Protezzjoni Konsulari lil Ċittadini tal-UE mhux Rappreżentati f’Pajjiżi Terzi

Fl-20 ta’ April 2015 l-Istati Membri tal-UE adottaw id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/637 dwar il-miżuri ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni biex tiġi ffaċilitata l-protezzjoni konsulari għaċittadini Ewropej mhux rappreżentati f’pajjiżi terzi. Id-Direttiva tispeċifika meta w kif iċ-ċittadini tal-UE li jsibu ruħhom f’diffikultà f’pajjiż barra l-UE għandhom jirċievu assistenza mill-Ambaxxati jew Konsulati ta' pajjiżi oħra tal-UE.


Meta ċittadini mhux rappreżentati jkollhom bżonn protezzjoni f'pajjiżi terzi, huma meħtieġa kooperazzjoni u koordinazzjoni effiċjenti. L-Istat Membru li jagħti l-għajnuna, li jkollu preżenza f'pajjiż terz, u l-Istat Membru taċ-ċittadinanza taċ-ċittadin għandhom jikkoperaw mill-qrib.


Il-koperazzjoni konsulari lokali tista' tkun partikolarment kumplessa għaċ-ċittadini mhux rappreżentati minħabba li tirrikjedi koordinazzjoni ma' awtoritajiet li ma jkunux rappreżentati lokalment, inkluż fejn rilevanti, koordinazzjoni ma' ambaxxati u konsulati kompetenti. Għalhekk id-Direttiva tistipula kif l-assistenza għandha tkun ikkoordinata bejn il-pajjiżi tal-UE sabiex tiġi żgurata protezzjoni effettiva.


Il-protezzjoni Konsulari offruta minn Ambaxxati jew Konsulati ta’ pajjiżi tal-UE tista’ tinkludi għajnuna, fost l-oħrajn, fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:


  • f’każ ta’ mewt;
  • inċident jew mard serju;
  • arrest jew detenzjoni;
  • meta wieħed jisfa vittma ta’ reat kriminali;
  • sokkors u ripatrijazzjoni f’każ ta’ emerġenza;
  • ħtieġa ta’ dokumenti provviżorji tal-ivjaġġar.


Bħal Istati Membri l-oħra, Malta adottat din id-Direttiva fil-liġi Maltija. L-Att ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ nhar is-27 ta’ April 2018. Id-Direttiva daħħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2018.


Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jidħol fis-sit elettroniku:

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=OJ:L:2015:106:FULL&from=MT​​​​​
Indirizz
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio
Triq Il-Merkanti
Valletta, VLT 1171
Malta

Telefown
2124 2191

Fax
2123 6604

Imejl