Malta, il-Litwanja u s-Slovenija jagħmlu preżentazzjoni ġunta fuq il-pajjiżi rispettivi tagħhom fl-Universita’ Palestinjana ta’ An-Naġaħ f’ Nablus

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Nov 14, 2019
 

Nhar it-Tlieta 12 ta’ Novembru 2019, ir-Rappreżentanti ta’ Malta, il-Litwanja u s- Slovenia, għamlu żjara flimkien fl-Universita’ Palestinjana ta’ An-Naġaħ f’ Nablus, waqt liema żjara għamlu preżentazzjoni ġunta fuq il-pajjiżi rispettivi tagħhom u xi jfisser għal dawn il-pajjiżi li huma membri tal-Unjoni Ewropea.

Ir-Rappreżentant tar-Repubblika ta’ Malta f’ Ramallaħ, il-Palestina, is-Sur Reuben Gauci tkellem fuq il-vokazzjoni ta’ Malta li tibni l-pontijiet f’ ħdan l-Unjoni Ewropea waqt li fakkar li Malta hija l-pajjiż li jinsab l-aktar fin-Nofsinhar tal-Unjoni, liema pużizzjoni tpoġġi lil pajjiżu fit-triq tan-nofs bejn il-Kontinent Ewropew fit-Tramuntana u d-dinja Għarbija fin-Nofsinhar. Waqt li semma esperjenzi mill-Istorja ta’ Malta, is-Sur Gauci aċċenna fuq id-dispożizzjoni Meditarranja  ta’ Malta, liema dispożizzjoni tagħmel lil pajjiż l-aħjar kandidat li jibni pontijiet ta’ kommunikazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi Għarab. Ir-Rappreżentant Malti tkellem ukoll fuq ir-relazzjoni bilaterali twila bejn Malta u l-Palestina.

Ir-Rappreżentanti tal-Litwanja u s-Slovenja f’ Ramallaħ, is-Sur Arturas Gailiunas u s-Sur Vojko Kuzma rispettivament, tkellmu fuq l-attitudnijiet ta’ pajjiż tal-Unjoni Ewropea mit-Trammuntana ( fil- każ tal-Litwanja ) u ta’ pajjiż tal-U.E. fiċ-Ċentru tal-Kontinent ( fil-każ tas- Slovenja ).  Huma ukoll semmew esperjenzi mill-Istorja ta’ pajjiżhom u kif dawn l-esperjenzi effettwaw r-relazzjoni tagħhom mal-pajjiżi Għarab in ġenerali u mal-Palestina in partikolari.   

Matul iż-żjara tagħhom, it-tliet Rappreżentanti iltaqgħu mal-Amministrazzjoni ta’ din l-Universita’ u ġew meħuda ukoll għal tur tal-faċilitajiet tagħha. Huma raddew ħajr lill-President tal-Universita’ An-Naġaħ, Prof. Maher Abdel Razzak Abu-Eid Natsheh u lil Board tad-Diretturi għall-ospitalita’ tagħhom. Ir-Rappreżentanti rringrazzjaw ukoll lil Dott Kherieh Rassas, il-Viċi President ta’ An-Najah għall-Iżvilupp Internazzjonali u l-Affarijiet Esterni, talli għamlet din iż-żjara possibbli.​ 


75315979_768830456875383_3060024495998763008_n.jpg


75354985_768830453542050_1941198919983693824_n.jpg


75593735_10212776612725283_7493343803978285056_n.jpg

 

77021611_10212776610565229_6177708850636914688_n.jpg