L-Ambaxxatur ta’ Malta fil-Polonja jingħaqad mad-delegazzjoni Maltija fi Gliwice, il-Polonja, sabiex jagħti sostenn lill-kantanta zagħzugħa Maltija, Elania Gomez Blanco, fil-‘Junior Eurovision Song Festival’

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Nov 29, 2019
 

Nhar l-24 ta’ Novembru, l-ambaxxatur ta’ Malta fil-Polonja, Dr. John Paul Grech, ingħaqad mad-delegazzjoni Maltija mill-Public Broadcasting Services (PBS), immexxija miċ-Chairman, is-Sur Tonio Portuguese, fi Gliwice, Silesija ta’ fuq, sabiex joffri l-appoġġ sħih tiegħu lill-kantanta zagħzugħa Maltija, Elania Gomez Blanco, li rrapprezentat lil Malta fis-17 il-edizzjoni tal-‘Junior Eurovision Song Contest’.

Huwa estenda kliem ta’ kuraġġ lill-kantanta Maltija, li hija studenta f’livell sekondarju mill-Hamrun, kif ukoll radd ħajr lit-tim kollu li assistiha fil-preparamenti li wasslu għall-parteċipazzjoni tagħha f’dan il-konkors prestiġġjuż Ewropew.

Huwa esprima l-ħsieb li l-parteċipazzjoni tat-talent artistiku Malti f’konkorsi internazzjonali mhux biss joffru opportunita lill-artisti sabiex jiżvilluppaw t-talenti personali tagħhom, izda jgħinuhom ukoll sabiex jiksbu esperjenzi minn artisti ta’ pajjizi ohra li permezz taghhom, jtejbu l-livell personali.  Barra minn hekk, kull partecipazzjoni attiva f’dawn il-livelli, torbot sħiħ mal-kunċett tad-diplomazija kulturali li jħaddan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, fejn permezz tal-arti w l-kultura, isem pajjizna u l-interessi nazzjonali tagħna, jiġu promossi barra minn xtutna.​ 


efew2.jpg