Malta's National Day celebrated in Geneva

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Set 16, 2019
 

Nhar il-Ħamis 12 ta 'Settembru, il-Missjoni Permanenti tar-Repubblika ta’ Malta għall-Uffiċju tal-Ġnus Magħquda u Organizzazzjonijiet Internazzjonali oħra f'Ġinevra, ħejjiet kunċert u riċeviment fil-Kwartieri Ġenerali ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Propjetà Intellettwali (WIPO) sabiex tiċċelebra l-55 Anniversarju ta' l-Indipendenza ta’ Malta. Fil-kunċert daqqew il-pjanista Christine Zerafa u Philip Attard bis-sassofonu - żewġ mużiċisti Maltin rinomati li minkejja l-età żgħażugħa tagħhom, kiżbu isem fir-Renju Unit, kif ukoll eżerċitaw bħala duo f’diversi bliet fl-Ewropa u lil hinn minnha.

Is-Sur Christopher Grima, Ambaxxatur u Rappreżentant Permanenti ta’ Malta ghall-Ġnus Magħquda f’Ġinevra, fetaħ l-avveniment u introduċa vidjo messaġġ irrekordjat, imħejji għal din l-okkażjoni mill-Onor. Carmelo Abela, Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ. L-Awtorita’ Maltija Għat-Turiżmu pparteċipat ukoll billi nidhiet stand u qasmet materjal informattiv dwar Malta bħala destinazzjoni turistika.

​Għall-avveniment attendew bosta mistednin sew mill-komunità diplomatika f'Ġinevra, ċittadini Maltin li jgħixu l-Iżvizzera, kif ukoll uffiċjali mill-Aġenziji bbażati f'Ġinevra.


Photo 1.jpg


Photo 2.JPG


Photo 3.jpg