Malta tikkommemora t-30 anniversarju tas-Summit f'Malta bejn Bush-Gorbachev

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Diċ 03, 2019
 

Video Link: https://www.youtube.com/watch?v=3DxQWuy4f2c&feature=youtu.be

Il-bieraħ Malta fakkret it-30 anniversarju tas-Summit ta’ Malta bejn Bush-Gorbachev meta f’Diċembru 1989 il-Gwerra Bierda ntemmet f’Malta. L-avveniment ġie organizzat mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ b'kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Ċelebrazzjoni Nazzjonali (FCN), taħt il-monument tat-Tmiem tal-Gwerra Bierda f'Birżebbuġa. Iċ-ċelebrazzjoni irrigwardjat l-avveniment storiku li seħħ fit-2 ta' Diċembru, 1989, fl-istess post, bejn il-41 President tal-Istati Uniti tal-Amerika, il-President George H.W. Bush u ex-mexxej tal-Unjoni Sovjetika, Mikhail Gorbachev, ftit ġimgħat biss wara l-waqgħa tal-Ħajt ta' Berlin.


Fl-indirizz tiegħu, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela fakkar kif f’Diċembru tal-1989, Malta esperjenzat l-agħar temp li stajna niftakru tul is-snin. Maltempata li ma waqfitx id-determinazzjoni tan-nies ta’ rieda tajba waslet għal-bidu ta’ era ġdida. 


Il-Ministru qal li, "Aħna kburin ħafna li llum ninsabu hawn biex infakkru dak li nkiseb f'Malta". Huwa nnota kif dak iż-żmien id-deċiżjoni li tospita dan l-avveniment storiku hawn f'Malta kienet simbolika, mhux biss minħabba l-pożizzjoni ġeo-strateġika ta’ pajjiżna fil-qalba tal-Mediterran, iżda wkoll minħabba l-politika ta' newtralità ta' Malta. Huwa qal kif Malta ilha għexieren ta’ snin bil-vokazzjoni tagħha bħala pajjiż newtrali fit-tfittxija tal-paċi u tal-prosperità permezz tad-djalogu u d-diplomazija. "Dan il-pajjiż fittex li jservi bħala bridge-builder bejn il-Lvant u l-Punent, it-Tramuntana u n-Nofsinhar", qal l-Onor. Abela.


Matul l-indirizz tiegħu l-Onor. Abela għamel referenza għal dikjarazzjoni magħmula mill-eks mexxej tal-Unjoni Sovjetika, Mikhail Gorba
chev li qal li, "Is-Summit ta' Malta fl-1989 kien tant importanti illi kieku ma seħħx, id-dinja kienet tkun differenti ħafna għal dik li fiha għix illum”. Huwa għamel referenza wkoll għal dikjarazzjoni magħmula mill-President tal-Istati Uniti tal-Amerika George H.W. Bush li qal li "nistgħu nirrealizzaw paċi dejjiema u nittrasformaw ir-relazzjoni Lvant-Punent f'waħda mill-kooperazzjoni dejjiema. Dan huwa l-futur li l-President Gorbachev u jien bdejna hawnhekk f’Malta ”.


L-Onor. Abela kkonkluda 
billi rrefera għall-elezzjoni ta’ Malta għal siġġu mhux permanenti fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda għas-snin 2023-2024 u qal li Malta għandha tibqa’ ffukata fuq il-promozzjoni tal-paċi u s-sigurtà.​


RBN21939 copy.jpg 
 

RBN21992 copy.jpg 
 

RBN22002 copy.jpg 


RBN22004 copy.jpg 


RBN22029 copy.jpg


RBN22046 copy.jpg 


IMG_7804.JPG