It-tfal tat-tim ta’ Malta ġew milqugħa fl-Ambaxxata ta’ Malta

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Ġun 27, 2019
 

Moska, 21 ta’ Ġunju- It-tfal Russi li libsu l-flokkijiet bojod u ħomor f’ turnew tal-futbol fil-bidu ta’ Ġunju u li kklassifikaw fit-tieni post ingħataw merħba ħelwa fl-Ambaxxata ta’ Malta f’ Moska.

L-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Federazzjoni Russa, l-E.T Pierre Clive Agius iltaqa’ mal-plejers, il-ġenituri tagħhom u l-kowċ u awguralhom għar-riżultat fantastiku u prestiġjuż li kisbu għal Malta. Fid-diskors tiegħu l-Ambaxxatur Agius żied jgħid li huma l-ġenerazzjoni futura tal-ħbiberija bejn Malta u r-Russja. L-Ambaxxata ta’ Malta ġiet ukoll ippreżentata b’ rigal mill-Klabb tal-Futboll tal-Belt ta’ Khimki.

Flimkien ma’ Karl Littlejohn, li hu First Secretary fl-Ambaxxata, l-Ambaxxatur Agius tkellem mal-kowċ Yaroslav Frantsev dwar il-possibilità ta’ skambji ta’ taħriġ tal-futbol f’ Malta u l-potenzjal kollaborazzjoni ma’ Klabbs Maltin tan-nurseries.​


79e5bb62-e8b5-497e-8895-ff8f39489d9e.JPG


IMG_20190621_104343.jpg


IMG_20190621_104541_01.jpg


IMG-20190621-WA0003.jpg