m’għandhiex rappreżentazzjonijiet diplomatiċi jew konsulari fil-Qatar, f’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin fil-pajjiż jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq id-dettalji li ġejjin:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio,
Triq il-Merkanti,
Valletta, Malta
Tel: (+356) 21242191
Indirizz elettroniku: consular.mftp@gov.mt

ir-Renju Unit 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

ir-Repubblika Ċeka 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

ir-Repubblika Ċentru-Afrikana 15/05/2018

Evita kull safar f'ċerti nħawi

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jwissi liċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn ir-Repubblika Ċentru-Afrikana kontra kull vjaġġar ħlief dak essenzjali lejn iż-żona ċentrali tal-Belt kapitali ta’ Bangui (bejn l-ajruport u x-xmara Oubangui), u kontra kull vjaġġar lejn il-bqija ta’ Bangui u l-kumplament tal-pajjiż.

Hemm tensjoni f’Bangui u l-bqija tar-Repubblika Ċentru-Afrikana. Fil-pajjiż hemm rapporti ta’ vjolenza, attività mir-ribelli, qtil, serq, ħtif ta’ ostaġġi, u abbuż tad-drittijiet tal-bniedem. Għassiesa armati stabbilixxew bosta roadblocks fil-pajjiż. F’April u fil-bidu ta’ Mejju 2018, f’Bangui kien hemm ġlied bejn gruppi armati u l-forzi tas-sikurezza, fejn ġew maqtula aktar minn 20 persuna u ndarbu aktar minn 180. B’riżultat tas-sitwazzjoni, ħafna negozji u skejjel fil-belt ġew magħluqa.

Wara li koalizzjoni ta’ ribelli armati ħadu t-tmexxija tal-pajjiż fl-2013, il-kap tagħha rriżenja sena wara, u fl-2016 kien hemm elezzjonijiet leġiżlattivi fil-pajjiż, li wasslu għall-istabbiliment ta’ Parlament u gvern ġdid. Madankollu, il-pajjiż għadu fraġli minħabba l-vjolenza kontinwa. Il-vjaġġaturi għandhom jevitaw id-dimostrazzjonijiet. Ma jistgħux jiġu esklużi attakki terroristiċi, u dawn jistgħu jseħħu f’postijiet popolari mat-turisti.

Il-vjaġġaturi għandhom joqogħdu attenti mis-serq u serqiet minn gruppi armati, u għandhom jevitaw li jġorru magħhom oġġetti ta’ valur fil-pubbliku. Għandhom jiġu evitati żoni iżolati u aktar fqar. Hemm ukoll theddida ta’ ħtif, u sa mill-2015, ministri, ħaddiema umanitarji u tan-NU sfaw vittmi ta’ ħtif.

Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. Il-faċilitajiet mediċi huma limitati ħafna, u s-servizzi ġew affettwati mill-istrajkijiet. Il-vjaġġaturi għandu dejjem ikollhom magħhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni, u kopja tal-paġna bijometrika tal-passaport, u kit mediku komprensiv. F’każ ta’ emerġenza, iċ-ċittadini Maltin fil-pajjiż jistgħu jċemplu ambulanza fuq 610600, u jekk jiġu riferuti għand faċilità medika, il-vjaġġaturi għandhom jikkuntattjaw immedjatament lill-kumpanija tal-assigurazzjoni.

Ma hemmx ATMs internazzjonali fil-pajjiż, u ftit postijiet jaċċettaw karti tal-kreditu/debitu internazzjonali ewlenin.

Il-barranin għandhom joqogħdu attenti mill-ivvjaġġar fit-toroq, li huwa partikolarment diffiċli minħabba manutenzjoni ħażina u matul l-istaġun tax-xita. F’żoni remoti jkun hemm roadblocks illegali, u l-vjaġġaturi jistgħu jiġu sfurzati biex jagħtu l-oġġetti personali tagħhom biex ikunu jistgħu jipproċedu. Kien hemm rapporti ta’ attakki vjolenti fuq il-vjaġġaturi. Il-vjaġġaturi m'għandhomx jivvjaġġaw wara li jidlam.

Mhux kulħadd jaċċetta l-omosesswalità, u bosta atti bejn persuni tal-istess sess huma illegali.

Fotografija li potenzjalment tista’ tagħmel ħsara lill-pajjiż (bħal ritratti ta’ tfal fit-triq) hija pprojbita. Jeħtieġ li jintalab permess għat-teħid ta’ ritratti ta’ postijiet pubbliċi, u t-teħid ta’ ritratti ta’ proprjetà tal-gvern, uffiċjali bl-uniformi, u installazzjonijiet militari, jista’ jwassal għal detenzjoni. Barra mill-belt kapitali, kwalunkwe fotografija ta’ persuni għandha tittieħed bil-kunsens tagħhom.

Peress illi Malta m’għandhiex rappreżentazzjonijiet diplomatiċi jew konsulari fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, f’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq id-dettalji li ġejjin:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio,
Triq il-Merkanti,
Valletta, Malta
Tel: (+356) 21242191
Indirizz elettroniku: consular.mftp@gov.mt


Kongo, ir-Repubblika Demokratika 09/05/2018

Evita kull safar f'ċerti nħawi jekk mhuwiex meħtieġ

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin kontra kull vjaġġar ħlief dak essenzjali lejn Bikoro fil-Provinċja ta’ Equateur, minħabba li reġgħet tfaċċat l-Ebola.

Il-Gvern tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo ddikjara dan nhar it-8 ta’ Mejju 2018, wara konferma ta’ żewġ każijiet tal-marda virali. L-aħħar darba li faqqgħet l-Ebola fil-pajjiż kien fl-2017 fil-Provinċja ta’ Bas Uele, li l-Gvern, flimkien mal-WHO u msieħba oħra, malajr ikkontrollaw.

L-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin qed josservaw is-sitwazzjoni u qed isegwu l-parir tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u l-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa (HSC) tal-Kummissjoni Ewropea. Ir-riskju ta’ infezzjoni tal-Ebola huwa baxx, sakemm il-persuna mhix esposta direttament għad-demm u fluwidi oħrajn tal-ġisem ta’ persuni/annimali infettati ħajjin/mejtin. Jekk l-ivvjaġġar ma jistax jiġi evitat, il-vjaġġaturi huma avżati biex jevitaw kuntatt dirett ma’ demm jew fluwidi tal-ġisem ta’ pazjent/katavru u ma’ oġġetti li jistgħu jkunu kkontaminati, jevitaw kuntatt mill-qrib ma’ annimali selvaġġi u l-konsum ta’ laħam minn dawn l-annimali selvaġġi, jevitaw li jkollhom x’jaqsmu sesswalment ma’ persuni mingħajr protezzjoni, u joqogħdu attenti għall-iġjene. Jekk xi ċittadini Maltin żaru Bikoro, dawn għandhom jikkuntattjaw lill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika fuq 21324086 mal-ewwel sinjal ta’ mard (deni, uġigħ ta’ ras, uġigħ, mard tal-griżmejn, dijarea, rimettar, uġigħ ta’ żaqq, raxx, għajnejn ħomor, u f’xi każijiet, emorraġija), jekk dan seħħ fi żmien 21 jum mit-tluq mill-pajjiż. Trattament bikri jista’ jtejjeb il-pronjosi.

Is-sitwazzjoni politika u tas-sikurezza fil-pajjiż tibqa’ inċerta wara t-tħabbira mill-kummissjoni elettorali nazzjonali li l-elezzjonijiet ser isiru f’Diċembru 2018. Kien hemm sejħiet kontinwi għal strajkijiet ġenerali, diżubbidjenza ċivili, u protesti pubbliċi. Matul il-perjodu ta’ protesti, li jistgħu jseħħu bi żmien ta’ avviż qasir, jew mingħajr avviż, il-vjaġġaturi għandhom jevitaw bliet kbar, avvenimenti sportivi jew tal-mużika kbar, universitajiet, binjiet politiċi, it-toroq lejn l-ajruport ta’ N’Djili, u postijiet fejn jistgħu jseħħu dimostrazzjonijiet. F’każ ta’ kriżi, il-pajjiż jista’ jara sospensjoni ta’ titjiriet kummerċjali, toroq u fruntieri magħluqin, sospensjoni ta’ servizzi, u żieda fil-punti ta’ kontroll.

Sa mill-2017, kien hemm aktar rapporti ta’ attakki jew kontroll ta’ gruppi armati f’ċerti bliet tal-Provinċja ta’ South Kivu. Barra minn dan, f’Uvira, fl-istess Provinċja, hemm rapporti ta’ ġlied bejn il-Forzi Armati tal-Kongo u gruppi tal-milizzja. Fil-parti tal-Lvant tal-pajjiż, il-preżenza ta’ gruppi armati, operazzjonijiet militari, vjolenza, u rifuġjati jikkontribwixxu għad-deterjorament tas-sitwazzjoni politika, umanitarja u tas-sikurezza. B’riżultat ta’ dan, in-nies ċivili jisfaw vittmi ta’ vjolenza, qtil, stupru, u serq. Ma jistgħux jiġu esklużi attakki terroristiċi, u dawn jistgħu jseħħu f’postijiet differenti, inkluż f’postijiet popolari mat-turisti.

Il-vjaġġaturi għandhom joqogħdu attenti għall-kriminalità fit-toroq u serq. Il-barranin huma f’riskju partikolari, speċjalment f’żoni tal-lukandi u s-supermarkets. Qed isir aktar komuni s-serq minn gruppi ta’ tfal, u dawn jistgħu jieħdu xejra vjolenti. Għandhom jiġu evitati wkoll it-taxis. Oġġetti ta’ valur inkluż passaporti għandhom jinżammu f’safe tal-lukanda, jekk possibbli, u kopji tad-dokumenti ta’ identifikazzjoni għandhom jinżammu separati. Hemm ukoll theddida ta’ ħtif, u ħaddiema ta’ NGOs sfaw ukoll vittmi ta’ ħtif.

Minħabba dan, il-Ministeru jwissi kontra kull vjaġġar lejn il-provinċji ta’ Kasaï, Kasaï Central, Kasaï Oriental, Haut-Uele, Haut Lomami, Ituri, North Kivu, South Kivu, Maniema u Tanganyika, iż-żoni fil-Punent u fil-Lvant ta’ Kananga inkluż Tshikapa u Mwene-Ditu, u sa 50km mill-fruntiera tar-Repubblika Ċentru-Afrikana u s-Sudan t’Isfel. Barra minn dan, il-vjaġġaturi għandhom jevitaw kull vjaġġar, ħlief dak essenzjali, lejn il-bliet ta’ Goma u Bukavu u lejn id-distretti ta’ N’djili u Kimbanseke f’Kinshasa.

Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. Apparti mill-Ebola, tfaċċaw ukoll il-kolera u d-deni isfar, b’aktar minn 400 mewt irrapportat fl-2017. Il-vjaġġaturi għandhom jeżerċitaw prekawzjonijiet normali biex jevitaw esponiment għall-HIV u l-AIDS. Il-faċilitajiet mediċi huma limitati ħafna, u huwa rrakkomandat li jkollok provvista disponibbli tal-mediċini meħtieġa, peress illi l-provvisti x’aktarx li ma jkunux disponibbli. Il-vjaġġaturi għandu dejjem ikollhom magħhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni, u kopja tal-paġna bijometrika tal-passaport, u kit mediku komprensiv.

Il-kundizzjonijiet tat-toroq u l-istandards tas-sewqan huma ħżiena, u l-vjaġġaturi m’għandhomx isuqu tul toroq sekondarji. Barra minn dan, il-fruntieri mar-Rwanda, il-Burundi, u l-Angola jistgħu wkoll jingħalqu f'daqqa.

It-teħid ta’ ritratti f’postijiet pubbliċi, speċjalment tal-fruntieri u installazzjonijiet militari, jista’ jwassal għall-arrest. Barra minn dan, vjaġġaturi b’ilbies militari jistgħu jattiraw attenzjoni mhux mixtieqa.

Peress illi Malta m’għandhiex rappreżentazzjonijiet diplomatiċi jew konsulari fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, f’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq id-dettalji li ġejjin:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio
Triq il-Merkanti
Valletta, Malta
Tel: (+356) 21242191
Indirizz elettroniku: consular.mftp@gov.mt

ir-Repubblika Dominicana 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

ir-Rumanija 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

ir-Russja 16/07/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

ir-Rwanda 11/06/2018

Oqgħod attent

B’mod ġenerali, il-Ministeru m’għandu ebda rimarka negattiva dwar l-ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż partikolari. Madankollu, minħabba n-nuqqas ta’ sigurtà li hemm f’xi pajjiżi ġirien, iċ-ċittadini Maltin huma mħeġġa li jeżerċitaw grad għoli ta’ kawtela fiż-żoni matul il-fruntiera mar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) u l-Burundi.

It-tensjoni mal-fruntiera tar-Rwanda u l-Burundi tibqa’ għolja, b’allegazzjonijiet miż-żewġ naħat ta’ attakki transkonfinali li għandhom fil-mira l-abitanti lokali. Għaldaqstant, is-sitwazzjoni tas-sigurtà tista’ tmur għall-agħar f’daqqa waħda. Fl-RDK, is-sitwazzjoni hija b’mod simili ftit instabbli, b’mod partikolari fil-Lvant fejn hemm bosta gruppi attivi ta’ ribelli armati. Fil-passat kien hemm inkursjonijiet fir-Rwanda minn dawn il-gruppi, u dawn irriżultaw fi ġlied bl-armi. Fil-fatt, il-qsim tal-fruntiera bejn ir-Rwanda u l-RDK f’Gisenyi/Goma u Cyangugu/Bukavu bħalissa huma miftuħin bejn is-06:00 u 18:00. Madankollu, iż-żewġ fruntieri huma probabbli li jingħalqu f’daqqa u m’għandekx tiddependi fuqhom bħala punt ta’ ħruġ mill-RDK.

Għalkemm ma hemm ebda storja riċenti ta’ terroriżmu fir-Rwanda, ma jistgħux jiġu esklużi attakki; għaldaqstant il-vjaġġaturi għandhom dejjem ikunu viġilanti.

Fir-rigward ta’ livelli ta’ kriminalità, b’mod ġenerali dawn huma pjuttost baxxi mal-pajjiż kollu iżda kien hemm rapporti ta’ aktar istanzi ta’ serq, serq żgħir u serq b’vjolenza f’Kigali f’xhur riċenti. Il-vjaġġaturi għandhom jiżguraw li joqogħdu attenti għall-madwar tagħhom u jieħdu prekawzjonijiet tas-sikurezza neċessarji speċjalment f’żoni ffullati.

Minħabba li hemm riskju għoli ta’ malarja u l-okkorrenza frekwenti ta’ każijiet ta’ deni isfar, nirrakkomandaw li dawk kollha li qegħdin fil-pajjiż, jew li ser jivvjaġġaw lejn il-pajjiż għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji tas-saħħa u jadottaw miżuri metikolużi biex jipprevjenu gdim min-nemus. Iċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn il-pajjiż għandhom iżuru lill-professjonista tas-saħħa tagħhom tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel il-vjaġġ tagħhom biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn jieħdu xi tilqim, ċertifikazzjonijiet jew miżuri preventivi oħrajn. Barra minn hekk, għandhom jiżguraw ukoll li għandhom polza komprensiva tal-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar.

Peress illi Malta m’għandhiex rappreżentazzjoni diplomatika fir-Rwanda, f’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq id-dettalji li ġejjin:


Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio,
Triq il-Merkanti,
Valletta, Malta
Tel: (+356) 21242191
Indirizz elettroniku: consular.mftp@gov.mt  

Saint Kitts u Nevis 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

Saint Lucia 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

Samoa 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

San Marino 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

Sao Tome and Principe 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

is-Senegal 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

is-Serbja 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

is-Seychelles 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

Sierra Leone 04/06/2018

Eżerċita livell għoli ta' prudenza

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn Sierra Leone biex ikunu kawti.

Għalkemm il-biċċa l-kbira taż-żjajjar huma mingħajr problemi, il-vjaġġaturi għandhom joqogħdu attenti għal serq mill-bwiet u serq vjolenti. Prekawzjonijiet kontra l-kriminalità jinkludu li jiġu evitati folol u dimostrazzjonijiet pubbliċi, li jevitaw li jimxu waħedhom wara li jidlam, u li joqogħdu lura milli jġorru oġġetti ta’ valur. Il-vjaġġaturi huma avżati biex jużaw mill-inqas it-trasport pubbliku, it-taxis, il-poda-podas, u l-Ocadas, minħabba s-serq. Kien hemm inċidenti ta’ ċittadini Ewropej li sfaw misruqa waqt li kienu mhedda bi skieken, fiż-żoni ta’ Congo Cross, Wilkinson Road, Lumley Beach, u Aberdeen.

L-ivvjaġġar bit-triq jista’ jkun perikoluż minħabba nuqqas ta’ dawl fil-biċċa l-kbira tat-toroq u vetturi mingħajr dwal. Annimali fit-toroq u nies mexjin ukoll jikkawżaw inċidenti. Ir-regolamenti tas-sewqan mhumiex osservati. Huwa rrakkomandat li l-vjaġġaturi jużaw vetturi mantnuti sew, u li jevitaw li jivvjaġġaw bit-triq barra minn Freetown matul il-lejl. Idealment, l-ivvjaġġar barra minn Freetown għandu jsir f’konvojs.

Is-sitwazzjoni politika fil-pajjiż hija stabbli, iżda l-vjaġġaturi għandhom jevitaw ġemgħat politiċi u dimostrazzjonijiet. Ma jistgħux jiġu esklużi attakki terroristiċi, u dawn jistgħu jseħħu f’postijiet popolari mat-turisti. Gruppi terroristiċi għadhom jattakkaw kumplessi ħdejn xatt il-baħar, lukandi, kafetteriji u ristoranti li huma popolari ma’ barranin fir-reġjun aktar mifrux. F’dawn il-postijiet jista’ jkun hemm aktar sigurtà.

Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. Ir-rabies, il-Kolera, id-deni Lassa, mard trażmess mill-ilma, il-malarja, u mard tropikali ieħor huma komuni fil-pajjiż. Huwa importanti li jinxtorob jew jintuża biss ilma mgħolli jew ilma tal-flixkun, u jiġu evitati xarbiet bis-silġ. Barra minn hekk, għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji biex tiġi evitata espożizzjoni għall-HIV/AIDS. Il-vjaġġaturi għandu dejjem ikollhom magħhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni, u kopja tal-paġna bijometrika tal-passaport, u kit mediku komprensiv. Għandek tikkuntattja lill-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek minnufih jekk tiġi riferut għand faċilità medika għal trattament.

Iċ-ċittadini Maltin li jivvjaġġaw lejn Sierra Leone għandhom jinnotaw li l-passaporti għandhom ikunu validi għal perjodu minimu ta’ 6 xhur minn meta ssir l-applikazzjoni għall-viża.

It-telekomunikazzjoni mhix dejjem possibbli fil-pajjiż, u f’xi żoni m’hemmx reception għall-mowbajls. Barra minn hekk, ma hemm ebda sistema pubblika tat-telefown.

Dejjem għandu jinġarr dokument ta’ identifikazzjoni.

Atti omosesswali huma illegali fil-pajjiż.

Peress li l-pajjiż huwa bbażat fuq flus kontanti, karti tal-banek jew tal-kreditu huma aċċettati biss fi ftit lukandi fi Freetown. Hemm ftit ATMs fil-belt kapitali, u vjaġġaturi li jużahom għandhom ikunu viġilanti minħabba livelli għoljin ta’ frodi.

Peress illi Malta m’għandhiex rappreżentazzjoni diplomatika fi Sierra Leone, f’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq id-dettalji li ġejjin:

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio
Triq il-Merkanti, Valletta, Malta
Tel (+356) 21242191
Indirizz elettroniku: consular.mftp@gov.mt

Singapore 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

is-Sirja 29/03/2018

Evita kull safar

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ iwissi liċ-ċittadini Maltin kontra kull vjaġġar lejn is-Sirja minħabba s-sitwazzjoni tas-sigurtà li teżisti bħalissa, immarkata b’konflitt militari fuq skala sħiħa, inkluż attakki b’armi kimiċi, attakki bir-rokits u bombardamenti mill-ajru.

It-terroriżmu jibqa’ theddida serja fis-Sirja kollha, u gruppi terroristiċi differenti joperaw fil-pajjiż. Żoni tas-Sirja tal-Lvant huma kkontrollati mid-Daesh (li qabel kien magħruf bħala ISIL). Il-gruppi terroristiċi għandhom fil-mira postijiet differenti inklużi ajruporti, sistemi tat-trasport, sptarijiet, punti tal-qsim tal-fruntiera, skejjel, u postijiet ta’ qima.

Il-ħtif jibqa’ theddida fil-pajjiż kollu, u dawn jistgħu jkunu motivati mill-kriminalità u anke mit-terroriżmu. Iċ-ċittadini mill-Punent jibqgħu fil-mira, speċjalment dawk li jaħdmu għal NGOs u ġurnalisti. Bosta ttieħdu bħala ostaġġi, u xi wħud ġew maqtula wkoll.

Il-pajjiż ġie ferm affettwat bil-ġlied, u bħalissa qegħdin jiġu sospiżi t-titjiriet, jingħalqu ċerti punti tal-qsim tal-fruntiera u toroq, hemm skarsezza tal-ikel u nuqqas ta’ ilma, servizzi tas-saħħa, sanità, u fjuwil. Żdiedu wkoll il-kriminalità u s-serq fil-biċċa l-kbira taż-żoni. L-aċċess għat-territorju Sirjan huwa suġġett għal kundizzjonijiet stretti, u individwi li jidħlu fis-Sirja b’mod illegali jiġu kkastigati b’sentenza ta’ priġunerija ta’ 5 sa 10 snin u/jew multa ta’ 5 sa 10 miljun liri Sirjani. Is-sanzjonijiet kontra s-Syrian Arab Airlines daħlu fis-seħħ fl-2012 u ċ-ċittadini tal-UE li jixtru biljetti tal-ajru ma’ din il-linja tal-ajru jkunu qed jikkommettu reat kriminali. Huwa permess biss ix-xiri tal-biljetti tal-ajru għall-evakwazzjoni mis-Sirja.

Hemm ċaqliq kbir ta’ rifuġjati lejn il-pajjiżi tal-viċinat bħal-Libanu, il-Ġordan, u t-Turkija. Barra minn hekk, ma jistgħux jiġu esklużi t-tensjonijiet fil-provinċja tal-Grigal, li għandha popolazzjoni predominanti Kurda, u l-fruntiera bejn is-Sirja u l-Iraq. Xi wħud mill-fruntieri huma magħluqa għat-traffiku tal-passiġġieri jew jistgħu jingħalqu fi żmien qasir mingħajr avviż, u għaldaqstant ikun impossibbli biex wieħed jitlaq mis-Sirja.

Bħala konsegwenza tal-instabbiltà politika u tas-sigurtà li għaddejja bħalissa fis-Sirja, mhuwiex possibbli li tingħata għajnuna konsulari fil-pajjiż. Minkejja dan il-parir, dawn li jagħżlu li jivvjaġġaw lejn is-Sirja għandu jkollhom fis-seħħ miżuri tas-sigurtà personali effettivi u għandhom jillimitaw il-movimenti tagħhom fil-pajjiż għal dak li huwa strettament neċessarju u jitilqu mill-pajjiż mal-ewwel opportunità.

Peress illi Malta m’għandhiex rappreżentazzjoni diplomatika fis-Sirja, f’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq id-dettalji li ġejjin:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio
Triq il-Merkanti, Valletta, Malta
Tel: (+356) 21242191
Indirizz elettroniku: consular.mftp@gov.mt

is-Slovakkja 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

is-Slovenja 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

is-Somalja 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

Spanja 15/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

is-Sri Lanka 30/05/2018

Eżerċita livell għoli ta' prudenza

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin biex ikunu kawti meta jivvjaġġaw lejn is-Sri Lanka. Għad hemm livell għoli ta’ sigurtà f’xi partijiet tal-pajjiż, għalkemm l-istat ta’ emerġenza tneħħa fl-2011. Ma jistgħux jiġu esklużi attakki terroristiċi, u dawn jistgħu jseħħu f’postijiet popolari mat-turisti. Il-vjaġġaturi għandhom ikunu viġilanti l-ħin kollu u għandhom jevitaw żoni militari u ta’ sigurtà għolja. F’ċerti żoni (b’mod partikolari, fit-Tramuntana, fil-Lvant, fil-Jaffna Peninsula, Kilinochchi, Mullaittivu, Mannar, u Vavuniya), għaddejjin operazzjonijiet għat-tneħħija ta’ mini u ta’ armi. Il-militar huwa wkoll preżenti f’xi wħud minn dawn il-lokalitajiet.  

Il-militar u l-forzi tal-pulizija huma preżenti f’bosta postijiet u sikwit jitwettqu kontrolli tas-sigurtà. Iċ-ċittadini Maltin huma mħeġġa li jsegwu l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet lokali.

Iċ-ċittadini Maltin għandhom jevitaw ġemgħat iffullati u dimostrazzjonijiet, li jistgħu jeskalaw malajr. Għandhom jiġu evitati installazzjonijiet militari, u l-vjaġġaturi għandhom dejjem iġorru magħhom xi forma ta’ identifikazzjoni.

Għalkemm il-biċċa l-kbira taż-żjajjar huma mingħajr problemi, il-vjaġġaturi jridu joqogħdu attenti għal frodi tal-karta tal-kreditu, prezzijiet għaljin ħafna għat-turisti, u serq minn lukandi, li kollha kemm huma qed isiru aktar komuni. Is-serq fuq it-trasport bil-ferrovija huwa komuni wkoll. Kien hemm aktar rapporti ta’ reati sesswali, inkluż fuq minorenni, u anke f’żoni turistiċi. Nisa mill-Punent ikomplu jirrappurtaw fastidju verbali u fiżiku, u inċidenti bħal dawn jistgħu jseħħu kullimkien, inkluż f’postijiet iffullati. Minħabba rapporti ta’ spiking ta’ xorb, l-ikel u x-xorb qatt ma għandhom jitħallew waħedhom. Nisa li qed jivvjaġġaw waħedhom jew fi gruppi żgħar għandhom joqogħdu partikolarment attenti. Kien hemm ukoll rapporti ta’ serq minn lukandi u pensjonijiet, u għaldaqstant, huwa rrakkomandat li oġġetti ta’ valur inkluż passaporti jinżammu siguri. Gruppi organizzati u armati  kienu responsabbli għal ħtif immirat u vjolenza.

Il-kundizzjonijiet tat-toroq u l-istandards tas-sewqan huma ħżiena ħafna, filwaqt li r-regolamenti tas-sewqan ma jiġux osservati. Il-karozzi tal-linja mhumiex mantnuti sew, u għalkemm it-tuk-tuks huma disponibbli, xorta għandek toqgħod attent. Fil-każ ta’ vjaġġar bil-baħar, il-vjaġġaturi għandhom jevitaw il-kosta u l-baħar territorjali ta’ maġenbha tad-distretti amministrattivi ta’ Trincomalee, Mullaittivu, Jaffna, Kilinochchi, u Mannar, li ġew iddikjarati bħala żoni ristretti. Għalkemm dan l-aħħar ma kienx hemm attakki ta’ piraterija, it-theddida fil-Golf ta’ Aden u fl-Oċean Indjan tibqa’ kritika.

Il-vjaġġaturi għandhom ikunu jafu li kwalunkwe imġiba li tista’ tiġi interpretata bħala nuqqas ta’ rispett reliġjuż tista’ twassal għal prosekuzzjoni. Turisti ġew akkużati għal trattament ħażin ta’ artifatti u immaġnijiet Buddisti, u ċittadini Ewropej ġew irrifjutati dħul fil-pajjiż jew ġew deportati talli kellhom tattoos viżibbli ta’ Buddha. Vjaġġaturi li jżuru tempju Buddista għandhom jilbsu modest. Barra dan, il-vjaġġaturi m’għandhomx jippożaw għal ritratti bilwieqfa quddiem statwa ta’ Buddha. Huwa pprojbit ukoll it-teħid ta’ ritratti ta’ bażijiet militari, binjiet tal-gvern u vetturi VIP.

Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. Il-faċilitajiet mediċi mhumiex dejjem ta’ standard tajjeb, u t-trattament ta’ emerġenza barra mill-bliet ewlenin mhux disponibbli faċilment. Il-vjaġġaturi għandu jkollhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni. F’każ ta’ emerġenza, iċ-ċittadini Maltin li qed jivvjaġġaw fil-pajjiż jistgħu jċemplu ambulanza fuq 011 2691111. Jekk jiġu riferuti għand faċilità medika, il-vjaġġaturi għandhom jikkuntattjaw immedjatament lill-kumpanija tal-assigurazzjoni.

Hija rrakkomandata attenzjoni speċjali għall-għawm f’baħar miftuħ. Il-kosti tas-Sri Lanka għandhom kurrenti qawwijin li jinbidlu u anke n-nies lokali jsibu diffikultà biex jagħrfuhom. Ix-xita tal-monsoon tista’ tikkawża għargħar qasir iżda sever fis-Sri Lanka. L-istaġun tal-monsoon iġib miegħu wkoll żieda fil-każijiet tad-deni dengue. Għaldaqstant, ikun prudenti li jittieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha minħabba mard trażmess min-nemus. Barra minn dan, ikun hemm ukoll iċ-ċikluni.

Relazzjonijiet bejn persuni tal-istess sess huma illegali, u għaldaqstant il-vjaġġaturi m’għandhomx juru affezzjoni fil-pubbliku.

Il-vjaġġaturi għandhom dejjem iġorru magħhom xi forma ta’ identifikazzjoni.

F’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin fil-pajjiż jistgħu jikkuntattjaw lill-Konslu Onorarju ta’ Malta fis-Sri Lanka fuq id-dettalji li ġejjin:

17, Aloe Avenue, Colombo 03 Is-Sri Lanka
Tel: 0094 11 2 575 511, 0094112575501
Indirizz elettroniku: maltaconsul.colombo@gov.mt

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi kkuntattjat ukoll fuq (+356) 21242191.

is-Sudan 08/03/2018

Evita kull safar f'ċerti nħawi

Iċ-ċittadini Maltin huma avżati biex jevitaw kull vjaġġar lejn Darfur, il-fruntiera tal-Istat tal-Baħar l-Aħmar mal-Eritrea, ir-reġjun ta’ Abyei, l-istati ta’ Kordofan tan-Nofsinhar u tan-Nil Blu, iż-żoni tal-istati ta’ Kordofan tat-Tramuntana u tan-Nil Bajda fin-Nofsinhar tat-triq ta’ Kosti-El Obeid-En Nahud. Kull vjaġġar għandu wkoll jiġi evitat fiż-żona tad-deżert fil-fruntiera mal-Libja.

Kull vjaġġar fiż-żoni fil-Punent tal-bliet ta’ En-Nahud fil-Kordofan tat-Tramuntana sal-fruntiera ta’ Darfur għandu jsir biss jekk meħtieġ. Fis-6 ta’ Novembru 2017 tħabbar stat ta’ emerġenza f’Gezira wara x-xoljiment tal-assemblea leġiżlattiva tal-istat.

Sa minn Jannar 2018, f’bosta bliet saru għadd ta’ dimostrazzjonijiet pubbliċi biex jipprotestaw kontra ż-żidiet fil-prezzijiet ta’ oġġetti bażiċi. Iċ-ċittadini Maltin għandhom jevitaw dimostrazzjonijiet u t-tipi kollha ta’ ġemgħat u jżommu ruħhom infurmati dwar kif qed tiżviluppa s-sitwazzjoni permezz tal-midja lokali u internazzjonali. Għandhom jiġu segwiti l-istruzzjonijiet tas-sikurezza lokali l-ħin kollu. Jista’ jkun hemm attakki terroristiċi fis-Sudan, għalhekk il-vjaġġaturi għandhom jibqgħu viġilanti l-ħin kollu.

Iċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn is-Sudan għandhom jiċċekkjaw għal kull prekawzjoni tas-saħħa mal-fornitur mediku tagħhom. Hija rrakkomandata bil-qawwa polza tal-assigurazzjoni komprensiva li tkopri r-ripatrijazzjoni peress illi l-faċilitajiet mediċi fil-pajjiż huma foqra.

Peress illi Malta m’għandhiex rappreżentazzjoni diplomatika fis-Sudan, f’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin fis-Sudan jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq id-dettalji li ġejjin:

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio, Triq il-Merkanti,
Valletta, Malta
Nru tat-Tel. (+356) 21242191
Indirizz elettroniku: consular.mftp@gov.mt

is-Sudan t’Isfel 20/12/2017

Evita kull safar

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin kontra kull ivvjaġġar lejn is-Sudan t'Isfel.  Kwalunkwe ċittadin Malti fil-pajjiż għandu jitlaq meta jkun sikur li jagħmel dan.

Is-sitwazzjoni fil-belt kapitali, Juba, hija waħda ta' tensjoni. Il-kunflitti vjolenti jistgħu jiġru kullimkien f'kwalunkwe ħin bi ftit avviż jew xejn. Il-kriminalità qed tiżdied u l-barranin ġew attakkati jew mhedda. F'partijiet oħra tal-pajjiż għad hemm ġlied armat frekwenti bejn l-armata Sudaniża tan-Nofsinhar u l-ġellieda armati ta' gruppi etniċi differenti.

Il-linja ta' demarkazzjoni bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel tibqa' mhux ċara u r-ribelli mis-Sudan joperaw fiż-żona tal-fruntiera bejn iż-żewġ stati. Dan jista' jwassal għal ġlied armat fir-reġjun tal-fruntiera mas-Sudan. L-attakki minn persuni armati li qed jinvadu u minn kriminali jseħħu fiż-żoni tal-fruntiera mal-Uganda, mar-Repubblika Ċentru-Afrikana u mar-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Huwa rakkomandat li wieħed jevita installazzjonijiet militari, folol u dimostrazzjonijiet. Fil-każ ta' deterjorament serju tas-sitwazzjoni fil-pajjiż, ir-rotot lejn u mis-Sudan t'Isfel jistgħu jiġu mblokkati, l-ajruport ta' Juba jista' jingħalaq u t-titjiriet jiġu sospiżi fi żmien qasir.

Qabel jiġi kkunsidrat kwalunkwe vvjaġġar lejn is-Sudan t'Isfel il-vjaġġaturi għandhom jaqraw bir-reqqa dan il-parir dwar l-ivvjaġġar, u jżommu ruħhom aġġornati mal-aħħar sitwazzjoni tas-sigurtà. Iċ-ċittadini Maltin għandhom jiżguraw ukoll li jkollhom pjanijiet ta' kontinġenza komprensivi, inkluż l-istokk tal-provvisti essenzjali u dokumenti tal-ivvjaġġar u viżi aġġornati. Huwa rakkomandat bis-sħiħ li tintuża skorta ta' sigurtà għal kwalunkwe vvjaġġar fil-pajjiż.

Billi Malta m'għandhiex rappreżentanza diplomatika fis-Sudan t'Isfel, fil-każ ta' diffikultà, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq il-koordinati li ġejjin:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio,
Triq il-Merkanti
Valletta, Malta

Telefown: (+356) 21242191
Posta elettronika: consular.mftp@gov.mt

is-Suriname 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

it-Taġikistan 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

it-Tajlandja 09/07/2018

Evita kull safar f'ċerti nħawi jekk mhuwiex meħtieġ

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jwissi liċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn it-Tajlandja kontra kull vjaġġar ħlief dak essenzjali lejn il-provinċji mal-fruntiera ta’ bejn it-Tajlandja u l-Malażja.

Is-sitwazzjoni politika fil-pajjiż mhix prevedibbli, u kultant hija volatili. Il-vjaġġaturi kollha għandhom jevitaw ġemgħat u dimostrazzjonijiet politiċi. Wara l-kolp militari f’Mejju 2014, il-ħajja pubblika hija relattivament normali, iżda l-libertà tal-espressjoni u l-assemblea għadhom ristretti severament. Il-vjaġġaturi għandhom ikunu jafu li kwalunkwe kritika tal-kolp tista’ twassal għal prosekuzzjoni. Kemm persuni Tajlandiżi u kif ukoll barranin, inklużi ġurnalisti, u ħaddiema tad-drittijiet tal-bniedem, jiffaċċjaw akkużi kriminali. Il-vjaġġaturi b’mod ġenerali huma avżati biex isegwu b’attenzjoni l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet lokali u jsegwu mill-qrib l-iżviluppi fil-midja.

Huma probabbli li jkun hemm attakki terroristiċi fit-Tajlandja, u dawn jistgħu jseħħu kullimkien, inkluż f’postijiet iffrekwentati minn barranin. Fl-April u Mejju 2017, kien hemm splużjonijiet fil-belt ta’ Bangkok, u fl-2016 attakki ppjanati rnexxielhom jiġu mħarbta. Madankollu, sa mill-2004, attakki fil-provinċji ta’ Pattani, Yala, Narathiwat, u Songkhla kienu regolari, u l-barranin sfaw vittmi wkoll.  

Għalkemm il-biċċa l-kbira taż-żjajjar huma mingħajr problemi, il-vjaġġaturi jridu joqogħdu attenti għal serq mill-bwiet u ħtif ta’ basktijiet. Ġew maħtufa wkoll oġġetti minn fuq is-sistemi tat-trasport (inkluż trasport miftuħ, bħat-tuk tuks), anke fl-ivvjaġġar billejl. Il-vjaġġaturi għandhom jiżguraw li oġġetti ta’ valur (inkluż passaporti) jinżammu mistura u f’post sigur. Il-passaporti qatt ma għandhom jingħataw bħala garanzija għall-kiri, peress li kien hemm rapporti ta’ sidien li jżommu l-passaporti kontra klejms ta’ ħsarat.

Ġew irrappurtati attakki mhux ipprovokati u attakki sesswali vjolenti f’destinazzjonijiet turistiċi bħal Koh Samui u Krabi. Kien hemm ukoll spiking fix-xorb f’dawn id-destinazzjonijiet u l-vjaġġaturi huma mwissija biex qatt ma jħallu l-ikel u x-xorb tagħhom waħdu, speċjalment f’Koh Samui, Pattaya, u Koh Phangan.

Ġew irrappurtati wkoll inċidenti ta’ frodi bil-karti tal-kreditu u skimming fl-ATMs. Il-vjaġġaturi huma wkoll mwissija biex joqogħdu attenti fil-linji ta’ demarkazzjoni bejn il-ħwienet u l-gabbani, billi l-vjaġġaturi jistgħu jkunu suspettati b’serq.

Is-sewqan fit-toroq mhux sigur fit-Tajlandja, u l-pajjiż jara għadd għoli ta’ inċidenti, minħabba l-istandards ħżiena tal-karozzi u tas-sewqan. Ċittadini Maltin kienu wkoll vittmi ta’ dan. L-ivvjaġġar bil-baħar huwa wkoll perikoluż, minħabba li d-dgħajjes mhumiex mantnuti tajjeb u anke jitgħabbew iżżejjed. Iċ-ċittadini Maltin għandhom jinnutaw ukoll li għandhom iħallu mill-inqas 3 sigħat biex jaslu l-ajruport minħabba xogħol fit-toroq fir-rotta miċ-ċentru ta’ Bangkok lejn l-ajruport ta’ Mueang, li huwa stmat li sa jdum sa Settembru 2018.

Huwa rrakkomandat li tkunu ferm viġilanti fiż-żoni tal-fruntiera. Fil-fruntiera bejn it-Tajlandja u Burma/Myanmar kultant kien hemm ġlied bejn il-forzi tas-sigurtà Tajlandiżi, gruppi kriminali armati, u traffikanti tad-droga. Fil-fruntiera bejn it-Tajlandja u l-Kambodja, il-vjaġġaturi jridu joqogħdu attenti mir-riskju ta’ landmines mhux sploduti.

Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. L-isptarijiet pubbliċi mhux dejjem ikunu tal-istandard mixtieq. Il-vjaġġaturi għandu jkollhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni. Hemm id-deni dengue fil-pajjiż, u hemm ukoll riskju ta’ trażmissjoni tal-virus Zika. Għaldaqstant, il-vjaġġaturi għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji biex jevitaw il-gdim min-nemus. F’każ ta’ emerġenza, iċ-ċittadini Maltin li jivvjaġġaw lejn il-pajjiż jistgħu jċemplu ambulanza fuq 1669. Jekk jiġu riferuti għand faċilità medika, il-vjaġġaturi għandhom jikkuntattjaw immedjatament lill-kumpanija tal-assigurazzjoni. Il-vjaġġaturi għandhom jinnutaw ukoll li xi mediċini bir-riċetta tat-tabib u oħrajn li jinxtraw mill-ispiżerija jistgħu jkunu sustanzi kkontrollati fit-Tajlandja.

Il-passaporti għandhom ikunu validi għall-perjodu minimu ta’ 6 xhur mid-data ta’ dħul fit-Tajlandja. Dħul fit-Tajlandja jista’ jiġi rrifjutat jekk il-passaport tiegħek mhux qed jaħdem sew jew għandu xi paġni nieqsa.  

Vaporizzaturi u sigaretti elettroniċi ma jistgħux jiddaħħlu fit-Tajlandja, u l-vjaġġaturi li jinqabdu b’dawn l-oġġetti jistgħu jiffaċċjaw il-prosekuzzjoni.

It-Tajlandja ġeneralment hija post tolleranti għal vjaġġaturi LGBT.

Ta’ min jinnota wkoll li f’Jannar 2018, ġiet introdotta projbizzjoni fuq tipjip fi xtut il-baħar f’ċerti żoni turistiċi inkluż f’Koh Samui, Pattaya u fil-provinċji ta’ Phuket, Prachuap Khiri Khan, Chon Buri u Songkhla. Il-vjaġġaturi huma avżati li l-pieni għall-pussess, it-tqassim jew il-manifattura tad-drogi huma ħorox ħafna u jistgħu jinkludu l-piena tal-mewt.

F’każ ta’ diffikultà fil-pajjiż, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Konslu Onorarju ta’ Malta fit-Tajlandja fuq id-dettalji li ġejjin:

Il-Konslu Onorarju tar-Repubblika ta’ Malta,
76 Ekamai, 4 Sukhumvit Road, Wattana, Bangkok 10110, It-Tajlandja
Telefown tal-Uffiċċju: 0066 2 235-8990
Fax: 0066 2 635-3993
Mowbajl: 0066 8 1616-7777
Indirizz elettroniku: maltaconsul.bangkok@gov.mt

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi kkuntattjat ukoll fuq (+356) 21242191.

it-Tanzanija 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

Timor Leste 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

it-Togo 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

Tonga 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

Trinidad u Tobago 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

it-Tuneżija 11/07/2018

Eżerċita livell għoli ta' prudenza

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn it-Tuneżija biex ikunu kawti, wara l-inċident tat-8 ta’ Lulju 2018 fejn militanti attakkaw il-forzi tas-sigurtà f’Ain Sultan u qatlu sitt membri tal-Gwardja Nazzjonali tat-Tuneżija. Wara l-attakki terroristiċi f’żoni turistiċi popolari fl-2015, l-awtoritajiet tat-Tuneżija adottaw miżuri ġodda kontra t-terroriżmu fil-belt kapitali u fil-kumplament tal-pajjiż. Il-forzi tas-sigurtà issa jgħassu l-bliet ewlenin u l-kumplessi turistiċi, u miżuri tas-sigurtà ġew imsaħħa fil-portijiet, l-ajruporti, u toroq prinċipali. L-istat ta’ emerġenza li tħabbar fl-2015 ġie estiż ripetutament, u l-aktar riċentement fit-12 ta’ Marzu 2018 b’7 xhur.

Sa mill-1 ta’ Jannar 2018, qamu protesti varji f’żoni urbani madwar it-Tuneżija kollha, inkluż fil-belt kapitali ta’ Tuneż. Il-protesti jistgħu jaffettwaw servizzi ewlenin u jisfrattaw it-traffiku. Jistgħu wkoll jieħdu xejra vjolenti.

Minħabba dan, sa ma jingħata avviż ieħor, iċ-ċittadini Maltin li jgħixu jew li jżuru Tuneż huma avżati biex jevitaw il-protesti. Iċ-ċittadini Maltin għandhom isegwu l-istruzzjonijiet maħruġa mill-forzi tas-sigurtà tat-Tuneżija, inkluż istruzzjonijiet biex joqogħdu fil-post ta’ residenza tagħhom f’ċerti żoni.

Barra dan, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin kontra kull vjaġġar lejn iż-żoni u r-reġjuni li ġejjin:

• Chaambi Mountains National Park u ż-żoni speċifiċi tal-operazzjonijiet militari ta’ Mount Salloum, Mount Sammamma u Mount Mghila;
• iż-żona militarizzata fin-Nofsinhar tal-bliet ta’ El Borma u Dhehiba;
• sa 20km mill-kumplament taż-żona tal-fruntiera tal-Libja fit-Tramuntana ta’ Dhehiba;
• il-belt ta’ Ben Guerdane u ż-żona immedjata tal-madwar.

Barra minn dan, huwa rrakkomandat li jiġi evitat kull vjaġġar, ħlief dak essenzjali, lejn:

• iż-żoni l-oħrajn kollha sa 75km mill-fruntiera mal-Libja, inkluż Remada,  El Borma, u l-belt ta’ Zarzis
• il-provinċja ta’ Kesserine, inkluż il-belt ta’ Sbeitla
• Sa 10km ‘il bogħod mill-fruntiera mal-Alġerija, fin-Nofsinhar tal-provinċja ta’ Kasserine, u sa 30km mill-fruntiera fil-provinċji ta’ El Kef u Jendouba, inkluż is-sit arkeoloġiku ta’ Chemtou u r-reġjun Biq, fil-Punent ta’ Ghardimaou
Il-Ministeru javża wkoll biex jittieħdu l-miżuri tas-sigurtà neċessarji kollha meta jivvjaġġaw lejn il-kumplament tat-Tuneżija. Hemm żieda fil-preżenza tas-sigurtà Tuneżina mal-fruntieri mal-Libja u l-Alġerija minħabba l-attività terroristika fil-punti tal-qsim tal-fruntieri u ġlied fil-Libja. Il-punti tal-qsim tal-fruntieri kultant jingħalqu temporanjament mingħajr avviż. Seħħew ukoll xi inċidenti vjolenti. Hija rrakkomandata viġilanza kostanti.

F’termini ta’ kriminalità, hemm serq vjolenti, serq mill-bwiet, ħtif ta’ basktijiet, u serq żgħir. F'dan ir-rigward, huwa importanti li l-oġġetti ta’ valur (inkluż il-passaporti) jinżammu mistura. Għalkemm rari, iseħħu attakki personali u fastidju. Il-ħtif huwa ta’ theddida fil-pajjiż, u r-riskju jiżdied fiż-żoni tal-fruntieri u f’żoni remoti. Il-miri potenzjali jinkludu ħaddiema umanitarji, ġurnalisti, u negozjanti.

Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. F’każ ta’ emerġenza, iċ-ċittadini Maltin li jivvjaġġaw lejn it-Tuneżija jistgħu jċemplu ambulanza fuq 190. It-trattament tas-saħħa jista’ jkun għali ħafna; għaldaqstant, il-vjaġġaturi għandhom jiżguraw li jkollhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri trattament mediku barra mill-pajjiż u r-ripatrijazzjoni. Jekk jiġu riferuti għand faċilità medika, il-vjaġġaturi għandhom jikkuntattjaw immedjatament lill-kumpanija tal-assigurazzjoni. Jekk il-vjaġġaturi se jkollhom mediċini bir-riċetta tat-tabib, huwa importanti li tittieħed nota mit-tabib tagħhom, li tikkonferma li l-mediċina ġiet mogħtija għall-kundizzjoni.

Għal żjarat ta’ mhux aktar minn 3 xhur, il-passaporti għandhom ikunu validi għad-durata proposta taż-żjara. Il-vjaġġaturi huma wkoll mwissija bis-sħiħ biex dejjem iġorru magħhom il-passaport tagħhom u xi forma ta’ identifikazzjoni fotografika.

L-omosesswalità hija reat kriminali fil-pajjiż, u r-relazzjonijiet sesswali barra miż-żwieġ huma punibbli wkoll bil-liġi.

Għandu jiġi evitat li jittieħdu ritratti ta’ binjiet sensittivi bħal siti politiċi u militari.


F’każ ta’ diffikultà fil-pajjiż, l-Ambaxxata Maltija fit-Tuneżija tista’ tiġi kkuntattjata fuq id-dettalji li ġejjin:

L-Ambaxxata tar-Repubblika ta’ Malta
Imm. Carthage Centre, Rue du Lac de Constance
B.P. 71, 1053 Les Berges du Lac, Tunis, It-Tuneżija

Tel: +216 (71) 965 811, (71) 963 652
Tel (Konsulat): +216 (71) 965 215
Nru ta’ Emerġenza: +216 29565811
Indirizz elettroniku: maltaembassy.tunis@gov.mt

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jista’ jiġi kkuntattjat ukoll fuq (+356) 21242191.

it-Turkija 30/05/2018

Evita kull safar f'ċerti nħawi jekk mhuwiex meħtieġ

Wara l-attentat ta’ kolp ta’ stat f’Lulju 2016, is-sitwazzjoni fit-Turkija kkalmat. Madankollu, għad hemm fis-seħħ stat ta’ emerġenza minħabba l-ambjent tas-sigurtà potenzjalment volatili. Kultant ikun hemm dimostrazzjonijiet mat-Turkija kollha, u dawn għandhom jiġu evitati, billi xi wħud ħadu xejra vjolenti u anke ntuża l-gass tad-dmugħ biex jitrażżnu.

Sa mill-2015, żdiedet l-attività terroristika fix-Xlokk tat-Turkija, u kien hemm ukoll attakki f’Ankara u Istanbul. Gruppi terroristiċi (inkluż id-Daesh) heddew li jattakkaw siti turistiċi, u l-grupp għandu wkoll fil-mira l-punti tal-qsim tal-fruntieri u postijiet qrib il-fruntiera Sirjana. Għalkemm l-awtoritajiet Torok irnexxielhom jisfrattaw attakki ppjanati fil-passat u żiedu s-sigurtà, il-vjaġġaturi għandhom ikunu viġilanti ħafna, speċjalment f’postijiet b’ħafna traffiku, fuq is-sistemi tat-trasport, u f’żoni turistiċi. Il-vjaġġaturi għandhom joqogħdu attenti wkoll waqt okkażjonijiet reliġjużi peress li l-gruppi terroristiċi kultant jagħmlu sejħa għal attakki f’dawn il-ħinijiet.

Minħabba dan, il-Ministeru jwissi kontra kull vjaġġar sa 10km ‘il bogħod mill-fruntiera mas-Sirja u mill-belt ta’ Diyarbakir, minħabba operazzjonijiet tas-sigurtà kontra gruppi terroristiċi. Kull vjaġġar lejn il-provinċji ta’ Sirnak, Mardin, Sanliurfa, Gaziantep, Diyarbakir, Kilis, Hatay, Siirt, Tunceli, Adiyaman, Elazig, Erzincan, Mardin, Mus, Agri, Van, Sirnak, u Hakkari, għandu jsir għal skopijiet essenzjali, minħabba operazzjonijiet simili li jistgħu jikkawżaw ħsarat kollaterali. Barra dan, il-vjaġġaturi għandhom jinnutaw li l-fruntiera mal-Armenja hija magħluqa.

Il-ħtif huwa wkoll ta’ theddida qrib il-fruntiera Sirjana, u dan jintuża b’rutina bħala tattika mill-gruppi terroristiċi. Ħaddiema umanitarji u ġurnalisti huma meqjusa bħala miri potenzjali.

Għalkemm il-biċċa l-kbira taż-żjajjar huma mingħajr problemi, il-vjaġġaturi jridu joqogħdu attenti għal serq fit-toroq u serq mill-bwiet, li huma speċjalment komuni fiż-żoni turistiċi ta’ Istanbul. Huwa rrakkomandat li l-vjaġġaturi jixorbu biss ix-xarbiet tagħhom stess u joqogħdu attenti minn spiking ta’ xorb/ikel. Oġġetti ta’ valur (inkluż passaporti) għandhom jinżammu f’post sigur. Passaporti nsterqu minn vilel mikrijin, allavolja inżammu f’safe. Seħħew ukoll inċidenti ta’ stupru, u minorenni wkoll ġarrbu wkoll attakki sesswali. Il-vjaġġaturi għandhom jużaw biss taxis irreġistrati, u għandek tieħu nota tan-numru tar-reġistrazzjoni qabel tuża s-servizz. Il-kundizzjonijiet tat-toroq jvarjaw skont il-lokalità, u l-istandards tas-sewqan ivarjaw. Iċ-ċittadini Maltin fil-pajjiż għandhom joqogħdu attenti fl-ambjent ta’ madwarhom, u għandhom jibqgħu viġilanti f’postijiet iffullati li huma popolari mat-turisti.

Il-vjaġġaturi għandhom iġorru l-passaport tagħhom il-ħin kollu, peress li huwa illegali li ma ġġorrx dokument ta’ identifikazzjoni fit-Turkija. F’xi żoni, inkluż Istanbul, l-awtoritajiet Torok qed iwettqu kontrolli tal-ID, u hemm aktar punti ta’ kontroll tal-pulizija fuq it-toroq ewlenin.

Stqarrijiet politiċi magħmula fil-pubbliku kontra l-istat Tork, simpatija ma’ organizzazzjonijiet li huma kklassifikati bħala terroristiċi mit-Turkija, kif ukoll l-insultar jew id-denigrazzjoni ta’ istituzzjonijiet tal-istat u personaġġi ta’ livell għoli huma pprojbiti u jwasslu għal pieni jew priġunerija. Stqarrijiet li jikkritikaw il-gvern fuq l-Internet u l-midja soċjali jistgħu jiġu inklużi wkoll f’dan ir-reat.

Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. L-użu jew il-pussess ta’ xi mediċini komuni bir-riċetta tat-tabib u anke oħrajn li jinxtraw mill-ispiżerija huwa kkontrollat. Għaldaqstant, huwa importanti li jkollok ċertifikat mediku li jikkonferma r-raġuni għaliex il-mediċina qed tintuża. Il-vjaġġaturi għandu jkollhom assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar u tas-saħħa li tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni. F’każ ta’ emerġenza, iċ-ċittadini Maltin li jivvjaġġaw lejn il-pajjiż jistgħu jċemplu ambulanza fuq 112. Jekk jiġu riferuti għand faċilità medika, il-vjaġġaturi għandhom jikkuntattjaw immedjatament lill-kumpanija tal-assigurazzjoni.

Għalkemm l-omosesswalità hija legali fit-Turkija, ħafna partijiet tal-pajjiż jibqgħu konservattivi. Għaldaqstant, wirjiet pubbliċi ta’ affezzjoni għandhom jiġi evitati sabiex tiġi evitata attenzjoni mhux mixtieqa.

Huwa pprojbit li jittieħdu ritratti ta’ installazzjonijiet militari jew uffiċjali, u jrid jinkiseb kunsens qabel ma jittieħdu ritratti ta’ persuni.

Meta jżuru postijiet reliġjużi, il-vjaġġaturi għandhom jilbsu modestament sabiex ma jkunux ta’ offiża.  

F’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Ambaxxata tar-Repubblika ta’ Malta f’Ankara fuq id-dettalji li ġejjin:

L-Ambaxxata tar-Repubblika ta’ Malta
4th Floor
Ugur Mumcu Caddesi 88
Kat4 – 06700 Gaziosmanpasa Akara
Ankara, It-Turkija
Tel: 0090 (0)5050375829

it-Turkmenistan 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

Tuvalu 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

l-Uganda 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

l-Ukrajna 16/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

l-Ungerija 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

l-Urugwaj 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

l-Użbekistan 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

Vanuatu 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

Venezuela 30/05/2018

Evita kull safar jekk mhuwiex meħtieġ

Minħabba l-fatt li l-Venezwela għadha milquta minn kriżi ekonomika, politika u soċjali, għandu jiġi evitat kull vjaġġar mhux meħtieġ lejn il-pajjiż.  Il-pajjiż għadu għaddej minn livelli għoljin ta’ kriminalità u rati estremament għoljin ta’ omiċidji, inkwiet kontinwu politiku u soċjali, nuqqasijiet ta’ ikel u mediċini bażiċi, u nuqqas ta’ provvisti tad-dawl u tal-ilma. Is-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-pajjiż hija prekarja u mhix prevedibbli. Barra minn dan, is-sitwazzjoni tista’ tmur għall-agħar.

F’dan ir-rigward, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin kontra kull vjaġġar lejn:
 sa 80km mill-fruntiera Kolombjana fl-istati ta’ Zulia, Tachira, Barinas, Apure u Bolívar
 sa 80 km mill-fruntiera Kolombjana fl-istat ta’ Amazonas lejn in-Nofsinhar sa 100 km min-Nofsinhar ta’ Puerto Ayacucho
 sa 40 km mill-kumplament tal-fruntiera Kolombjana

It-traffikanti tad-drogi u gruppi armati illegali joperaw f'dawn iż-żoni u hemm riskju għoli ta’ ħtif. Barra minn dan, f’xhur riċenti, kien hemm bosta tfaqqigħiet ewlenin ta’ vjolenza f’bosta bliet, inkluż Caracas, Barquisimeto, Valencia u Maracay, Ciudad Guayana, Maturín, Cumaná, la Gran Barcelona u Maracaibo.  Il-preżenza tal-infurzar tal-liġi f'dawn il-bliet tnaqqset b’mod sinifikanti u l-inċidenti ta’ kriminalità vjolenti qed jiżdiedu. Anke ż-żoni suburbani huma f’riskju, b’mod partikolari dawk fl-Istati ta’ Bolivar u Amazonas,  flimkien maż-żoni rurali tal-istati ċentrali tal-pajjiż (Carabobo, Aragua, Miranda, Guárico u Anzóategui) u r-reġjuni mal-fruntiera tal-Kolombja. Il-Ministeru jwissi kontra kull vjaġġar, ħlief dak essenzjali lejn il-kumplament tal-pajjiż.

Iċ-ċittadini Maltin għaldaqstant huma mħeġġa biex dejjem ikunu viġilanti u biex dejjem isegwi l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet lokali. Jingħata parir li l-vjaġġaturi jkunu kawti u diskreti, b’mod partikolari fi bliet kbar u fl-ajruporti ewlenin. Il-vjaġġaturi għandhom jevitaw ukoll dimostrazzjonijiet u t-tipi kollha ta’ ġemgħat u jżommu ruħhom infurmati dwar kif qed tiżviluppa s-sitwazzjoni permezz tal-midja. Jekk m’għandekx ħtieġa pressanti biex tibqa’ fil-pajjiż, għandek tikkunsidra sew li titlaq mill-pajjiż (b’mezzi kummerċjali), jekk tista’ tagħmel dan b’mod sigur.

Il-gvern tal-Venezwela ordna l-għeluq temporanju tal-fruntiera mal-Kolombja (miftuħ biss għat-traffiku bil-mixi biss). Il-vjaġġaturi għandhom jikkuntattjaw lill-operatur tat-tour tagħhom qabel ma jivvjaġġaw għal aktar informazzjoni.

Il-vjaġġaturi għandhom jinnutaw li Caracas hija moqdija biss bi ftit linji tal-ajru. Huwa possibbli li jkun hemm bidliet fuq terminu qasir fil-ħinijiet u r-rotot tat-titjiriet. Huwa rrakkomandat sew li l-vjaġġaturi jikkuntattjaw lil-linja tal-ajru tagħhom qabel it-tluq u li jikkonfermaw it-titjiriet ibbukkjati tagħhom.

Il-vjaġġaturi huma mħeġġa sew sabiex jiċċekkjaw il-protezzjoni tagħhom bit-tilqim qabel ma jivvjaġġaw minħabba żieda fil-każijiet tad-difterite. Żdiedu ħafna wkoll il-każijiet tal-malarja. Għalhekk il-vjaġġaturi għandhom jiżguraw li jkollhom protezzjoni xierqa minn mard trażmess min-nemus. Hija wkoll irrakkomandata bil-qawwa polza tal-assigurazzjoni globali tas-saħħa li tinkludi assigurazzjoni tal-ivvjaġġar affidabbli.

F’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin fil-Venezwela jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq id-dettalji li ġejjin:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio
Triq il-Merkanti, Valletta, Malta
Tel: (+356) 21242191
Indirizz elettroniku: consular.mftp@gov.mt

il-Vjetnam 09/05/2018

Ħu prekawzjonijiet normali

Il-Ministeru m'għandux kummenti partikolari x'jirraporta fuq ivvjaġġar lejn dan il-pajjiż.

iż-Żambja 31/05/2018

Eżerċita livell għoli ta' prudenza

Pariri dwar Vjaġġar

Iż-Żambja
31/05/2018


Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn iż-Żambja biex ikunu kawti.

Wara t-tensjoni politika fl-2017, il-kundizzjonijiet ġenerali tas-sigurtà fiż-Żambja fil-biċċa l-kbira baqgħu stabbli minn dak iż-żmien. Madankollu, xorta jista’ jkun hemm ġemgħat politiċi u dimostrazzjonijiet. Il-vjaġġaturi għandhom dejjem jevitaw ġemgħat bħal dawn. Jista’ jkun hemm ukoll dimostrazzjonijiet minn studenti, u dawn jistgħu jsiru vjolenti. Xi dimostrazzjonijiet jistgħu jsiru wkoll fid-distrett kummerċjali ċentrali, u l-vjaġġaturi ma għandhomx jippruvaw jaqsmu l-ostakli li jigu’ imwaqqfa mid- dimistrottanti. Ma jistgħux jiġu esklużi attakki terroristiċi, u dawn jistgħu jseħħu f’postijiet popolari mat-turisti.

Fil-biċċa l-kbira ż-żjajjar huma mingħajr problemi, u l-ivvjaġġar fil-bliet ewlenin ġeneralment huwa sigur matul il-ġurnata. Madankollu, il-ħtif ta’ basktijiet u s-serq mill-bwiet huma komuni, speċjalment fuq is-sistemi tat-trasport u f’xi żoni tan-negozju. Oġġetti ta’ valur (inkluż passaporti) għandhom jinżammu mistura l-ħin kollu u jitqiegħdu f’post sigur. Kien hemm ukoll każijiet fejn il-vjaġġaturi ġew segwiti wara li ġibdu flus mill-banek. Il-vjaġġaturi għandhom joqogħdu attenti għal kriminalità serja bħal mis-serq bl-armi, attakki sesswali, u ħtif ta’ vetturi. Huwa importanti li tingħata attenzjoni għal oġġetti li jitqiegħdu fit-triq bil-għan li jimblokkaw lin-nies milli jgħaddu. Il-bibien u t-twieqi tal-vetturi għandhom jissakkru waqt is-sewqan. F’każ ta’ emerġenza, il-vjaġġaturi jistgħu jċemplu lis-servizzi tal-emerġenza fuq 00260 211-253161 jew 00260 950180007.

Ħabtiet fatali fit-toroq huma frekwenti, minħabba standards tas-sewqan u kundizzjonijiet tat-toroq ħżiena. Barra dan, il-vjaġġaturi ma għandhomx isuqu barra mill-bliet ewlenin wara li jidlam. Fl-ivvjaġġar fuq distanza twila, it-trasport pubbliku wkoll jista’ jkun perikoluż minħabba standards baxxi tas-sewqan, nuqqas ta’ perjodi ta’ mistrieħ għax-xufiera, u l-kwalità ħażina tal-vetturi. Il-minibuses użati fiż-żoni urbani normalment huma ffullati żżejjed u mantnuti ħażin. Il-vjaġġaturi għandhom joqogħdu attenti meta jivvjaġġaw fil-partijiet rurali tal-Provinċji tal-Majjistral u dawk Ċentrali. Għandhom ikunu kawti wkoll fil-partijiet rurali tal-Provinċji ta’ Copperbelt, Luapula, tal-Majjistral, u Ċentrali qrib il-fruntiera mar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b’mod partikolari wara li jidlam. Barra minn hekk, żoni remoti qrib il-fruntieri mal-Angola, mal-Mozambique, u mar Repubblika Demokratika tal-Kongo jirrappreżentaw riskju minħabba materjal mhux splodut.

Il-vjaġġaturi għandhom iżuru professjonista tas-saħħa tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel ma jżuru l-pajjiż biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn xi tilqim, ċertifikazzjonijiet, u miżuri preventivi oħrajn. Sa mit-tfaqqigħa inizjali tal-kolera fl-2017, ġew irrappurtati aktar minn 2000 każ. Is-swieq lokali u ħwienet tal-ikel oħrajn jista’ jkollhom standards baxxi tal-iġjene, u l-ikel f’dawn il-postijiet huma suxxettibbli għall-kolera. Il-faċilitajiet mediċi huma ħżiena fil-pajjiż, u medikazzjoni bażika tista’ ma tkunx disponibbli. Barra minn dan, ċertu mediċini li normalment jinxtraw mill-ispiżerija jistgħu jkunu illegali fiż-Żambja. Mal-wasla tagħhom fil-pajjiż, il-vjaġġaturi jistgħu jiġu mitluba juru r-riċetti tat-tabib tagħhom biex jiċċekkjaw liema mediċina qed tiddaħħal fil-pajjiż. Minħabba dan, huwa rrakkomandat li tiċċekkja l-ingredjenti b’attenzjoni, u jekk għandek dubju, ikkuntattja lill-Awtorità Farmaċewtika tal-pajjiż.

Dejjem għandha tinġarr kopja tal-passaport u tal-permess ta’ immigrazzjoni.

Huwa rrakkomandat li l-vjaġġaturi dejjem iġorru kit tal-ewwel għajnuna u li jkollhom assigurazzjoni komprensiva tas-saħħa u tal-ivvjaġġar sabiex tkopri l-ispejjeż ta’ trattament mediku u r-ripatrijazzjoni. Barra minn dan, il-vjaġġaturi għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji biex jevitaw il-gdim min-nemus u l-espożizzjoni għall-HIV/AIDS.

Il-pussess jew l-użu ta’ narkotiċi huwa strettament ipprojbit fiż-Żambja.

L-omosesswalità hija illegali fil-pajjiż, u dawk li jinqabdu f'atti omosesswali jistgħu jiffaċċjaw sentenza severa ta’ priġunerija.

Huwa importanti li jiġu segwiti r-regolamenti lokali u l-pariri dwar l-annimali selvaġġi.

Il-vjaġġaturi għandhom jevitaw li jieħdu ritratti ta’ siti sensittivi, bħal fabbriki tal-isplussivi, pompi tal-petrol, power stations, binjiet tal-armata u tal-gvern, postijiet tal-minjieri u tal-estrazzjoni taż-żejt, u ajruporti.


F’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fuq id-dettalji li ġejjin:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio
Triq il-Merkanti, Valletta, Malta
Tel: (+356) 21242191
Indirizz elettroniku: consular.mftp@gov.mt

iż-Żimbabwe 27/03/2018

Eżerċita livell għoli ta' prudenza

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ javża liċ-ċittadini Maltin li ser jivvjaġġaw lejn iż-Żimbabwe biex ikunu viġilanti l-ħin kollu.

Għalkemm is-sitwazzjoni fil-pajjiż hija kalma, l-iżviluppi politiċi li għadhom għaddejjin jistgħu jirriżultaw f’aktar dimostrazzjonijiet, speċjalment f’żoni urbani. Il-vjaġġaturi Maltin fil-pajjiż għandhom jevitaw dimostrazzjonijiet u attivitajiet politiċi. L-awtoritajiet kultant użaw forza biex jissopprimu dawn tal-aħħar. Barra minn hekk, ma jistgħux jiġu esklużi attakki terroristiċi, avolja ma hemm ebda storja riċenti dwar attakki bħal dawn fiż-Żimbabwe. Il-vjaġġaturi jridu joqogħdu lura milli jieħdu ritratti ta’ uffiċċji tal-Gvern, ajruporti, stabbilimenti militari, residenzi uffiċjali, Ambaxxati, u postijiet sensittivi oħrajn, peress illi dan huwa meqjus illegali. Huwa wkoll ipprojbit li jittieħdu ritratti ta’ membri tal-pubbliku, persunal tal-forzi armati u ta’ dimostrazzjonijiet u protesti.

Fiċ-ċentri tal-belt ġew ukoll irrappurtati serq b’vjolenza u serqiet armati mmirati kontra residenti barranin, speċjalment wara li jidlam. Il-vjaġġaturi jridu jkunu kawti, jiżguraw li l-akkomodazzjoni u l-vetturi tagħhom huma siguri, u jevitaw li jsuqu barra mill-bliet ewlenin billejl. Huwa rrakkomandat li l-vjaġġaturi jkunu ferm viġilanti fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Harare, u meta joħorġu minn banek u ATMs.

Għandhom jiġu obduti dejjem is-sinjali tal-pulizija, u huwa meqjus offiża li tkompli ssuq meta jgħaddi l-motorcade tal-President, tkun xi tkun liema naħa tat-triq dan tal-aħħar ikun għaddej.   Hija wkoll meqjusa offiża li tagħmel kummenti kritiċi dwar il-President.

Hemm rapporti kontinwi ta’ tifojde f’għadd ta’ postijiet, li nfirxet minn Matapi sa żoni oħra bħal Mbare u Nenyere. Minn Ottubru 2017 sa Marzu 2018, ġie rrapportat numru totali ta’ 3,187 każ tat-tifojde.  Il-vjaġġaturi huma mwissija li jżuru lill-professjonista tas-saħħa tagħhom tal-anqas 4 sa 6 ġimgħat qabel il-vjaġġ tagħhom biex jiċċekkjaw jekk għandhomx bżonn jieħdu xi tilqim jew miżuri preventivi oħrajn u ċertifikazzjoni. Għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet normali biex jiġi evitat espożizzjoni għall-HIV. Il-kura tas-saħħa mhix affidabbli fil-pajjiż minħabba nuqqas ta’ persunal mediku mħarreġ fl-isptarijiet u anke mediċini. L-ispejjeż mediċi jistgħu jkunu għaljin, u huwa rrakkomandat li jkollok assigurazzjoni tas-saħħa u tal-ivvjaġġar xierqa sabiex tkopri l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trattament mediku u r-ripatrijazzjoni.

Wirjiet pubbliċi ta’ affezzjoni jistgħu jikkawżaw offiża, irrispettivament mill-ġeneru jew mis-sesswalità. Barra minn hekk, iż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess huwa pprojbit fil-pajjiż.

Huwa wkoll illegali li tilbes kwalunkwe forma ta’ lbies magħmul minn materjal camouflage.

Huwa rrakkomandat li dejjem ikollok fuqek kopja tal-passaport u kit mediku komprensiv il-ħin kollu.  Il-vjaġġaturi jridu jsegwu l-parir lokali dwar kwalunkwe post li jippjanaw li jżuru, u jsegwu żviluppi fil-midja lokali u internazzjonali.

Peress illi Malta m’għandhiex rappreżentazzjoni diplomatika fiż-Żimbabwe, f’każ ta’ diffikultà, iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru fuq id-dettalji li ġejjin:

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio,
Triq il-Merkanti,
Valletta, Malta
Tel: (+356) 21242191
Indirizz elettroniku: consular.mftp@gov.mt




Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbilta’ legali

Il-pariri dwar vjaġġar maħruġa mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ huwa servizz ta’ gwida għall-pubbliku. Dan huwa ntiż sabiex jgħin liċ-ċittadini Maltin jieħdu deċiżjonijiet infurmati qabel isiefru barra l-pajjiż. Pariri dwar vjaġġar huma mogħtija kif inhuma, mingħajr garanzija espliċita jew impliċita li l-pariri dwar vjaġġar fuq dan is-sit elettroniku jkunu disponibbli l-ħin kollu jew f’kull ħin, u li t-tagħrif mogħti huwa komplut jew aġġornat f’kull ħin. 

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ ma jiħux u ma jistax jieħu deċiżjonijiet għaċ-ċittadini Maltin dwar jekk, meta u kif għandhom jgħixu, jaħdmu, jew fejn jivvjaġġaw. Id-deċiżjoni biex tgħix, taħdem jew tivvjaġġa barra hija personali u għalhekk il-Ministeru mhu responsabbli għall-ebda deċiżjoni f’dan ir-rigward. Iċ-ċittadini Maltin huma responsabbli għas-sigurta’ tagħhom infushom, partikolarment kull fejn hemm sitwazzjoni ta’ sigurta’ inċerta. 


Kif iżżomm ruħek aġġornat bil-pariri dwar vjaġġar

Ċittadini Maltin jistgħu iżommu ruħhom aġġornati bil-pariri dwar vjaġġar billi jsegwu l-pariri dwar vjaġġar fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ.


Malta Travel Point

Bil-ħsieb li jkun eqreb lejn iċ-ċittadini Maltin, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ nieda applikazzjoni fuq il-mowbajl bl-isem Malta Travel Point. Din l-applikazzjoni, li tista’ titniżżel b’xejn mill-App store jew Google play għandha l-għan li tinforma ċittadini Maltin li jkunu msiefrin dwar x’għandhom jagħmlu f’każ li jsibu ruħhom f’diffikultà. Il-Malta Travel Point hija sors siewi ta’ informazzjoni sempliċi u diretta, u hija aċċessibbli kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Għaldaqstant, jekk xi ħadd isib ruħu f’diffikultà waqt li jkun imsiefer kull m’għandu jagħmel hu li jikkonsulta mat-tagħrif provdut u jagħmel kuntatt skont kif meħtieġ sew jekk għandu bżonn servizz ta’ emerġenza fi sptar jew aċċess għal għassa tal-pulizija fil-viċinanzi, kif ukoll jekk irid jagħmel kuntatt ma’ xi rappreżentanza Maltija barra minn xtutna. Bis-saħħa ta’ din l-applikazzjoni, individwi jistgħu jaċċessaw in-numri tat-telefown li jkollhom bżonn fil-ħin meta l-aktar jeħtieġuhom. Din l-applikazzjoni tagħmel parti mill-firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet tal-Gvern li jinsabu fil-Maltapps.
Indirizz
Ministeru għall-Affarijiet Barranin
u Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio
Triq Il-Merkanti
Valletta, VLT 1171
Malta
Telefon
2124 2191
Fax
2123 6604
Email