Direttorat għall-Affarijiet Politiċi, Affarijiet Ewropej u Maltin jgħixu barra

Direttorat għall-Affarijiet Politiċi, Affarijiet Ewropej, u Maltin jgħixu barra


Ms Maria Calleja

Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Palazzo Parisio,

Valletta - VLT 1171

Tel: (+356) 2204 2282 / (+356) 21 245 705

Fax: (+356) 21 240 210 

E-mail: maria.calleja@gov.mt



Direttorat Ġenerali
 
Id-Direttorat Ġenerali (DĠ) jiżgura li jiġu milħuqa l-għanijiet tal-politika barranija ta Malta dwar kwistjonijiet bilaterali u reġjonali. Dan iseħħ ukoll permezz ta' parteċipazzjoni attiva fil-Politika Esterna u ta' Sigurtà Komuni (CFSP) tal-Unjoni Ewropea. Ix-xogħol tad-DĠ jinkludi l-preparazzjoni tal-pożizzjonijiet u l-interventi fil-Kunsill tal-Affarijiet Barranin (FAC) u  fi istrutturi oħra tal-Kunsill, inklużi laqgħat ta’ Gruppi ta' Ħidma varji. Id-DĠ huwa maqsum fi tlett Direttorati: Direttorat tal-Affarijiet Ewropej; Direttorat tar-Relazzjonijiet Esterni u Mediterranji u d-Direttorat għall-Maltin li Jgħixu Barra.



Direttur għar-Relazzjonijiet Esterni u Mediterranji

 

Mr Claude Bonello 

Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Palazzo Parisio,

Valletta - VLT 1171

Tel: (+356) 2204 2286

Fax: (+356) 21 240 210 

E-mail: claude.bonello@gov.mt



Assistent Direttur għar-Relazzjonijiet Esterni u Mediterranji


Mr Simon Pullicino

Ministry for Foreign Affairs

Palazzo Parisio,

Valletta - VLT 1171

Tel: (+356) 2204 2364

Fax: (+356) 21 240 210 

E-mail: simon.p.pullicino@gov.mt​



Direttorat għar-Relazzjonijiet Esterni u Mediterranji
 
Ir-relazzjonijiet ta’ Malta ma’ pajjiżi li m’humiex membri tal-Unioni Ewropeja u l-pożizzjoni Maltija fir-rigward ta’ politika internazzjonali huma ko-ordinati mid-Direttorat għar-Relazzjonijiet Esterni u Mediterranji. Dawn il-pożizzjonijiet huma espressi wkoll, fejn xieraq, fuq livell Ewropew fi ħdan l-istrutturi tal-Politika Komuni għall-Affarijiet Barranin u Sigurta.
 
Fil-kuntest reġjonali, parteċipazzjoni attivi fil-proċess Ewro-Mediterranju, li issa sar l-Unjoni għall-Mediterran li tħaddan fiha l-pajjiżi tal-Meditterran kollha, u mfassla biex isservi bħala mutur għall-implimentazzjoni ta ' proġetti prattiċi, tibqa’ prijorita ewlenija. L-involviment ta’ Malta f’fora reġjonali u inizjattivi b’relevanza diretta għar-reġjun Mediterranju, bħal Politika Ewropeja mal-pajjiżi ġirien, id-Djalogu tal-pajjiżi fil-Punent tal-Mediterran (5+5), u l-Forum Meditteranju huma wkoll ko-ordinati mid-Direttorat.
 
Konsistenti mal-Miri Strateġiċi tal-Ministeru fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali, partikolarment mal-pajjiżi ġirien, id-Direttorat jaħdem sabiex jiġu indukrati r-relazzjonijiet barranin ta’ Malta fuq livell bilaterali filwaqt li tingħata attenzjoni għall-kwistjonijiet ta' interess dirett. Id-Direttorat jiffoka primarjament fuq ir-relazzjonijiet ta' Malta mal-pajjiżi ġirien, b’mod partikolari l-Libja, l-Eġittu, t-Tuneżija u l-Alġerija, u oħrajn lil’hinn bħall-iStati Uniti, r-Russja u ċ-Ċina, li ma’ dawn il-pajjiżi Malta minn dejjem kellha relazzjonijiet tajbin ħafna.
 
L-inizjattiva ta’ Malta sabiex jiġi stabbilit djalogu politiku viżibli bejn l-Unjoni Ewropeja u l-Lega Għarbija ġiet promossa bil-qawwa fl-istrutturi Ewropej u tal-Lega Għarbija. Din l-inizjattiva waslet għal Laqgħa Ministerjali bejn l-Unjoni Ewropeja u l-Lega Għarbija li saret f’Malta fil-11 u 12 ta’ Frar 2008 u li waslet għal ‘Malta Communiqué’ li enfasiżżat l-importanza li gvernijiet Ewropej u Għarab jaħdmu sabiex jissaħħaħ dan id-djalogu. F’din il-laqgħa l-Ministri tal-Affarijiet Barranin iddiskutew suġġetti ta’ interess globali bħalma huma t-tibdil fil-klima, l-enerġija, s-sitwazzjoni f’Lvant Nofsani u d-djalogu bejn il-kulturi.
 
Fl-aħħarnett, id-Direttorat isegwi wkoll mill-qrib l-iżviluppi fil-kunflitt fil-Lvant Nofsani u jagħti sehmu fit-tfassil tal-politika permezz ta’ parteċipazzjoni effettiva fl-istrutturi tal-Unjoni Ewropeja u l-Ġnus Magħquda.


Direttur Affarijiet Ewropej


Ms Annabelle Shawish Mifsud

Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Palazzo Parisio,

Valletta - VLT 1171

Tel: (+356) 2204 2220

Fax: (+356) 21 240 210

E-mail: annabelle.shawish-mifsud@gov.mt



Assistent Direttur Affarijiet Ewpropej


Ms Emily Tufigno

Ministeru għall-Affarijiet Barranin
Palazzo Parisio,
Valletta - VLT 1171
Tel: (+356) 2204 2285
Fax: (+356) 21 240 210


Direttorat tal-Affarijiet Ewropej
 
Id-Direttorat tal-Affarijiet Ewropej imexxi r-relazzjonijiet bilaterali ġenerali ta’ Malta mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Huwa wkoll responsabbli għar-rabtiet ta’ Malta mal-Albanija, Andorra, Bosnja u Ħerzegovina, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Iżlanda, il-Kosovo, il-Liechtenstein, Monako, il-Montenegro, in-Norveġja, San Marino, is-Serbja, l-Iżvizzera u t-Turkija kif ukoll mas-Santa Sede u l-Ordni Militari Sovran ta-Kavallieri ta’ San Gwann ta’ Ġerusalemm, Rodi u Malta.
 
L-għan ewlieni ta' dan id-Direttorat huwa li joħolq, iżomm u jtejjeb ir-rabtiet sodi u ta' benefiċċju reċiproku ma' dawn il-pajjiżi kollha. Ir-rwol tiegħu hu li jifformula u jikkoordina l-politika nazzjonali fir-rigward tagħhom sabiex l-interessi ta' Malta jiġu protetti waqt li r-relazzjonijiet tagħha mal-ġirien Ewropej jinżammu fl-aħjar livell possibbli. Id-Direttorat jamministra wkoll żjarat uffiċjali ta' livell għoli lejn u minn pajjiżi Ewropej msieħba, filwaqt li  jikkoordina u jgħin fl-organizzazzjoni tagħhom kif meħtieġ.
 
Xogħol ewlieni tad-Direttorat tal-Affarijiet Ewropej huma inizjattivi bilaterali Ewropej tal-Ministeru, fejn jiġu promossi skambji reċiproċi vantaġġużi fil-livelli kollha u tgħin li jiġu fis-seħħ ftehiem li jirregolaw kwistjonijiet ta' importanza għall-poplu ta' Malta u dawk ta' interlokuturi Ewropej tagħha. Per eżempji dawn jinkludu trattati li jfittxu li tiġi evitata tassazzjoni doppja jew ftehiem ta’ koperazzjoni kontra attivitajiet illeċiti madwar l-Ewropa.
 
Barra minn hekk id-Direttorat jaħdem fuq kwistjonijiet li jikkonċernaw il-politika tat-tkabbir tal-UE u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (EEAS) u jikkoordina l-pożizzjoni ta' Malta fuq dawn il-kwistjonijiet filwaqt li r-relazzjonijiet mal-istati tal-Balkani tal-Punent, li jinkludi il-perspettiva tal-UE tagħhom, jaqgħu wkoll fi ħdan il-kompetenza ta’ dan id-Direttorat.



Direttur Maltin jgħixu barra


Dr Raymond Xerri
Ministeru għall-Affarijiet Barranin
Palazzo Parisio,
Valletta - VLT 1171
Tel: (+356) 2204 2208
Fax: (+356) 2204 2387



Direttorat Maltin jgħixu Barra

L-Għan ewlieni tad-Direttorat
 
L-Għanijiet prinċipali tad-DMLA huma elenkati fl-ATT XX tal-2011 u jpoġġu fuq id-Direttorat ir-responsabbiltà u d-dmir li jipproteġi d-drittijiet u l-interessi taċ-ċittadini Maltin ‘il barra minn xtutna.
 
Fost affarijiet oħra id-Direttorat mitlub li:
 
  • Ikun sors ta’ informazzjoni u jgħati pariri dwar policies relatati mad-diaspora.
  • Iżomm kuntatt kontinwu mal-istakeholders kollha li b’xi mod jew ieħor il-ħidma tagħhom tista’ tmiss lill-Maltin li jgħixu barra minn Malta
  • Janalizza b’mod regolari diversi leġislazzjoni lokali u Ewropej li jistgħu jaffettwaw il-ħajja tal-Maltin li jgixu barra minn Malta.
  • Jipprovdi konsultazzjoni, għajnuna u pariri lill-Gvern Malti fuq il-Maltin li jgħixu barra minn Malta
  • Iżomm kuntatt kontinwu u mill-qrib ma’ Missjonijiet Diplomatiċi Maltin
  • Iżomm f’kuntatt kontinwu mas-Segretarju tal-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta
  • Jassigura li jkun hemm kontinwazzjoni u implimentazzjoni tad-deċiżżjonijiet meħuda mill-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta
  • Jassisti fit-tfassil u l-loġistika tal-laqgħat annwali tal-Kunsill f’Malta u tal-laqgħat li jsiru b’mod awdjo-viżiv
  • Jassisti fil-ħidma biex issir il-Konvenzjoni tal-Maltin li jgħixu Barra
  • Iżomm reġistru ta’ Għaqdiet mhux governattivi u Assoċjazzjonijiet tal-Maltin li Jgħixu Barra
  • Iżomm registru tal-Maltin li jgħixu barra u li għamlu suċċess fis-settur tagħhom.
  • Iħaddem is-servizz ta’ reġistrazzjoni volontarja għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta magħrufa bħala ‘Notifika D’
  • Bi ftehim mal-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, isegwi l-leġislazzjonijiet ġodda kollha biex ikun żgurat li d-drittijiet u l-obbligi tal-Maltin li jgħixu barra jkunu mħarsa
  • Tħaffef, tassisti u tattendi attivitajiet kulturali Maltin ta’ livell u laqgħat tradizzjonali fil-pajjizi tad-Diaspora
  • Tagħmel parti mid-delegazjoniet governattivi u kummerċjali waqt żjarat f’pajjizi tad-Diaspora u meta hemm bżonn
Indirizz
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio
Triq Il-Merkanti
Valletta, VLT 1171
Malta

Telefown
2124 2191

Fax
2123 6604

Imejl