Anniversarju tal-firma tal-Karta tan Nazzjonijiet Uniti fis-26 ta’Gunju 1945

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Ġun 28, 2019
 
 

​Fis-26 ta' Gunju 2019, l-Ambaxxatur u r-Rapprezentant Permanenti tar- Repubblika ta' Malta Carmelo Inguanez attenda cerimonja ta' iffirmar simboliku ghar-Rapprezentanti Permanenti akkreditati ghan- Nazzjonijiet Uniti biex jigi mmarkat il-gurnata ta' meta il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti giet iffirmata f'San Francisco fis-26 ta' Gunju 1945.

 

Ghal din id-data mportanti, il-President  tal-Assemblea Generali ET Maria Fernanda Espinosa Garces invitat lir-Rapprezentanti Permanenti ta' kull Stat Membru tan-NU ghall-avveniment li jimmarka din l-okkazjoni u biex jigi varat ufficcjalment l-attivitajiet li jikkommemoraw il-75 anniversarju ta' din Organizzazzjoni  li ser ikun iccelebrat is-sena d-diehla.  Skont ir-resoluzzjoni tal-Assemblea Generali 73/299, il-75 anniversarju tan-Nazzjonijiet Uniti hi opportunita biex jiggedded l-impenn kollettiv ghall-multilateralismu. L-iffirmar simboliku tal-Ambaxxatur Inguanez jissinifika l-impenn mgedded ta' Malta lejn il-multilateralismu u lejn is-sistema bbazata fuq regoli internazzjonali.