Direttorat għas-Servizzi Konsolari

Direttur għas-Servizzi Konsolari

Is-Sur John Buttigieg
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio,
Il-Belt Valletta VLT 1171
Tel: (+356) 2204 2333


Assistent Direttur għas-Servizzi Konsolari

Is-Sinjura Roberta Zahra
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio,
Il-Belt Valletta VLT 1171
Tel: (+356) 2204 2259


SERVIZZI KONSOLARI

Għajnuna konsolari ġenerali

Id-Direttorat għas-Servizzi Konsolari nistgħu insejħulu l-vetrina tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ (MFTP), għaliex jagħti servizzi dirett lill-pubbliku. Bl-għajnuna ma taqta’ xejn tal-uffiċjali diplomatiċi Maltin barra, id-Direttorat jipprovdi firxa wiesgħa ta’ għajnuna lil individwi Maltin, minn għajnuna għal assistenza medika, għajnuna lil vittmi ta’ kriminalita’ u telf jew serq ta’ dokumenti tas-safar, fost l-oħrajn. 
 
F’sitwazzjonijiet bħal dawn, id-Direttorat ikun il-punt ta’ kuntatt bejn l-individwu li jinsab barra u l-qraba tiegħu f’Malta, billi jiffaċilita tranżazzjonijiet finanzjarji fejn meħtieġ, u f’pajjiżi fejn Malta għandha rappreżentanza diplomatika, jiżgura li fejn hu possibbli uffiċjali diplomatiċi Maltin iżuru w jgħinu lill-persuna f’diffikulta’. Id-Direttorat jgħin ukoll fit-tfittxija għal ċittadini Maltin li jkunu rrappurtati nieqsa barra minn Malta, jew jagħti tagħrif lill-qraba li jsaqsu għal din l-informazzjoni. 


Arrest jew detenzjoni barra minn Malta

Kull meta ċittadin Malti jkun arrestat jew tingħatalu sentenza minn qorti barranija, l-MFTP ikun il-punt ta’ komunikazzjoni bejn l-individwu taħt arrest u l-qraba tiegħu f’Malta. Barra minnhekk, id-Direttorat jagħmel dak kollu possibbli fil-kompetenza tiegħu biex jiżgura li ċ-ċittadin miżmum jew ikkundanat b’sentenza ta’ ħabs mill-qorti jkollu aċċess għal rappreżentanza legali xierqa f’lingwa li jista’ jifhem. 


Emerġenza jew sitwazzjoni ta’ kriżi
 
Kull meta pajjiż jew reġjun ikun affetwat minn emerġenza jew sitwazzjoni ta’ kriżi, bħal diżastru naturali jew attakk terroristiku, id-Direttorat iservi bħala punt ta’ kuntatt bejn ċittadini Maltin li setgħu inqabdu fil-kriżi u l-qraba tagħhom f’Malta. F’każijiet bħal dawn, l-MFTP iniedi Ċentru ta’ Kriżi ad hoc, mgħammar b’linji telefoniċi ta’ emerġenza biex jindirizza d-domanda tal-pubbliku. Id-Direttorat iżomm komunikazzjoni regolari, permezz tal-Ambaxxati, Kummissjonijiet Għolja u Konsolati, mal-awtoritajiet lokali fejn tkun seħħet il-kriżi u ma’ stati membri tal-UE biex jiżgura li jkollu l-aħħar aħbarijiet uffiċjali dwar il-kriżi partikolari. 


Applikazzjonijiet għall-Viża u Pariri dwar is-Safar
 
Id-Direttorat jgħin liċ-ċittadini Maltin jiksbu viża tad-dħul għall-pajjiżi li jeħtieġuha. Id-Direttorat jagħti wkoll informazzjoni bażika lill-ċittadini Maltin dwar xi jkun meħtieġ biex japplikaw għal viża f’pajjiż partikolari.  Jingħata wkoll parir dwar safar safar f’pajjiżi partikolari fejn ikun hemm sitwazzjonijiet politiċi instabbli jew problemi oħra li jistgħu ikunu ta’xkiel għal persuna li tkun beħsiebha ssiefer fihom.  Dawn il-pariri jiġu aġġornati regolarment u wieħed jista’ jsibhom fuq is-sit eletroniku ta’ Ministeru.  


Adozzjonijiet
 
Dan id-Direttorat jgħin koppji Maltin li qed jippjanaw biex jadottaw tfal minn barra. Qabel tinħareġ viża għal dawn it-tfal biex ikunu jistgħu jidħlu Malta, l-MFTP jeżamina d-dokumenti kollha biex jiżgura li l-obligazzjonijiet kollha lokali u barranin huma osservati b’mod sħiħ. 


Legalizzazzjonijiet
 
Id-Direttorat għandu taqsima għal-legalizzazzjoni li toħroġ dawk li jgħidulhom Apostilles jew Legalizzazzjonijiet. Apostilles u legalizzazzjonijiet huma awtorizzazzjonijiet ċertifikati ta’ dokumenti pubbliċi jew kummerċjali li huma rikonoxxuti uffiċjalment kemm mill-pajjiż fejn jinħarġu kif ukoll mill-pajjiż fejn se jintużaw. 


Boroż ta’ Studju
 
Gvernijiet lokali u barranin joffru numru ta’ boroż ta’ studju għal ċittadini Maltin li jixtiequ jkomplu l-istudji tagħhom barra minn Malta. Wara li ssir notifika uffiċjali dwar il-borża ta’ studju offruta, id-Direttorat joħroġ ċirkulari uffiċċjali, iqassam u jirċievi applikazzjonijiet mill-partijiet interessati, u jikkoordina l-intervisti, fejn hu applikabbli. It-taqsima responsabbli mill-boroż ta’ studju fid-Direttorat toffri ukoll gwida prattika għall-kandidati magħżula. 


Ittri Rogatorji
 
Kull proċess legali li jinvolvi ġurisdizzjonijiet Maltin u barranin jeħtieġ l-assistenza tad-Direttorat għas-Servizzi Konsolari, li permezz tal-Ambaxxati u Konsolati barra minn Malta, iservi bħala punt ewlieni ta’ kuntatt mal-awtoritajiet legali tal-pajjiż ikkonċernat. 


Consul-on-the-Move

L-għan prinċipali tal-programm Consul-on-the Move (COTM) huwa li joffri numru ta’ servizzi konsolari li normalment jingħataw fl-Ambaxxati, Kummissjonijiet Għolja u Konsolati Ġenerali Maltin barra. Din l-inizjattiva bdiet fl-2016 wara li fl-2008 kien imniedi l-passaport bijometriku, fejn l-applikant irid imur personalment fl-Ambaxxata biex japplika bil-għan li titteħidlu l-informazzjoni bijometrika. Minbarra applikazzjonijiet tal-passaporti, is-servizzi mogħtija permezz tal-Programm COTM jinkludu applikazzjonijiet għal ċertifikati ta’ avvenimenti ewlenin tal-ħajja u għal ċittadinanza Maltija. Il-Programm jikkonforma mal-politika tal-gvern li jqarreb is-servizzi tiegħu lejn iċ-ċittadin. Bħalissa s-servizz huwa offrut f’ħames pajjiżi ewlenin fejn hemm numru kbir ta’ residenti Maltin, jiġifieri: il-Kanada, l-Istati Uniti, ir-Renju Unit, l-Awstralja u New Zealand. Id-Direttorat għas-Servizzi Konsolari jikkoordina ż-żjarat annwali flimkien mal-Kummissjonijiet Għolja u l-Ambaxxati fil-pajjiżi fejn jingħata dan is-servizz, kif ukoll jagħti pariri dwar ħwejjeġ oħra relatati mal-programm biex ikun żgurat li s-servizz mobbli offrut liċ-ċittadini Maltin li jgħixu barra jkun ta’ l-ogħla livell possibbli.
Indirizz
Ministeru għall-Affarijiet Barranin
u Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio
Triq Il-Merkanti
Valletta, VLT 1171
Malta
Telefon
2124 2191
Fax
2123 6604
Email