Segretarju Permanenti

E.T. Sa. Fiona Formosa

Sa. Fiona Formosa ġiet appuntata Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fit-23 t' April 2014.

Is-sinjura Formosa bdiet il-karriera tagħha bħala Second Secretary fi ħdan is-Servizz Diplomatiku f'Settembru 1996. L-ewwel dmirijiet tagħha kienu fi ħdan id-Dipartiment għall-Affarijiet Multilaterali fejn ħadmet fuq oqsma socjali u umanitarji kif ukoll għadd ta' aġenziji tan-Nazzjonijiet Magħquda. Erba' snin wara marret fuq l-ewwel posting tagħha bħala First Secretary u għenet fit-twaqqif tal-Ambaxxata ġdida ta' Malta f'Ateni. Mal-wasla lura tagħha fil-Ministeru fl-2003, ħadmet fuq l-Organizzazzjoni tal-Commonwealth, assistenza teknika u kandidaturi internazzjonali, u wara sena mxiet għad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Bilaterali sabiex tmexxi s-sezzjoni dwar l-Asja u l- pajjiżi tal-Amerika ta' Fuq u t'Isfel.
 
Wara reorganizzazzjoni tal-Ministeru, s-Sa. Formosa bdiet taħdem fid-Direttorat għall-Affarijiet Globali fuq l-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem u affarijiet kulturali. Fl-2008 ġiet promossa bħala Counsellor u ġiet maħtura Konslu Generali ta' Malta f' Toronto sal-2011. Wara li rritornat lura fil-Ministeru bdiet taħdem fid-Direttorat għall-Affarijiet Ewropej and wara ġiet promossa għal grad ta' First Counsellor. Fl-2012 saret Assistant Direttur u wara, Direttur fid-Direttorat għall-Affarijiet Ġenerali Ewropej u Kooperazzjoni Ekonomika (li aktar tard sar magħruf bħala d-Direttorat għall-Izvilupp Internazzjonali, Affarijiet Ekonomiċi u Istituzzjonijiet Ewropej) sabiex tieħu ħsieb l-oqsma dwar żvilupp internazzjonali u affarijiet umanitarji, kummerċ u diplomazija kulturali, flimkien mar-relazzjonijiet ta' Malta ma’ istituzzjonijiet Ewropej li mhumiex parti mill-U.E., fost oqsma ohra.
 
F' Marzu 2014, Sa. Formosa ppreżentat il-kredenzjali tagħha bħala Ambaxxatur ta' Malta għat-Turkija; kariga li baqgħet iżżomm sa' Mejju 2017.
Indirizz
Ministeru għall-Affarijiet Barranin
u Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio
Triq Il-Merkanti
Valletta, VLT 1171
Malta
Telefon
2124 2191
Fax
2123 6604
Email