Il-parteċipazzjoni ta' Malta fid-Dibattitu Tematiku ta' Livell Għoli tal-Assemblea Ġenerali dwar "Ir-Rwol tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali fit-Tisħiħ u l-Implimentazzjoni tal-Inizjattivi għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità u r-Rispons tal-Ġustizzja

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Ġun 18, 2019
 

Fis-6 ta' Ġunju 2019, Malta għamlet dikjarazzjoni fid-Dibattitu Tematiku ta' Livell Għoli tal-Assemblea Ġenerali dwar "Ir-Rwol tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali fit-Tisħiħ u l-Implimentazzjoni ta' Inizjattivi għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità u r-Rispons tal-Ġustizzja Kriminali".

Il-Kunsillier Dr Terence Sacco spjega r-rwol tal-Istitut Internazzjonali għall-Ġustizzja u s-Saltna tad-Dritt ibbażat f'Malta (IIJ): wieħed mit-tliet istituzzjonijiet ispirati mill-Forum Globali ta’ Kontra t-Terroriżmu. L-IIJ iservi bħala l-fergħa ta' implimentazzjoni għall-bini tal-kapaċità tal-prattikanti fil-ġustizzja kriminali.

L-Istitut jorganizza, fost l-oħrajn, programmi ta' taħriġ dwar il-prevenzjoni u r-rispons għat- terroriżmu, il-bini tal-kapaċità investigattiva, il-bini tal-kapaċità ġudizzjarja u tal-prosekuzzjoni, il-ġestjoni effettiva tal-ħabsijiet, u l-indirizzar tal-isfidi tar-ritorn ta' ġellieda terroristiċi barranin u l-familji tagħhom li jakkumpanjawhom.

Dr Sacco qal li huwa ċar li l-organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom jistabbilixxu sħubiji ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali oħra għall-benefiċċju tal-isforzi tal-komunità internazzjonali fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu. Din hija xi ħaġa li l-IIJ għamel u għadu qed jagħmel.​


MT event.jpg