Identifikati ħames setturi ta’ kummerċ bejn Malta u l-Etjopja

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Diċ 20, 2019
 

L-Afrika bħala sieħeb strateġiku.

Filmat: https://youtu.be/VcBlREHdav4

Delegazzjoni ekonomika mill-Etjopja iltaqat mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela waqt żjara li għamlu fil-pajjiż, fl-aħħar jiem, bil-għan li jidentikfaw opportunitajiet ta’ kummerċ bejn Malta u l-Ghana. Id-delegazzjoni kienet magħmulha minn parteċipanti mill-“Ethiopia Investment Agency” u l-“Ethiopian Industrial Parks” u kellhom kliem ta’ tifħir għal potenzjal ta’ kummerċ li raw li Malta tista toffri.

Waqt l-indirizz tiegħu fil-laqgħa, l-Ministru Carmelo Abela semma’ kif din iż-żjara hija parti mill-istrateġija ta’ pajjiżna li qed jara lill-kontinent Afrkan bħala sieħeb strateġiku kummerċjali. Huwa qal li l-Etjopja huwa pajjiż kbir fl-Afrika li joffri ħafna opportunitajiet kummerċjali, li jitkellem bil-lingwa ingliża, pajjiż li għandu s-sit tal-Unjoni Afrikana li hija ekwivalenti tal-Unjoni Ewropea li l-Head Quarters tagħha jinsabu fi Brussel.

Huwa qal li permezz ta’ din iż-żjara qegħdin jiġu esplorati kif punti ta’ kooperazzjoni jistgħu jitwettqu fil-prattika. Il-kooperazzjoni qegħda tiġi iffukata fuq ħames oqsma primarji li huma; l-Intelliġenza Artifiċjali u Blockhain, is-Settur tal-ICT, Settur tal-Avjazzjoni, Settur Mediku u s-Settur tal-Edukazzjoni

Huwa tkellem kif dan qed isir permezz ta’ laqgħat bejn l-aġenziji ta’ investiment mill-Etjopja u aġenziji Maltin fosthom Trade Malta u Malta Enterprise. Abela semma’ kif f’perjodu li Malta m’għandix Ambaxxata ġewwa l-Etjopja huwa t-tajjeb liż-żewġ partijiet isiru jafu ‘l xulxin sabiex jiġi stabbilit kif il-kumpaniji Maltin jistgħu iħarsu lejn l-Etjopja fuq livell kummerċjali bħala gateway għall-Afrika u viċi versa. Huwa qal kif fis-sena 2020 il-ħsieb hu li jkun hemm delegazzjoni kummerċjali Maltija lejn l-Etjopja.

Min-naħa tagħhom, il-parteċipanti mill-Etjopja esprimew is-sodisfazzjon tagħhom fuq din iż-żjara li ddeskrivewha bħala żjara li fetħitilhom għajnehom fuq l-opportunitajiet ta’ kummerċ li jeżistu lejn Malta. Stqarrew li hemm diversi oqsma kif jistgħu jiġu ikkreati partnerships għal kreazzjoni ta’ xogħolijiet għaċ-ċittadini taż-żewġ pajjiżi.

 ​

IMG_7623.JPG  



IMG_7629.JPG



IMG_7642.JPG



IMG_7645.JPG 



IMG_7655.JPG ​