Il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Commonwealth jaqblu fuq l-ekonomija l-blu bhala prijorita' ghac-Chogm 2020. Il-Commonwealth tfakkar 70 sena mit-twaqqif taghha

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Lul 11, 2019
 

Chogm 2015 Malta u 2018 UK imfahhra ghat-tmexxija fuq mandati ta' tibdil fil-klima

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-kummerc Carmelo Abela ippartecipa fid-19-il laqgha' tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Commonwealth li saret gewwa l-kwartieri f'Marlborough House f'Londra. Din iddiskutiet ir-rwol tal-Commonwealth ghal kontribuzzjoni ghal futur izjed gust, sostenibbli, sikur u ta' prosperita'. 

Il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Commonwealth fahhru lil Malta ghac-Chogm2015 u l-Ingilterra ghac-Chogm2018 talli mexxew b'success is-suggett tat-tibdil fil-klima u l-effetti negattivi taghha li diga qed jinhassu minn stati zghar li huma meqjusa l-izjed vulnerabbli. Filfatt fl-2015, il-Kapijiet tal-pajjizi f'Malta qablu fuq azzjoni fit-tibdil fil-klima, li diga saret theddida ghal diversi stati

Din it-tema baqat mixja 'l quddiem fic-Chogm 2018 UK u ser tkun ta' prijorita' waqt ic-chogm 2020 li se jsir fi Rwanda. Enfasi qed titpogga fuq l-eknomija l-blu li tirrelata mal-esplojtazzjoni u l-preservazzjoni tal-ambjent marritimu. Ilz-Ministri tal-Affarijiet barranin semmew ukoll l-uzu tat-teknologija u l-innovazzjoni bhala ghodda biex tigi mhaddma l-eknomija blur- l-eknomija li ma thaggimx. 

Waqt din il-laqgha il-Ministri tkellmu wkoll fuq inizjattivi ghaddejin prezenti bhal blu charter programme imwaqqaf biex jipprotegi l-oceani mit-tniggis.

Peress li 60% tal-popolazzjoni tal-Commonwealth hija taht l-eta' ta' 30 sena, il-Ministri tennew il-messaagg dwar l-importanza tal-empowerment taz-zghazagh u l-ugwaljanza fil-generu. Tkellmu fuq l-empowerment tan-nisa fil-hajja socjali, ekonomika u politika fhat-twettiq tal-agenda 2030 ghall-izvilupp sostenibbli. 

Fl-indirizz tieghu l-Ministru Abela semma l-prijoritajiet ta' Malta fir-rigward tal-Commonwealth fuq oqsma relatati mal-Marittimu, Edukazzjoni, Stati Zghar, Tibdil fil-klima. Dan flimkien mal-impenn lejn hidma ghal futur komuni li ghandha tkompli tigi imhaddna fic-chogm2020 Rwanda. Semma' li Malta taghti appogg lil prijoritajiet ohra maqbula ghac-chogm2020 li huma l-kummerc, l-energija, l-ambjent, l-innovazzjoni, iz-zghazagh u l-governanza. 

L-Onor Abela ghamel referenza ghac-centru ta eccellenza ghal pajjizi tal-istati zghar tal-Commonwealth u l-Commonwealth small states trade facility li huma imwaqqfa f'Malta u li qeghdin isiru izjed vizibli u attivi filwaqt li jorganizzaw tahrig u ricerka fuq temi li jinkludu t-tibdil fil-klima, preparazzjoni u mmanigjar ta' dizastri naturali u governanza tal-oceani.

Il-Commonwealth huwa maghmul minn 53 pajjiz mill-Afrika, Amerikas' Asja, Ewrops u l-Pacifiku li kienu parti mill-Imperu Brittaniku. Rwanda hija l-izjed stat gdid bhala membru u kienet maghzula biex tilqa l-laqgha tal-kapijiet tal-Istati tal-Commonwealth fl-2020. Din is-sena, l-Commonwealth qed ticcelebra is-70sena mit-twaqqif taghha. 


IMG-20190710-WA0001.jpg 



IMG-20190710-WA0002.jpg



IMG-20190710-WA0003.jpg 
 
 

IMG-20190710-WA0014.jpg