Malta tipparteċipa fil- “Jum Palestinjan għaż-Żrigħ tas-Siġar” fil-Governat ta’ Ramallaħ

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Nov 29, 2019
 

Nhar il-Ħamis 21 ta’ Novembru 2019, il-Kap tal-Uffiċċju Rappreżentattiv tar-Repubblika ta’ Malta f’ Ramallaħ, il-Palestina, is-Sur Reuben Gauci ingħaqad ma’ sħabu il-Kapijiet tal-Missjonijiet akkreditati għall-Palestine fil- “ Jum Palestinjan għaż-Żrigħ tas-Siġar ”, taħt il-patrunaġġ tal-Prim Ministru tal-Palestina, l-E.T. Dott Muhammed Shtayyeh. Il-Prim Ministru Palestinjan indirizza lil dawk preżenti fuq l-aħħar avvenimenti politiċi.

Dan l-avveniment seħħ fil-Park Alistiklal f’Al bireħ – Ramallaħ. Għal din l-okkażjoni attendew ukoll dinjitarji Palestinijani fosthom il-Ministru għall-Affarijiet ta’ Ġerusalemm, l-E.T. Dott Fadi Arafat Hidmi, il-Ministru tas-Saħħa, l-E.T. Dott Mai al Kaila u l-Gvernatur ta’ Ramallaħ, l-E.T. Dott Laila Ghannam.

Kull pajjiż preżenti għal dan l-avveniment żergħa siġra fil-park tissimbolizza Palestina aktar  Ħadra. Ir-Rappreżentant ta’ Malta u l-Assistent tiegħu żergħu Siġra tal-Arżnu quddiem il-Prim Ministru Palestinjan li żar l-irqajja kollha fejn il-pajjiżi kienu qed jippjantaw is-siġar tagħhom.


Malta Tree in Palestine 1.jpg


Malta Tree 2.jpg


Malta Tree 3.jpg 



Malta Tree 4.jpg