Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ qed iniedi Notifika D - Reġistrazzjoni Volontarja għaċ-Ċittadini Maltin li ser Isiefru jew Jgħixu Barra minn Malta. Dan huwa servizz ġdid li qed jiġi offrut lid-Dijaspora Maltija, permezz ta' din in-Notifikazzjoni Volontarja għaċ-Ċittadini Maltin li, għal diversi raġunijiet, jivvjaġġaw barra minn pajjiżhom għal perjodu ta' aktar minn xahar. Din in-Notifikazzjoni Volontarja se ssaħħaħ u tikkomplementa s-servizzi konsulari diġà offruti mill-Gvern Malti.
Il-Formola u l-Istruzzjonijiet huma disponibbli hawn taħt:
Reġistrazzjoni Volontarja għaċ-Ċittadini Maltin li ser Isiefru jew Jgħixu Barra minn Malta (Notifika D):