60 żagħżugħ mill-Lvant Nofsani, Afrika ta’ Fuq, Ewropa u l-Balkani jiltaqgħu Malta u jiddibattu futur sostenibbli sas-sena 2030

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Lul 08, 2019
 

Video link: https://youtu.be/CCtau097m38​

“Huwa d-dover tagħna li nibnu l-ġenerazzjoni li jmiss ta’ mexxejja mill-Ewropa-Mediterran sabiex jidjalogaw u jiddibattu azzjonijiet għal futur sostenibbli”. Dan intqal mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela fl-indirizz tiegħu fl-ewwel “Euro-Med Debate and Policy Forum”. Dan il-forum sar f’Malta għall-ewwel darba u għaqqad flimkien madwar sittin żagħżugħ li għandhom bejn l-eta’ ta’ 18 u 35 sena minn 20 pajjiż differenti mill-Lvant Nofsani, l-Afrika a’ Fuq, l-Ewropa u l-Balkani. F’dan id-dibattitu, f’forma ta’ kompetizzjoni huma indirizzaw l-kwalita’ tal-edukazzjoni, l-ugwaljanza, l-klima, il-ġustizzja u istituzzjonijiet b’saħħithom. 3 mill-parteċipanti kienu Maltin filwaqt li membru mil-10 membri tal-ġurija wkoll kien Malti.

Waqt l-attendenza tiegħu, l-Ministru tal-Affarijiet Barranin ippreżenta awards lir-rebbieħa ta’ dan id-dibattitu fil-kategoriji ‘female best debater’, ‘best male debater’ u t-tim rebbieħ. Huwa inkuraġixxa ż-żgħażagħ sabiex ikollhom l-istamina, d-determinazzoni u l-viżjoni sabiex iwettqu l-miri tat-2030 Agenda għal żvilupp sostenibbli. “Bħala l-forza wara t-teknoloġija moderna, intom iż-żgħażagħ għandkom l-abilita’ li tippromwovu l-enerġija rinovabbli, it-tibdil fil-klima, l-edukazzjoni, l-protezzjoni tal-ambjent filwaqt li tħarsu lejn il-bini ta’ soċjetajiet ġusti u inklussivi”, qal Abela.

Fit-tmiem ta’ din il-kompetizzjoni, il-Ministru qal li issa wasal il-ħin sabiex dawk li jagħmlu l-politika jigarantixxu li l-ideat li ġew iġġenerati fuq diversi oqsma ikunu analizzati u l-aqwa ideat jingħataw azzjoni. Huwa rrimarka li dan l-approċċ jaqbel mal-istrateġija tal- UN Youth 2030 u tal- EU Youth Strategy 2027 sabiex jiġi assigurat liż-żgħażagħ huma fuq quddiem nett tal-aġenda komuni. Il-Ministru Abela żied jgħid li l-Ministeru tiegħu flimkien ma entitajiet oħra f’Malta jinstabu lesti jabiex joffru sapport lill Anna Lindh Foundation fl-iżvilupp ta’ Akkademja għaż-żgħażagħ - “ TheYound Mediterranean Voices Leadhership Academy”.

L-għan ewlieni tal-programm ‘Young Mediterranean Voices’ huwa li jagħti spinta liż-żgħażagħ sabiex itejbu kultura ta’ djalogu li tikkontribwixxi għal politika pubblika. L-għan huwa li jiġu organizzati dibattiti interkulturali u ħsieb kreattiv dwar kif iż-żgħażagħ jistgħu itejbu l-ħiliet fid-diskors pubbliku u t-tmexxija li jikkontribwixxu għat-2030 Aġenda għall-iżvilupp sostenibbi.

Dan il-forum ġie organizzat bl-għajnuna ta’ Aġenzija Żgħażagħ, Anna Lindh Foundation, British Council, is-Segretarjat Parlamentar għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji u ko-finanzjat mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-pajjiżi li minnhom ġejja din id-delegazzjoni taż-żgħażagħ huma l-Alġerija, Belġjum, Kroazja, Repubblika Ċeka, Eġittu, Franza, Ġermanja, Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Ġordan, l-Lebanon, Libja, Malta, Marokk, Palestina, Slovenja, Spanja, Tuneżija u l-Ingilterra.​




IMG_3831.JPG 


IMG_3847.JPG 


IMG_3885.JPG


IMG_3904.JPG


IMG_4044.JPG