L-Ambaxxatur ta’ Malta fil-Polonja jinawgura wirja ta’ pittura tal-artist Malti, Gabriel Buttigieg, fl-Armerija tal-Akkademja tal-Arti ta’ Gdansk, il-Polonja.

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Ott 14, 2019
 
Nhar it-8 ta’ Ottubru, l-ambaxxatur tar-Republika ta’ Malta fil-Polonja, Dr. John Paul Grech, inawgura esebizzjoni ta’ pittura tal-artist Malti, Gabriel Buttigieg, fl-Armerija ta-Akkademja tal-Arti, fil-Gdansk, il-Polonja.  Il-wirja se tibqa miftuha sal-24 ta’ Ottubru. 

L-Akkademja tal-Arti fil-Gdansk tilqa ‘l fuq minn 1000 student tal-Arti, fil-livelli akkademici kollha u ghandha ‘l fuq minn 150 akkademiku jahdmu.

Intitolata: ‘The Beach’ – l-esebizzjoni giet organizzata mill-ambaxxata ta’ Malta fil-Polonja, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Malti Ghall-Arti (ACM); tal-Akkademja tal-Arti ta’ Gdansk, il-konsolat onorarju ta’ Malta fi Gdynia u sponsors ohra.

Il-Professur Vince Briffa, Kap tad-Dipartiment tal-Istudji tal-Arti Digitali u Vici Dekan tal-Fakulta tal-Media fl-Universita ta’ Malta, huwa l-kuratur tal-esebizzjoni.

Il-katalgu tal-esebizzjoni jinkludi sensiela ta’ kitbiet specjalizzati dwar aspetti varji tat-temi li jmissu mal-esebizzjoni, miktuba mill-Professur Vince Briffa; l-Ambaxxatur John Paul Grech; il-Kap tad-Dipartiment tal-Psikologija fl-Universita ta’ Malta, Dr. Greta Darmanin-Kissaun u minn Joe Farrugia, Lecturer fil-‘Visual Literacy for Marketers’ fl-Universita’ ta’ Malta.

Fid-diskors tieghu, l-Ambaxxatur Grech irrigrazzja lill-Kunsill Malti Ghall-Arti; l-Akkademja tal-Arti ta’ Gdansk; il-Konslu Onorarju ta’ Malta fi Gdynia, Slawomir Kalicki kif ukoll sponsors ohra ghal-kontribut siewi ta’ kulhadd li minghajru din l-esebizzjoni ma setghet qatt tittella.  Huwa tkellem dwar il-bzonn li l-pajjizi jikkoperaw aktar fi progetti kulturali u artistici bejniethom biex permezz t’hekk, jigi mqajjem gharfien dejjem akbar tal-wirt artistiku u kulturali taghhom lkoll. Huwa sahaq kif dan jorbot sew mall-progett tad-diplomazija kurturali tal-Ministeru ghall-Affarijiet Barranin u Kummerc kif ukoll mal-program ta’ xoghol mfassal mill-Ambaxxata ta’ Malta fil-Polonja.

Il-kwadri – li jikkonsistu f’xoghol originali mahdum apposta ghall din l-esebizzjoni – huma fid-daqs u jinvestigaw in-natura umana fl-intimita kollha taghha kif ukoll fir-relazzjoni taghha mal-bahar – elementi li jsibu xebh qawwi fost il-komunitajiet li jghixu qrib l-ambjent marittimu, bhal Malta u l-Gdansk.

Fil-presenza tal-Professur Vince Briffa kif ukoll dik tar-Rettur tal-Akkademja tal-Arti fi Gdansk, il-Professur Krzysztof Polkowski u l-Vici Rettur, gie miftiehem li jigi ffirmat ftehim bejn l-Universita ta’ Malta u l-Akkademja ghal skambju ta’ akkademici li jispecjalizzaw fil-qasam tal-Arti.   L-Akkademja stiednet ukoll lill-artist Garbiel Buttigieg sabiex wara li tintemm il-wirja, jirritorna Gdansk, sabiex jikkonduci ‘work shop’ ghall-istudenti tal-Akkademja tal-Arti fi Gdansk bil-hsieb li jaqsam maghhom l-esperjenzi tieghu fit-teknika tal-pittura.

L-esebizzjoni rceviet ‘press coverage’ tajjeb hafna kemm f’Malta kif ukoll fi Gdansk.

 
Art-a.jpg 



b.jpg 



c.jpg 
 
 

d.jpg