Il-President tar-Repubblika jattendi it-80 Anniversarju Kommemorattiv li jfakkar il-Bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija, li nzamm f’Varsavja

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Set 05, 2019
 

Bejn il-31 ta’ Awwissu u t-2 ta’ Settembru, il-President tar-Republika, l-Eccellenza Tiegħu Dott. George Vella, mexxa delegazzjoni f’Varsavja fl-okkazjoni tal-Kommemorazzjoni tat-80 Annivesrarju mill-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija. 

Għal din l-okkazjoni attendew ‘l fuq minn 40 delegazzjoni li jiffurmaw parti mill-Unjoni Ewropeja, in-NATO u mill-Eastern Partnership.

Wara l-wasla tiegħu f’Varsavja, il-President tar-Repubblika attenda riċeviment organizzat mill-Ambaxxata ta’ Malta f’Varsavja, fir-residenza ufficjali tal-Ambaxxatur ta’ Malta fil-Polonja, Dr. John Paul Grech, għaċ-ċittadini Maltin li jgħixu fil-Polonja.  L-Eccellenza Tiegħu il-President George Vella kellu l-opportunita sabiex jiltaqa mal-membri tal-komunita Maltija li tghix f’partijiet differenti fil-Polonja, sa minn Poznan, Krakovja jew Varsavja, fost l-ohrajn, u jisma l-isfidi ta’ kuljum li jiltaqgħu magħhom id-diaspora Maltija li tgħix barra minn xtutna.

Nhar l-1 ta’ Settembru, l-Eccellenza Tiegħu l-President tar-Repubblika ippartecipa fiċ-ċeremonja li nzammet fi’ Pjazza Pilsudski, fic-centru ta’ Varsavja.  Il-Kapijiet tad-Delegazzjoni kien imħabbra individwalment u ġew milqugħa mill-President tar-Repubblika tal-Polonja, l-ET Andrzej Duda.  Prinċipalment, ic-ceremonja kienet tikkonsisti fi tlett diskorsi importanti u mqanqla li saru mill-President tar-Repubblika tal-Polonja; mill-President tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-ET Frank Walter Steinmeier u mill-Viċi President Amerikan, Mike Pence.  Fid-diskorsi tagħhom saħqu dwar l-importanza li ħadd ma jinsa il-vittmi w t-traġedji li ħallew warajhom iż-żewġ gwerer dinijin kif ukoll dwar il-bżonn li l-pajjizi kollha jibqgħu viġilanti sabiex jiġi evitat kull attentat politiku li jistgħu jressqu lid-dinja lejn xifer ta’ gwerra oħra.

Wara dawn it-tlett diskorsi mqanqla, kull Kap tad-Delegazzjoni ġie msejjaħ sabiex idoqq il-qanpiena  kommorattiva.  Iċ-ċeremonja ntemmet billi l-Kapijiet tad-Delegazzjoni taw ġieħ lill-Qabar tas-Suldat Mhux Magħruf fl-isfond tas-salut ta’ 21 tir ta’ kanun.

Nhar it-2 ta’ Settembru, l-Eċċellenza Tiegħu l-President tar-Repubblika żar il-Palazz Wilanow kif ukoll l-ġonna ta’ madwaru.  Hu ġie milqugħ mid-Direttur tal-Palazz. Flimkien mad-delegazzjoni tiegħu, il-President tar-Repubblka ngħata tour mas-swali tal-Palazz kif ukoll tal-ġonna tal-madwar, inkuza spjegazzjoni dettaljata tal-istorja tal-Palazz kif ukoll dwar l-patrimonju artistiku li jinsab għal-wiri fil-mużew tal-istess Palazz.

Il-President tar-Repubblika w d-delegazzjoni tiegħu waslu Malta filghaxija dakinhar stess.​ 


ww2a.jpg


ww2b.jpg


ww2c.jpg


ww2d.jpg