Preżentazzjoni ta' Kredenzjali fil-Belarus

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Mej 29, 2019
 

Nhar it-Tnejn, 20 ta’ Mejju, f’Minsk, l-ambaxxatur ta' Malta ghall-Polonja, Dr. John Paul Grech, ipprezenta l-kredenzjali bhala l-ambaxxatur ta’ Malta mhux residenti ghar-Repubblika tal-Belarus lill-President tar-Repubblika tal-Belarus, l-ET Alexander Lukashenko.

Waqt ic-ceremonja li saret fil-Palazz tal-Indipendenza, il-President Lukashenko, fid-diiskors tieghu, irrefera ghar-rwol importanti ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, minkejja li hija l-izghar membru tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll ghas-success li Malta qieghda tikseb fil-qasam ekonomiku. Hu tenna l-bzonn li z-zewg pajjizi jaghrfu sewwa l-oqsma fejn tista titkabbar il-koperazzjoni bilaterali bejniethom, fosthom l-investiment.

Waqt iz-zjara qasira tieghu f’Minsk, l-Ambaxxatur Grech kellu laqgha mal-Vici Ministru Ghall-Affarijiet Barranin tal-Belarus, Evgeny Shestatov, li kien akkreditat bhala ambaxxatur ghal Malta residenti f’ Ruma qabel ma assuma l-posizzjoni presenti tieghu bhala Vici Ministru ghall-Affairijiet Barranin.  Huma ddistutew diversi oqsma tar-relazzjoni bilaterali bejn iz-zewg pajjizi, fejn gie espress il-bzonn li jitkattru dejjem aktar r-relazzjonijiet bejn iz-zewg popli, specjalment permezz tat-turizmu reciproku, kif ukoll isir sforz sabiex iz-zewg pajjizi jitghallmu minghand xulxin f’dak li ghandu x’jaqsam mal-qasam tal-Informatika. Fl-ahhar il-Vici Ministru .... informa u stieden l-ambaxxatur Grech ghall-konferenza dwar is-sigurta fl-Ewropa li ser togi organizzata flimkien mal-OSCE nhar is7-8 ta’ Ottubru. 

Fi tmiem ic-ceremonja tal-presentazzjoni tal-kredenzjali, l-ambaxxatur Grech kellu l-opportunita jiskambja diversi fehmiet mal-Ministru Ghall-Affarijiet Barranin tal-Belarus, Vladimir Makei, li minn naha tieghu, wieghed l-appogg kif ukoll d-disponibilita kollha tieghu sabiex l-impenn bejn uz-zewg pajjizi, jissahhah.


Belarus presentation of credentials with President Lukashenko.jpg

With the President of the Republic of Belarus, H.E. Alexander Lukashenko 


Belarus presentation of credentials meeting with Deputy Foreign Minister Evgeny Shestakov 1.jpg


Belarus presentation of credentials meeting with Deputy Foreign Minister Evgeny Shestakov 2.jpg 

With the Deputy Foreign Minister of the Republic of Belarus, Evgeny Shestatov