L-Ambaxxata ta’ Malta fil-Polonja tipparteċipa fi ‘Trade and Media Event’ ma’ l-Awtorita Maltija tat-Turiżmu, f’Varsavja

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Ott 14, 2019
 
Nhar l-10 ta’ Ottubru, fuq stedina tal-Awtorita Maltija tat-Turiżmu (MTA), l-ambaxxatur ta’ Malta fil-Polonja, Dr. John Paul Grech, għamel id-diskors tal-ftuħ waqt ‘ Malta Tourism Trade and Media Event’ li nżamm fir-Regent Hotel Warsaw, Varsavja.

L-attivita – organizzata mtella mill-Awtorita Maltija tat-Turiżmu (MTA) – kienet indirizzata lejn stakeholders fl-industrija tat-turiżmu w l-media li joperaw f’Varsavja, madwar il-Polonja u lill’hin, fl-Ewropa Ċentrali.


Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Awtorita Maltija tat-Turiżmu (MTA), Dr. Gavin Gulia, għamel id-diskors tal-egħluq, filwaqt li r-rapprenzentant tal-MTA fil-Polonja, Ms. Emilia Kubik, ghamlet presentazzjoni.  Huma t-tnejn saħqu dwar iż-żieda sinifikanti li giet registrat mis-suq Pollakk lejn il-gżejjer Maltin f’dawn l-aħħar snin, fejn ġie rappurtat li filwaqt li fl-2018, żaru l-gzejjer Maltin ‘l fuq minn 96,000 turist Pollakk, ġiet registrata żieda ta’ 9.2% bejn Jannar u Lulju tal-2019 meta kkomparat mal-istess perjodu tal-2018, biex b’hekk is-suq Pollakk issa jinsab is-sitt l-akbar suq ta’ turisti barranin li jżuru Malta.  


Minn naħa l-oħra, indikaturi staġjonali preżenti juru li t-turist Pollakk jivvjaġġa lejn Malta matul is-sena kollha, kemm matul l-istaġun tas-sajf, kif ukoll matul ix-xhur l-oħra tas-sena.  Issemma l-fatt li jibqa jeżisti aktar skop sabiex jibqa jiġi promoss l-istudju tal-lingwa Ngliża fil-gżejjer Maltin, is-settur tal-isport ta’ qiegħ il-bahar kif ukoll is-settur tal-MICE (konferenzi) minħabba l-fatt li Malta qiegħda kull ma jmur issir destinazzjoni aktar u aktar popolari mas-suq tat-turiżmu Pollakk.


Fid-diskors tal-ftuħ, l-ambaxxatur Grech għamel aċċenn għar-relazzjonijiet bilaterali b’saħħithom li jeżistu bejn il-Polonja u Malta, fl-oqsma politiċi, ekonomiċi, ta’ kummerċ u kulturali, kif jidher mill-viżiti frekwenti li kellhom diversi dinjitarji Maltin fil-Polonja f’dawn l-aħħar xhur.  Huwa rrefera ghall-involviment w l-koperazzjoni attiva taż-żewġ pajjiżi fi ħdan l-Unjoni Ewropea kif ukoll għall-impenn tagħhom it-tnejn sabiex jiġi protett u jitmexxa l-quddiem il-proġett Ewropew.  L-ambaxxatur Grech irrefera għall-Valletta 18, fejn għal sena sħiħa, il-belt Valletta assumiet ir-rwol prestiġjuż tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura, li apparti li hija esperjenza kulturali unika, offriet lill-gżejjer Maltin, viżibilita mondjali u prominenza bħala destinazzjoni kulturali.


L-ambaxxatur Grech aċċenna ukoll għall-importanza ta’ Malta bħala destinazzjoni ta’ eċċellenza għal dak li għandu x’jaqsam mat-tagħlim tal-Ingliż bħala lingwa barranija.  Huwa spjega il-merti w l-vantaġġi li toffri Malta f’dan ir-rigward, kemm minħabba l-klima pjacevoli kif ukoll għall-prezz li wieħed jispiċċa jhallas għal dan is-servizz.  L-ambaxxatur Grech semma ukoll żewġ setturi oħra turistiċi li għandhom potenzjal – il-MICE w t-turiżmu reliġjuż – u kif ċerti similaritajiet bejn Malta w l-Polonja jistgħu jkomplu jsaħħu prospetti ta’ turiżmu bejn iż-żewġ pajjizi f’dawn iż-zewġ setturi speċifiċi.  Fl-aħħarnett, l-ambaxxatur Grech irrefera għall-ispirtu ta’ kollaborazzjoni li jeżisti bejn l-ambaxxata ta’ Malta fil-Polonja w l-Awtorita Maltija tat-Turiżmu.


Wara l-preżentazzjonijiet, dawk preżenti involvew ruħhom f’networking u konsultazzjonijiet bejniehthom u mal-uffiċjali tal-MTA, mac-Chairman tal-MTA u l-ambaxxata, fejn ġie offrut lilhom  riċeviment.


a.jpg

 L-Ambaxxatur Grech waqt id-diskors tal-ftuħ



b.jpg

 Ir-Rapprezentant tal-MTA fil-Polonja, Ms. Emilia Kubik, waqt il-preżentazzjoni tagħha dwar it-   turiżmu bjen Malta w l-Polonja.



c.jpg

 L-Ambaxxatur Grech, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-MTA, Dr. Gavin Gulia,  is-Senior Manager, MTA   responsabbli mill-Polonja, is-Sur John Mary Attard, flimkien ma wiehed mill-operaturi turistiċi   ewlenin fil-Polonja.