Is-sejħa għal proposti ta' proġetti għal-għajnuna fl-iżvilupp internazzjonali, għall-ewwel darba, tħeġġeġ kollaborazzjoni bejn l-NGOs u n-negozji

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Jan 13, 2020
 

Filmat: https://www.youtube.com/watch?v=y18iRwYaEl4&t=9s

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela ħabbar lis-sejħa annwali għal proposti ta’ proġetti ta’ żvilupp internazjonali tal-Ministeru li huma implimentati  fil-maġġor parti tagħhom fl-Afrika għandha titnieda fil-ġimgħat li ġejjin.  Din is-sejħa hija parti mill- Fond tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp.

Il-Ministru Abela qal li l-kisba tal-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) mad-dinja kollha, tirrikjedi aktar minn flus u s-settur privat għandu rwol importanti x’jagħmel fl-iżgurar tat-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp. Għalhekk, il-Ministeru jħeġġeġ sħubijiet bejn is-soċjetà ċivili u s-settur tan-negozju.

Il-Ministru Abela enfasizza li l-għotjiet nazzjonali jibqgħu jiġu mgħoddija għal kollox lill-NGOs li jkunu l-implimentaturi tal-proġetti. Il-Ministru Abela kien qed jitkellem f’sessjoni ta’netwerking organizzata għall-Ministeru għall-Organizzazzjonijiet mhux Governattivi li jaħdmu fil-qasam tal-iżvilupp internazzjonali u għall-membri tal-komunità kummerċjali li huma attivi fil-kontinent Afrikan. L-attendenza kienet waħda tajba u ipprovdiet opportunità lill-NGOs u lis-settur privat biex jiddiskutu toroq possibbli ta' kooperazzjoni għal proġetti ta' żvilupp li fil maġġor parti tagħhom ikunu fl-Afrika.

Il-Ministru Abela semma’ kif  l-NGOs għandhom għarfien essenzjali dwar proġetti ta’ żvilupp u kuntatti mill-komunità lokali, filwaqt li s-settur privat għandu r-riżorsa finanzjarja u umana biex isaħħaħ il-potenzjal tal-proġetti.

L-Assistenta Direttur għall-Iżvilupp Internazzjonali u l-Affarijiet Ekonomiċi,  Leonie Aquilina, matul is-sessjoni qalet li bħala parti mill-isforzi li għaddejjin fil-qasam tal-Iżvilupp Internazzjonali, il-Ministeru joħroġ sejħa annwali għall-ODA għal Proposti għal proġetti ta' żvilupp li huma implimentati fil-maġġor pari tagħhom fl--Afrika. Is-sejħa hija miftuħa għall-NGOs reġistrati lokalment li jaħdmu fil-qasam tal-iżvilupp internazzjonali.

Is-sejħa ser tkun miftuħa għal NGOs reġistrati lokalment li jaħdmu fil-qasam tal-iżvilupp internazzjonali.​


68a4e8bd-195c-4277-86fd-a12b1b9a9f77.jpg 
 


81b0649a-188c-4811-9102-5e64668671ac.jpg