Conclusion of 33rd session of the Universal Periodic Review

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Mej 21, 2019
 

Fl-17 ta’ Mejju intemmet it-tlieta u tletin sessjoni tar-Reviżjoni Perjodika Universali, li huwa mekkaniżmu uniku tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem fejn l-Stati Membri tal-Ġnus Magħquda jiġu eżaminati f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem. Il-Missjoni Permanenti ta' Malta għall-Ġnus Magħquda ġewwa Ġinevra ħadet sehem fl-eżamijiet tal-Albanija, Brunej, Kosta Rika, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, l-Etjopja, il-Portugall u n-Nikaragwa u irrikkmandat li titjieb is-sitwazzjoni tad-drittijiet tat-tfal, tiġi mħarsa iżjed is-sitwazzjoni tal-aktar gruppi vulnerabbli, speċjalment il-komunità LGBTI, jissaħħu miżuri kontra l-vjolenza fuq in-nisa kif ukoll tiżdied il-libertà tar-reliġjon jew twemmin.​


IMG_20190514_092521.jpg