Malta lesta li tipprovdi appoġġ lin-Nazzjonijiet Magħquda għal missjoni ta' appoġġ fil-Libja

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Aww 22, 2019
 
“Malta hija lesta li toffri servizz lin-Nazzjonijiet Magħquda u lil persuni fil-Libja”. Dan intqal mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela waqt konferenza stampa ma Ghassan Salamé,, Rappreżentant Speċjali u Kap tan-Nazzjonijiet Magħquda għal missjoni ta' appoġġ fil-Libja waqa laqgħa bilaterali li saru fil-Ministeru l-Belt Balletta. Il-Ministru Abela qal lis-sitwazzjoni fil-Libja ilha insostenibbli għal żmien twil wisq.

 

Il-Ministru Abela saħaq fuq l-appoġġ kontwinwu li Malta lesta tagħti għal proċess faċilitat min-Nazzjonijiet Magħquda fil-Libja immexxi minn Ghassan Salamé. Huwa qal li Malta temmen li din hija sitwazzjoni li l-Unjoni Ewropea teħtieġ li tiddiskuti u li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Malti ser ikompli jmexxi ‘l quddiem fuq l-aġenda tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin.

 

Il-Ministru Abela emfasizza li l-komunita’ internazzjonali hemm bżonn li tingħaqad sabiex toffri appoġġ lil missjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda fil-Libja bil-għan li tiġi assigurata tranżizzjoni politika u li ssir ħidma kollettiva għal benefiċċju tal-poplu Libjan. Huwa wkoll imperattiv li fuq ir-radar tinżamm it-theddida tat-terroriżmu li taffetwa lil poplu Libjan kif ukoll ir-reġjun kollu. Għaldaqstant din tagħmel iżjed importanti il-bżonn ta’ azzjoni internazzjonali imminenti. “Aħna kontra soluzzjonijiet militari u nemmnu li m’hemmx soluzzjoni militari għal Libja. Irridu immorru fuq il-mejda ta’ diskussjoni u insibu soluzzjonijiet politiċi għal ġid tal-poplu Libjan”, qal il-Ministru Abela.

 

Min-naħa tiegħu Ghassan Salamé, irrikonoxxa lin- Nazzjonijiet Magħquda tista’ toqgħod fuq Malta. Tista toqgħod fuq Malta bħala pajjiż li huwa viċin il-Libja lest li jospita laqgħat fost il-Libjani kif ukoll bħala membru tal-Unjoni Ewropea. Nirringrazzja lil Malta talli tfakkar lil Membri Stati tal-Unjoni Ewropea li Libja ma tistax tiġi minsija”.

 

Waqt id-diskussjonijiet bilaterali, l-Ministru semma l-bżonn ta’ mekkaniżmu ta’ infurzar fuq livell internazzjonali sabiex tiġi assigurata implimentazzjoni effettiva u ta’ moniteraġġ fuq l-embargo eżistenti dwar l-armi kif ukoll il-bżonn urġenti li l-partijiet kollha jaqblu għal waqfien mill-ġlied dejjiemi li jpoġġi l-bażi tal-proċess naturali ta’ rikonċiljazzjoni. “L-atturi internazzjonali li jfornu lill-partijiet interessanti Libjani bl-armi għandhom jaġixxu b’mod responsabbli u jsostnu l-embargo fuq l-armi fis-seħħ”, innota l-Ministru Abela.

 

Il-Ministru qal li l-Libja ser tkompli tkun ta’ prijorita’ fil-politika barranija ta’ Malta. L-Ambaxxatur Malti għal-Libja ppreżenta l-kredenzjali tiegħu fi Frar ta ’din is-sena, u wara huwa mexxa delegazzjoni Maltija għal Tripli.


 




pr191765a.JPG 



pr191765b.JPG 
 
 
 
pr191765c.JPG 
 
 
 
pr191765d.JPG 
 
 
 
pr191765e.JPG