Direttorat għall-Protokol

Direttur Protokol

Ms. Kerstin Spiteri
Ministry for Foreign Affairs
Palazzo Parisio,
Valletta VLT 1171
Tel: (+356) 2204 2367
Fax: (+356) 21 240 083


PROTOKOL

Direttorat għall-Protokol

Id-Direttorat għall-Protokol huwa l-ewwel punt ta’ referenza fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ. Ir-relazzjonijiet pubbliċi għandhom rwol prominenti f’dan id-Direttorat. Dawn ivarjaw minn Uffiċjali tal-Protokol li jilqgħu Ambaxxaturi jew Kummissarji Għolja akkreditati ġodda u jarawhom jitilqu meta’ jispiċċaw it-terminu tagħhom, sa jwieġbu mistoqsijiet mill-pubbliku inġenerali.


Żjarat Statali u Uffiċjali

L-organizzazzjoni taż-żjarat statali jiġu l-ewwel u qabel kollox f’dan id-direttorat. Id-direttorat, flimkien mal-Uffiċċju tal-President kif ukoll ma’ l-Ufficcju tal-Prim Ministru, jikkoordina l-loġistika ta’ żjarat Statali u anki dawk Uffiċjali.

Min-naħa l-oħra, d-direttorat għandu rwol importanti fl-organizzazzjoni ta’ żjarat uffiċjali. Fosthom, jagħti pariri dwar il-proċeduri korretti taċ-ċerimonji, jassisti lil delegazzjonijiet li jkunu ġejjin Malta jew se jitilqu minn Malta fl-ajruport, jibbukkja transport għal dawn id-delegazzjonijiet, jippubblika programmi kulturali u uffiċjali, kif ukoll, jikkoordina miżuri ta’ sigurta’ b’kollaborazzjoni qawwija mal- Pulizija ta’ Malta.


Kredenzjali

Id-direttorat tal-Protokol huwa fdat bil-ħatra ta’ Ambaxxaturi jew Kummissarji Għolja ġodda u li jkunu akkreditati għal Malta. Din il-proċedura tinkludi l-‘agrément’ ta’ Ambaxxaturi jew Kummissarji Għolja proposti mill-Istat, saċ-ċerimonja formali tal-Preżentazzjoni tal-Kredenzjali organizzata mill-Uffiċċju tal-President. Bl-istess mod, id-direttorat jitlob għal-‘agrément’ ta’ Ambaxxaturi jew Kummissarji Għolja Maltin għal barra minn Malta u jassistihom biċ-Ċerimonja tal-Preżentazzjoni tal-Kredenzjali tal-Istat li fih ikunu residenti.
Id-direttorat jassisti lill-Ambaxxaturi u Kummissarji Għolja akkreditati ġodda, kif ukoll lill-membri tal-Korp Diplomatiku, billi jassigura li l-privileġġi u l-immunitajiet kollha mogħtija lilhom mill-Konvenzjoni ta’ Vienna dwar Relazzjonijiet Diplomatiċi (1961) qed jiġu amministrati b’mod korrett. Dawn is-servizzi jinkludu;  l-proviżjoni ta’ ‘registration plates’ diplomatiċi għal-karozzi f’ħidma mall-ADT, l-endorsement ta’ alkoħol, tabakk u effetti personali bla dazju, rimborż ta’ VAT, kif ukoll, il-prenotazzjoni  tal- ‘Ministerial Lounges’ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Id-direttorat huwa responsabbli wkoll mill-akkreditazzjoni ta’ Konsli Onorarji li jkunu jirrappreżentaw lil Malta f’pajjiżi barranin kif ukoll, Konsli Onorarji Barranin li jkunu jirrappreżentaw lil pajjiżhom f’Malta.


Permessi Diplomatici għall-bastimenti, ajruplani, żjajjar Militari kif ukoll l-użu ta’ Uniformi Militari

Rwol ieħor ta’ dan id-direttorat huwa l-ipproċessar ta’ talbiet mingħand il-missjonijiet; kemm dawk residenti u anki dawk li mhumiex; li jkunu qegħdin ifittxu permessi diplomatiċi għall-użu awtorizzat tat-territorju navali Malti kif ukoll l-ispazju tal-ajru Malti minn bastimenti u ajruplani rispettivament.
Dawn il-permessi diplomatiċi jinvolvu l-kooperazzjoni u l-ħidma tad-Direttorat, flimkien mad-Direttorat għall-Affarijiet tad-Difiża, d-Dipartiment tal-Avjazzjoni Civili, l-Forzi Armati ta’ Malta, kif ukoll l-Awtorita’ Marittima Maltija.

Indirizz
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio
Triq Il-Merkanti
Valletta, VLT 1171
Malta

Telefown
2124 2191

Fax
2123 6604

Imejl