L-Ambaxxata ta’ Malta f’Varsavja - il-Polonja - tiċċelebra l-Jum Nazzjonali ta’ Malta

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Set 27, 2019
 

L-ambaxxata ta’ Malta f’Varsavja, iċċelebrat il-Jum Nazzjonali ta’ Malta b’riċeviment li nżamm fil-Hotel Regent ġewwa Varsavja, nhar it-Tnejn 23 ta’ Settembru.

Jattendu għal dan ir-riċeviment kien hemm Ministri u Segretarji tal-Istat Pollakki; numru kbir ta’ ambaxxaturi residenti f’Varsavja u membri tal-korp diplomatiku; uffiċjali għolja minn diversi Ministeri u mill-Kamra tal-Kummerċ; entititajiet kulturali prominenti; membri tal-komunita tal-kummerċ; operaturi prinċipali fl-industrija tat-turiżmu li joperaw fil-Polonja; konsli onorarji għal Malta kif ukoll l-komunita’ Maltija li tgħix fil-Polonja.

L-ambaxxatur ta’ Malta fil-Polonja, Dr. John Paul Grech, għamel diskors qasir għall-okkazjoni.  Huwa aċċenna għar-relazzjonijiet bilateral b’saħħithom li ilhom jeżistu bejn Malta w l-Polonja għal dawn l-aħħar 48 sena.  Huwa rrefera għas-sisien sodi ta’ konsultazzjonijiet politiċi, koperazzjoni ekonomika u interazzjoni kulturali li jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi, f’kull livell, kemm bilateralment kif ukoll fuq il-front multilaterali. 

Huwa semma iż-żieda sinifikanti tat-turizmu Pollakk lejn il-gżejjer Maltin, f’dawn l-ahhar snin, li issa laħaq iċ-ċifra ta’ kważi 100,000 turist fis-sena, ċifra li tpoġġi t-turiżmu Pollakk fis-sitt post tal-aktar destinazzjoni li żżur il-gżejjer Maltin matul is-sena.

L-ambaxxatur Grech ffoka ukoll fuq s-suċċessi ekonomiċi li l-Gvern Malti wettaq f’dawn l-aħħar snin, fejn sa’ l-aħħar tal-2018, ġie reġistrat tkabbbir ekonomiku ta’ 5.8%, filwaqt li fl-istess perjodu, il-qagħad naqas għal 3.9%.  Huwa semma li ċ-ċifri preżenti għas-sena 2019 u indika li jidhru pożittivi ħafna.

L-ambaxxatur Grech rrefera għall-vokazzjoni internazzjonali ta’ Malta, dik li sservi ta’ interlokutur fdat fir-relazzjonijiet bejn l-Ewropa u l-pajjizi tan-Nord ta’ l-Afrika, kif ukoll bejn l-Ewropa w d-Dinja Għarbija, fejn, b’mod konsistenti tul is-snin, Malta dejjem irsistiet sabiex tinżamm għolja l-attenzjoni internazzjonali fuq d-dimensjoni Mediterranja.

L-Ambaxxata wriet il-‘video clip’ ppreżentat mill-Ministru Għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor. Carmelo Abela, fuq screen kbir pprovdut għall-okkazzjoni. Il-‘video’ ntlaqa’ tajjeb ħafna u ġġerera rispons pożittiv minn dawk preżenti. ​ 


natday1.jpg 



natday2.jpg



natday3.jpg 
 


natday4.jpg 
 


natday5.jpg