60 konslu onorarju li jirrapreżentaw 60 pajjiż differenti qed jassistu persuni barranin li jżuru jew joqgħodu Malta

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Lul 08, 2019
 

Video link: https://youtu.be/TjSf3v2kSt8​

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela indirizza lil korp tal-konsli onorarji li preżentament hu magħmul minn 60 konslu li jirrapreżentaw 60 pajjiż differenti minn madwar id-dinja. Fir-rimarki tiegħi, il-Ministru Abela semma’ l-importanza tar-rwol tal-konsli fejn fin-nuqqas ta’ ambaxxata f’Malta tal-pajjiż li jirrapreżentaw, huma jipprovdu assistenza lil persuni ta’ nazzjonalita barranija f’Mata u jiffaċilita’ iż-żjara tagħhom f’pajjiżna, kemm jekk tkun qasira jew twila. Dan filwaqt li jaġixxu bħala imsieħba vitali li jippromwovu dak kollu li Malta tirrapreżenta. Huwa rrefera għar-rwol tal-konslu bħala wieħed li għandu opportunitajiet b’saħħithom biex jibnu relazzjoni multi-nazzjonali. “Il-korp tal-konsulat f’Malta għandu l-għarfien lokali li jista jiġu użat biex iżewweġ il-bżonnijiet tal-pajjiż ma dawk offruti mis-swieq internazzjonali”, qal Carmelo Abela.

Il-Ministru rrimarka lir-rwol tal-konslu onorarju jmur lill hinn mill-provediment ta’ passaport, visa, dokumenti legali jew assistenza oħra. Il-konslu huwa l-katina mal-komunitajiet internazzjonali mal-pajjiżi li jirrapreżentaw u għalhekk huwa jaġixxu bħala pont kummerċjali u kulturali. Dan waqt li jippromwovu l-inklużjoni soċjali u l-integrazzjoni f’soċjeta’ multi-kulturali. Il-Ministru tkellem dwar is-suċċess ta’ Malta li issa saret hub għal prosperita’ globali. F’ekonomija li qed tikber fejn eluf ta’ ħaddiema barranin sabu opportunitajiet ta’ impjiegi f’Malta, ir-rwol tal-konslu onorarju huwa li jgħinhom fil-bżonnijiet li dejjem qed jikbru.

Il-Ministru spjega li Malta qed iżżid l-isforzi tagħha fl-Afrika Sub-Sahara mhux biss permezz tal-kummerċ u r-relazjonijiet bilaterali imma anke permezz ta’ impenn lejn l-iżvilupp sostenibbli. Huwa tkellem dwar ir-rwol pro-attiv ta’ Malta fl-Asja fejn fl-aħħar 14-il xahar, il-Gvern Malti ħa d-deċiżjoni li jiftaħ ambaxxata f’Tokyo u għalhekk jespandi r-relazzjonijiet diplomatiċi fuq livell globali.

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ ikkonkluda billi qasam il-viżjoni tal-Gvern Malti. Spjega kif Malta evolviet f’ġuriżdizzjoni iżjed kompetittiva u ambjent attraenti għall-investiment, filwaqt li qed tadotta politika iżjed miftuħa għas-swieqi barranin. Huwa innota kif fil-Global Competitive Index 2017-2018, Malta ġiet fis-36 post minn 140 pajjiż u rat il-pożizzjoni tagħha imtejba b’iżjed minn 10 postijiet f’sitt snin, filwaqt li b’mod sinnifikanti Malta ġiet l-ewwel fl-istabbilta’  macro-ekonomika.


PER_6639 copy.jpg 



PER_6657 copy.jpg



PER_6668 copy.jpg



PER_6691 copy.jpg