Malta imħassba fuq l-iżviluppi riċenti fil-Libja. Tafferma lis-soluzzjoni hi politika u diplomatika

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Jan 06, 2020
 

Malta tesprimi t-tħassib tagħha dwar l-iżviluppi riċenti madwar il-kriżi fil-Libja u tafferma l-konvinzjoni tagħha li soluzzjoni politika u diplomatika bbażata fuq il-ħidma tan-Nazzjonijiet Magħquda hija l-uniku triq 'il quddiem. Soluzzjoni għall-paċi, sigurtà, stabbiltà u fl-aħħar il-prosperità fil-Libja tirrikjedi waqfien mill-ġlied durabbli u komprensiv, u implimentazzjoni effettiva tal-embargo fuq l-armi fuq il-Libja. Malta tappella lill-komunita’ internazzjonali biex teskala l-interventi tagħha fil-Libja u madwarha. Malta tappoġġja l-Unjoni Ewropea fl-affermazzjoni tagħha li, f'kull ħin, il-komunità internazzjonali titkellem b'vuċi waħda b'appoġġ għall-benessere tal-poplu Libjan, billi tissalvagwardja l-bilanċ delikat ta' sigurtà u stabbiltà fir-reġjun.