L-Artist Għawdxi Mario Cassar iqarreb aktar lil Malta lejn il-Palestina permezz tal-Arti

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Diċ 18, 2019
 

Fil-perjodu 9-14 ta’ Diċembru 2019, l-Artist Għawdxi Mario Cassar żar il-Palestina fuq Proġett ta’ Diplomazija Kulturali permezz tal-fond għad-Diplomazija Kulturali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ tar-Repubblika ta’ Malta. Din iż-żjara artistika ġiet ospitata mill-Uffiċċju Rappreżentattiv tar-Repubblika ta’ Malta f’ Ramallaħ, il-Palestina. Matul iż-żjara tiegħu, l-Artist Mario Cassar kien assistit mill-Kap tal-Uffiċċju Rappreżentattiv ta’ Malta fil-Palestina, is-Sur Reuben Gauci.

Fil-perjodu 9-10 ta’ Diċembru 2019, Mario Cassar għamel żewġ tpinġijiet fuq żewġ bibien magħżula, liema bibien jinsabu fil-Belt Palestinjana ta’ Beit Ġala. F’ din il-belt l-artist Għawdxi kien milqugħ mill-Muniċipalita’ tal-istess Belt, taħt il-patroċinju tas-Sindku l-E.T. Nicola Khamis. Meta kien qiegħed ipinġi fuq dawn il-bibien, l-Artist iltaqa’ ma’ nies lokali kif ukoll ma’ grupp ta’ pellegrini Maltin li kienu qegħdin iżuru l-Art Imqaddsa.

Fil-perjodu 12-13 ta’ Diċembru 2019, l-artist Għawdxi bena presepju mill-injam tas-siġar taż-żebbuġ flimkien mal-Grupp Boy Scouts tal-Belt Palestinjana ta’ Beit Saħur. Waqt il-binja ta’ dan il-Presepju huwa kellu interrazzjoni ma’ tfal Palestinjani li jistudjaw l-arti u iltaqa’ ukoll mas-Sindku ta’ Beit Saħur, l-E.T. is-Sur Jehad Khair.

Nhar l-14 ta’ Diċembru 2019, l-artist ipproduċa żewġ kwadri fuq it tema ta’ Bethlehem minn fuq il-bejt tal-edifiċju tal-Kustodja Franġiskana magħruf bħala Il Cantico li jinsab fil-periferija tal-Pjazza tal-Maxtura f’Bethlehem. Wieħed mill-kwadri ingħata lis-Sindku ta’ Bethlehem, l-E.T. Avukat Anton Salman, filwaqt li l-ieħor ingħata lil propjetarju ta’ ħanut tas-souvenirs fil-qalba ta’ Misraħ il-Maxtura , is-Sur Rony Tabash li assista lill-Artist waqt il-produzzjoni ta’ dawn il-kwadri. 

Ħajr speċjali jingħata ukoll lis -Sur Jiries Qumsiyeh, is-Sa Henriette Rabba u s-Sur Issa Juha għall-għajnuna tagħhom waqt dan il-proġett.​ 


Crib.jpg 



80751828_10212984736128238_5009701926237896704_o.jpg



Mario Cassar Beit Jala.jpg 
 


With Children of Beit Sahour.jpg 
 ​