It-Tieni Laqgħa Formali tal-Grupp ta' Ħbieb ta' Riintegrazzjoni ta' Suldati Tfal

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Mej 02, 2019
 

It-tieni laqgħa formali tal-Grupp ta' Ħbieb ta' Riintegrazzjoni ta' Suldati Tfal, li Malta hija ko-president tiegħu, ġiet imsejħa fis-26 ta' April 2019.

45 Stati Membri attendew il-laqgħa u qasmu l-esperjenzi tagħhom dwar modalitajiet ta' finanzjamenti globali, reġjonali u nazzjonali biex jiżguraw li s-suldati tfal jibbenefikaw mill-appoġġ meħtieġ biex jieħdu ħajjithom lura u jerġgħu jintegraw fil-komunitajiet tagħhom.

Waqt il-laqgħa, l-E.T l-Ambaxxatur Carmelo Inguanez issottolinea numru kbir ta’ opportunitajiet ta’ bini ta’ kapaċità li Malta toffri f’diversi oqsma. Dawn jinkludu azzjoni umanitarja, riżoluzzjoni tal-kunflitt, soluzzjoni tal-paċi, studji diplomatiċi, ġestjoni tal-wirt kulturali, liġi marittima internazzjonali u sigurtà tal-Mediterran. Barra minn hekk, żied jgħid l-Ambaxxatur Inguanez, Malta qed tivvaluta l-possibilitajiet li tkabbar il-firxa ta' programmi fis-settur edukattiv partikolarment dawk relatati mal-prevenzjoni tal-kunflitt u studji speċifiċi ta' riintegrazzjoni mill-ġdid ta' suldati tfal.

Ir-Rappreżentant Speċjali għat-Tfal u l-Kunflitti Armati Virginia Gamba u l-UNICEF ipprovdew aġġornament dwar il-pjan direzzjonali tal-Koalizzjoni Globali għar-Reintegrazzjoni ta' Suldati Tfal.

L-Ambaxxatur Inguanez kien akkumpanjat mill-Counsellor Dr Terence Sacco.​


Photo csoldiers.jpeg