L-Uffiċċju Federali tal-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja b'investiment fl-Akkademja tal-Mediterran għall-Istudji Diplomatiċi f’Malta

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Jan 10, 2020
 

Filmat: https://youtu.be/sa7SCNh7v5o​


Illum, ġie ffirmat ftehim bejn l-Ambaxxatur Walter Haßmann, f’isem l-Uffiċċju Federali għall-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja u l-Professur Godfrey Pirotta Chairperson Chairperson tal-Akkademja tal-Mediterran għall-Istudji Diplomatiċi f’Malta. Dan il-ftehim li se jara aktar investiment fl-Akkademja. Dan il-ftehim se jara wkoll il-kontinwazzjoni taċ-Ċermen Ġermaniż għall-Istudji tal-Paċi u l-Prevenzjoni tal-Kunflitti fil-MEDAC, li tkompli tikkonferma l-interess tal-Ġermanja fir-Reġjun tal-Mediterran.

 

Il-ftehim ġie ffirmat fil-preżenza tal-O​nor. Carmelo Abela, Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fil-bini tal-Ministeru fil-Belt Valletta. Fil-kummenti tiegħu, il-Ministru Abela qal b’sodisfazzjon li fl-aħħar 30 sena tat-twaqqif tal-MEDAC, studenti minn 31 pajjiż ibbenefikaw minn boroż ta’ studju offruti mill-MEDAC. 35% ta’ dawn l-istudentii ġejjin mill-Ewropa, 23% ġejjin mill-Afrika ta’ Fuq u 25% ġejjin mill-Lvant Nofsani.  Huwa qal li dan jafferma l-importanza tal-MEDAC fit-taħriġ tad-diplomatiċi, mhux biss għal Malta, iżda wkoll għall-pajjiżi tal-Mediterran u lil hinn. Qal, kif illum il-ġurnata bosta alumni tal-MEDAC jokkupaw karigi għoljin fi gvernijiet nazzjonali u reġjonali, kif ukoll f'istituzzjonijiet internazzjonali.


Meta kien qed jitkellem fuq il-ftehim iffirmat, Abela qal li dan jirrikonoxxi r-relazzjonijiet qawwija li jeżistu bħalissa bejn Malta u l-Ġermanja. Fi kliem il-Ministru, “il-kooperazzjoni fuq il-MEDAC hija parti żgħira iżda importanti tadin ir-relazzjoni b’saħħitha”. Il-Ministru żied jgħid li dan il-fethim jafferma li kemm Malta kif ukoll il-Ġermanja jirrikonoxxu l-importanza vitali tar-reġjun speċjalment fir-rigward tal-aħħar żviluppi politiċi u l-ħtieġa ta' relazzjonijiet Ewro-Mediterranji b'saħħithom u li jikkooperaw.

 

"F'dawn iż-żminijiet diffiċli, il-MEDAC, tibqa istituzzjoni unika u indispensabbli fir-reġjun,  kemm għall-preżent u għall-futur, li tippromwovi l-ugwaljanza, id-demokrazija u l-ġlieda kontra l-faqar", ikkonkluda l-Onor. Abela. Dan waqt li tenna l-appoġġ tal-Gvern għall-MEDAC biex tħares 'il quddiem u tilħaq orizzonti ġodda. Dan meta wieħed jinnota l-kwalità ferm għolja tat-taħriġ u r-riżorsa umana kemm f'termini tal-grupp akkademiku u l-istudenti.​


IMG_2095.JPG 



IMG_2110.JPG



IMG_2120.JPG 
 


IMG_2169.JPG 
 
​​