L-Ambaxxatur ta’ Malta fil-Polonja jżur l-istand tal-Awtorita ta’ Malta għhat-Turiżmu (MTA) waqt l-‘Warsaw TT International Travel Fair’

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Nov 29, 2019
 

Nhar il-21 ta’ Novembru, l-Ambaxxatur ta’ Malta fil-Polonja, Dr. John Paul Grech, żar l-istand tal-Awtorita Maltija ghat-Turiżmu (MTA) waqt it-28 edizzjoni tal-International Travel Show TT Warsaw’, li nżammet bejn il-21-24 ta Novembru.

Din is-sena, aktar minn 500 esebitur minn 53 pajjiz differenti pparteċipaw tul dawn it-tlett ijiem tal-Fiera tat-Turiżmu gewwa l-belt kapitali Pollakka. 

L-Ambaxxatur Grech esprima s-sodisfazzjon tiegħu mar-rapprezentanti tal-Awtorita Maltija ghat-Turizmu, wara li l-organizzaturi tal-Fiera rrikonoxxew l-impenn tal-operaturi kollha Maltin involuti fl-operat tat-turizmu bejn Malta w l-Polonja u ppremjaw lil Malta bit-titlu tal-aqwa destinazzjoni turistika attiva fil-Polonja’ - ‘Best Active Tourism Destination in Poland’.

L-Ambaxxatur Grech saħaq li dan huwa rikonoxximent tax-xogħol siewi li twettaq mill-awtoritajiet Maltin f’dan is-settur, f’suq daqstant promettenti u li qiegħed dejjem jikber. Huwa tenna li dan l-premju għandu jiġġenera inkoraġġiment lil dawk kollha involuti f’dan il-qasam sabiex wiehed ifittex li jaħdem dejjem aktar sabiex jizdied it-turizmu bejn il-Polonja w l-gzejjer Maltin.​


efew1.jpg