L-Ambaxxatur ta’ Malta fil-Polonja w President tal-Euro Control Route (ECR) jiddiskutu l-possibilita’ ta’ koperazzjoni multilaterali fil-qasam tal-infurzar tas-sigurta fit-trasport fuq il-kontinent Ewropew

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Lul 16, 2019
 

Sa mill-1 ta’ Lulju, il-Polonja - rapprezentata mill-Ispettorat Ġenerali tat-Trasport - assumiet il-Presidenza tal-Euro Controle Route (ECR) – numru ta’ pajizi Ewropeja li jiddiskutu s-servizzi tal-infurzar tat-trasport fuq l-art u jahdmu flimkien sabiex jtejbu it-traffiku w s-sigurta fit-toroq, jinfurzaw il-kompetizzjoni xierqa kif ukoll il-kundizzjoni socjali fit-trasport fuq l-art.

Il-President tal-Euro Control Route (ECR) – Urszula Nowinowska - ltaqgħet mal-Ambaxxatur ta’ Malta fil-Polonja, Dr. John Paul Grech u miegħu ddiskutiet l-objettivi prinċipali tal-Presidenza Pollakka tal-ECR, kif ukoll uħud mill-inizjattivi li ser jittieħdu tul dan il-mandat.

Filwaqt li spjegat li l-ħatra tagħha bħala President tal-ECR irċivietu mill-Ispettur Prinċipali tat-Trasport bl-Art fil-presenza tal-Ministru tal-Infrastruttura tal-Polonja, is-Sinjura Nowinkowska wriet interess sabiex issir taf aktar dwar kif l-awtoritajiet Maltin tat-trasport jinfurzaw ir-regoli tat-traffiku u kemm dawn iservu sabiex jissaħħu l-mizuri tas-sigurta fit-toroq, speċjalment għal dak li għandu x’jaqsam ma vetturi kbar bħal karozzi tal-linja, trakkijiet heavy duty u trailers.

Is-Sinjura Nawinkowska spjegat li wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-Presidenza Pollakka huwa li twessa s-sħubija tal-pajjizi parteċipanti tal-ECR li tagħha Malta għadha mhix membru.  Hi esprimiet x-xewqa li l-awtoritajiet Maltin jikkunsidraw jibgħatu uffiċjali attivi fil-qasam tal-infurzar tas-sigurta tat-trasport fit-toroq għal taħriġ speċjalizzat li qiegħed joffri l-Ispettorat General Pollak f’Varsavja li ser jinzamm bejn it-30-31 ta’ Lulju jew inkella f’dati oħra konvenjenti għall-awtoritajiet Maltin

Il-President il-ġdid tal-ECR stqarret li għan ieħor tal-Presidenza Pollakka hu li tinħoloq pjattaforma uffiċjali Ewropea multilaterali fejn l-Ispetturi Ġernerali tat-Trasport bl-art Ewropej jkun jistghu jiltaqgħu regolarment u jaqsmu flimkien esperjenzi, metodi effiċjenti tal-operat sabiex b’hekk tinħoloq klima ta’koperazzjoni Ewropea f’dan il-qasam hekk importanti.

Fl-ahhar nett, is-Sinjura Nawinkowska infurmat lill-Ambaxxatur Grech li l-Presidenza Pollakka beħsiebha torganizza ċeremonja f’egħluq l-20 sena mit-twaqqif tal-ECR f’Ottubru li ġej u esprimiet ix-xewqa li l-awtoritajiet Maltin jesprimu nteress li jipparteċipaw.           

L-ambaxxatur Grech esprima r-ringrazzjament tiegħu għan-nom tal-Gvern Malti għal din iz-zjara u wiegħed li jwassal il-messaġġ tal-Presidenza Pollakka sabiex Malta tikkopera aktar mill-qrib mal-ECR kif ukoll li tikkonsidra l-invit tal-Ispettorat Pollakk sabiex uffiċjali Maltin li jahdmu f’dan il-qasam jirċievu taħrig speċjalizzat fil-Polonja.  ​




ritpol.jpg