L-Akkademiku Prof John Portelli jagħmel taħdidiet f’ Universitajiet Palestinjani u jagħmel ħolqa bejn Malta u l-Palestina.

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Nov 06, 2019
 

Nhar il-31 t’ Ottubru 2019 u l-4 ta’ Novembru 2019, l-Akkademiku Malti fis-suġġett tal-Edukazzjoni, Prof John Portelli, għamel żewġ taħdidiet interrattivi fl-Universita’ ta’ Bethlehem u l-Universita’ ta’ Birzeit limiti ta’ Ramallah rispettivament. Prof Portelli kien mistieden mill-Uffiċċju Rappreżentattiv tar-Repubblika ta’ Malta f’ Ramallaħ, il-Palestina u kien megħjun mill-Kap tal-Uffiċċju Rappreżentattiv, is-Sur Reuben Gauci.

Matul it-taħdidiet tiegħu fuq it-tema “ Il-Ħsieb Kritiku u d-Demokrazija ”, Prof Portelli, li għex u ħadem bħala akkademiku fil-Kanada għal 42 sena, tkellem fuq in-narrattivi varji ta’ ħsibijiet kritiċi fil-Kontinent Ewropew u dak Amerikan, liema narrativi wasslu għal dak li nifhmu b’demokrazija llum. Prof Portelli tkellem ukoll fuq modi ġodda kif il-proċess demokratiku jista’ jiżviluppa. Matul dawn it-taħdidiet, Prof Portelli qara poeżiji bil-Malti, bl-Għarbi u bl-Ingliż, bl-involviment tal-parteċipanti, liema poeżiji kienu jittrattaw fuq l-esperjenzi tiegħu ta’ Malti waqt żjara fil-Palestina.

Matul din iż-żjara, Prof Portelli stabbilixxa kuntatt ma’ numru ta’ akkademiċi u studenti Palestinjani.

L-Uffiċċju Rappreżentattiv ta’ Malta f’ Ramallaħ, il-Palestina jixtieq jirringrazzja lil Konsulat Onorarju ta’ Malta f’ Bethlehem għall-assistenza mogħtija waqt din il-vista.   ​ 


76930064_10212725883337080_8816490625055588352_n.jpg


73212515_10212696864691632_2272449174630825984_n.jpg


73308657_10212696827290697_8802412113101324288_o.jpg


74176791_10212725882657063_2537979119614820352_n.jpg


76640171_10212724618385457_4716406357715058688_o.jpg