L-Ambaxxatur ta’ Malta fil-Polonja jiddiskuti l-politika barranija u l-ekonomija ta’ Malta mal-istudenti tal-‘European Academy of Young Diplomats’ fil-Polonja

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Lul 02, 2019
 

Nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ Ġunju, grupp ta’ studenti li bħalissa jinsabu jsegwu studji fil-qasam tad-diplomazija fil-‘European Academy of Young Diplomats’ (EAYD) ġewwa Varsavja, gew mistiedna fir-residenza uffiċjali ta’ Malta fil-Polonja, fejn flimkien mal-Ambaxxatur ta’ Malta fil-Polonja, Dr. John Paul Grech, iddiskutew l-objettivi prinċipali tal-politika barranija ta’ Malta kif ukoll l-ekonomija tagħha.

Il-‘European Academy of Young Diplomats’ (EAYD) huwa programm ta’ studju fid-diplomazija ‘ post-graduate’ li tipprepara ġenerazzjoni ġdida ta’ mexxejja, permezz ta’ studji annwali innovattivi u li fl-ahhar tiegħu jingħata Diplomat Ezekuttiva fl-Arti tad-Diplomazija.  Din l-Akkademja hija assoċjata mill-qrib mal-Fondazzjoni ‘Casimir Pulaski’ li kull sena torganizza l-hekk imsejjaħ ‘Warsaw Security Forum’ (WSF).

L-Ambaxxatur Grech ta’ ħarsa qasira lejn l-evoluzzjoni tal-politika barranija ta’ Malta sa mill-Indipendenza l’hawn , fejn spjega r-rwol ta’ Malta, li bħala pajjiz newtrali u fil-funzjoni ta’ ‘bridge-builder’ u  intermedjarju onest, li jgawdi fiduċja u rispett, serviet tul is-snin bħala pont bejn l-Ewropa, l-Afrika ta’ Fuq u d-Dinja Għarbija. Marra min hekk, is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, il-Kunsill tal-Ewropa, l-OSCE w l-Ġnus Magħquda servew sabiex, bħala gzira zgħira, sitwata f’posizzjoni ġeografika strateġika, offriet lilha nnifisha bħala pjattaforma ta’ djalogu, paċi u progress socjali, sabiex tiġi xprunata id-dimensjoni Mediterranja f’dawn l-istituzzjonijiet kollha u b’hekk tpoġġi f’perspettiva ċara, il-vokazzjoni internazzjonali tagħha.

L-Ambaxxatur Grech ta’ ħarsa ukoll lejn is-setturi prinċipali tal-ekonomija ta’ Malta, l-indikaturi ekonomiċi kurrenti kif ukoll ir-raġunijiet li għenu sabiex Malta llum qieghda tirreġistra it-tkabbir ekoniomiku prezenti.  L-istudenti, li huma minn pajjizi Ewropej u Afrikani differenti, ipparteċipaw permezz ta’ mistoqsijiet u interventi dwar, fost l-ohrajn, il-politika Ewropea dwar il-migrazzjoni u l-isfidi li qieghda tiltaqa magħhom Malta; il-bdil fil-klima u l-osservanza tal-miri tal-COP; il-futur tal-Ewropa; Brexit u l-impatt li dan jista jkollu fuq pajjiz zgħir bħal Malta b’passat kolonjali; l-kampanja ta’ Malta sabiex tassumi siġġu mhux permanenti fil-Kunsill tas-Sigurta’ tal-Ġnus Magħquda.

Aktar kmieni din is-sena, l-Ambaxxatur Grech kien stieden ukoll studenti li jinsabu jistudjaw id-diplomazija u l-ekonomija fil-‘Warsaw School of Economics’ għal te fir-residenza uffiċjali bil-għan li jferrex informazzjoni dwar l-objettivi tal-politika barranija ta’ Malta qalb diplomatiċi u professjonisti  zagħzagħ li jinsabu jistudjaw d-diplomazija fil-Polonja.​


youngdiplomats1.jpg 



youngdiplomats2.jpg