Dibattitu miftuħ tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ħarsien tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti fiż-żamma tal-Paċi u s-Sigurtà Internazzjonali 13 ta’ Jannar 2020

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Jan 14, 2020
 

Fit-13 ta’ Jannar, Malta pparteċipat fid-dibattitu miftuħ tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti intitolat ‘Il-Ħarsien tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti biex tinzamm il-Paċi u s-Sigurtà Internazzjonali. Dan id-dibattitu ġie organizzat mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam fil-kapaċità tagħha bħala President tal-Kunsill tas-Sigurtà.


Fi stqarrija mogħtija mill-E.T. Vanessa Frazier, Ambaxxatriċi u Rappreżentant Permanenti taMalta għan-Nazzjonijiet Uniti, Malta enfasizzat l-importanza u r-rilevanza tal-Karta tan-NU fid-dinja kontemporanja, peress li tipprovdi qafas ta sikurezza komuni għar-relazzjonijiet bejn l-istati fit-tfittxija tal-paċi u s-sigurtà. Malta tenniet l-appoġġ qawwi tagħha għas-sistema multilaterali, u d-determinazzjoni tagħha li tkompli taħdem favur it-tisħiħ tagħha.


Malta kkonkludiet billi ddikjarat li l-kwistjonijiet globali jirrikjedu soluzzjonijiet globali, u li l-komunità internazzjonali teħtieġ tagħti ħajja ġdida u tiffoka mill-ġdid l-isforzi tagħha biex tikseb soluzzjonijiet dejjiema permezz tal-multilateraliżmu, li jibqa l-aħjar mod biex javvanza l-interessi personali u kollettivi.



IMG_6469.jpg