Consul-on-the-Move

Il-Programm tal-Consul-on-the-Move Programme tnida nhar l-5 ta’ Mejju 2016, bi qbil mal-Uffiċċju tal-Passaporti fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta, u huwa konformi mal-viżjoni tal-Gvern sabiex is-servizzi teigħu jkunu eqreb lejn iċ-ċittadini. Il-Programm jipprovdi numru ta’ servizzi Konsolari (li huma normalment disponibbli fl-Ambaxxati u l-Konsolati Maltin) f’lokalitajiet differenti.

Il-bżonn ta’ dan il-Programm inħass wara l-introduzzjoni tal-passaporti bijometriċi, li wasslet sabiex l-applikanti Maltin li jgħixu barra jkollhom imorru fiżikamenti fl-eqreb Ambaxxata jew Konsolat sabiex titteħdilhom l-informazzjoni bijometrika. Dan wassal għal inkonvenjenza, speċjalment għar-raġuni ta’ żieda fi spejjeż bħal dawk tal-ivvjaġġar u tal-akkommodazzjoni.

Attwalment, il-Programm qed jiffoka fuq l-Awstralja, il-Kanada, l-Istati Uniti, ir-Renju Unit, u New Zealand. Is-servizzi Konsolari kollha li huma attwalment disponibbli fl-Ambaxxati u l-Konsolati Maltin se jibqgħu jiġu offruti.

Għal ċerti servizzi provduti, miżata amministrattiva addizzjonali tapplika. Skont l-Avviż Legali 221 ta’ 2016, il-miżata amministrattiva għal applikazzjonijiet għal passaporti hija ta’ €100 għal kull applikazzjoni, waqt li dik għal applikazzjonijiet għal ċittadinanza hija ta’ €50 għal kull applikazzjoni, apparti l-ispejjeż relatati mas-servizz innifsu.

Li ġejja hija l-lista aġġornata ta’ żjajjar ippjanati għall-2019 u għall-bidu tal-2020:

 

Żjajjar ippjanati għall-COTM - 2019

Manchester

 (ir-Renju Unit)

8 ta’ Novembru 2019

VFS

50 Devonshire Street North

M12 6JH

Manchester

Wellington

(New Zealand)

15 – 17 ta’ Novembru 2019

 

20 Tanera Crescent, Brooklyn, Wellington 6021,

New Zealand

 

 

 

 






Żjajjar ippjanati għall-COTM - 2020

San Francisco

(l-iStati Uniti)

6-8 ta’ Frar 2020

Il-post għad irid jiġi mħabbar

Michigan

(l-iStati Uniti)

16 – 18 ta’ April 2020

Il-post għad irid jiġi mħabbar​

 





Iċ-ċittadin jista’ jibbenifika minn dan is-servizz permezz ta’ appuntament biss. Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jikkuntattja l-post rispettiv kif ġej:

 

Post

Posta elettronika

Telefown

L-Awstralja /

New Zealand

consul.canberra@gov.mt

+61 (02) 6290 1724

Il-Kanada

consul.toronto@gov.mt

+1 (416) 207 0922/0989

L-Istati Uniti

consul.washington@gov.mt

+1 (202) 4623611/2

Ir-Renju Unit

consul.london@gov.mt

+44 (0) 207 292 4800

 





Huwa rakkomandat li iktar ma joqrob jum iż-żjara, wieħed jikkonsulta mal-Ambaxxata jew Konsulat relevanti li qed t/jikkordina ż-żjajjar sabiex jassigura li ma kienx hemm tibdil fid-dati u l-post.

Indirizz
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio
Triq Il-Merkanti
Valletta, VLT 1171
Malta

Telefown
2124 2191

Fax
2123 6604

Imejl