L-Ambaxxatur ta' Malta ghas-Slovakkja iltaqa' ricentement mas-Segretarju tal-Istat ghall-Intern fil-kapitali Bratislava, Dott Michal Bagacka

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Ott 28, 2019
 

L-Ambaxxatur ta' Malta ghas-Slovakkja iltaqa' ricentement mas-Segretarju tal-Istat ghall-Intern fil-kapitali Bratislava, Dott Michal Bagacka. Dan stqarr sodisfazzjon ghall-laqgha ta' interess dwar ir-relazzjonijiet bejn iz-zewg pajjizi u specjalment apprezza l-espressjoni ta' 'building bridges' jew 'kostruzjoni ta'-pontijiet'. Din il-kostruzzjoni issa ilha attiva ghal diversi snin, minn mindu Dott Licari gie mahtur Ambaxxatur ghas-Slovakkja fejn  ghamel  kuntatti u inizjattivi ta' hbiberija diplomatika ma' diversi oqsma tas-socjeta' Slovakka. Fil-fatt, id-Deputat Ministru tal-Intern Slovakk, esprima x-xewqa li l-koperazzjoni bejn iz-zewg pajjizi 'tkompli tkun kostruttiva u pozittiva f'kull livell fil-futur.' 

Id-Deputat Ministru Bagacka fl-ahharnett stieden lill-Ambaxxatur Licari izur il-belt ta' Banska Bystrca minn fejn gej hu, biex jurih iz-zona u jlaqqghu mal-Kunsill Municipali u awtoritajiet lokali u oqsma kummercjali ohrajn.​


Licari.jpg