Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ żar il-Fiera taċ-Ċittadini tal-UE

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Mej 09, 2019
 
Il-Ħamis, 9 ta’ Mejju, 2019

 

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ żar il-Fiera taċ-Ċittadini tal-UE, li qed tiġi organizzata fid-daħla tal-Belt Valletta fl-okkażjoni ta’ Jum l-Ewropa. F’din il-fiera tista’ tikseb l-informazzjoni li għandek bżonn dwar id-drittijiet tiegħek bħala ċittadin u konsumatur Ewropew, fondi tal-Unjoni Ewropea, opportunitajiet ta’ xogħol fl-Unjoni, u aktar. It-tema ġenerali ta’ din is-sena, kif wieħed jistenna, hija l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew li se jsiru fil-25 tax-xahar. Din l-inizjattiva saret mill-Europe Direct Valletta, filwaqt li r-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta u l-Uffiċċju ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew f’Malta, taw is-sostenn tagħhom.

 

Il-Belt Valletta (MFTP0905201901-04)

 

Ħajr għar-ritratti – MFTP​​​​​