Mijiet ta’ viżitaturi jżuru l-Ambaxxata ta’ Malta waqt l-EU Open House

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Mej 17, 2019
 

Nhar is-Sibt 11 ta’ Mejju, mijiet ta’ viżitaturi żaru l-Ambaxxata Maltija f’ Washington DC waqt l-EU Open House. Id-delegazzjoni ta’ L-Unjoni Ewropeja, flimkien mat-28 Stati Membri fetħu l-bibien ta’ l-Ambaxxati tagħhom għall-pubbliku bil-għan li  jippromovu l-kulturi u dak li joffru l-pajjiżi rispettivi.

Għal din l-okkażjoni, l-Ambaxxata Maltija organizzat esebizzjoni ta’ ritratti dwar it-Tieni Gwerra Dinjija u ż-żjara tal-President Amerikan Roosevelt ġewwa Malta, kif ukoll materjal promozzjonali dwar Malta u Għawdex.

L-Ambaxxatur Keith Azzopardi u l-istaff ta’ l-Ambaxxata, flimkien ma’ membri mill-komunita’ Maltija ta’ Washington DC dawwru l-viżitaturi madwar l-Ambaxxata, kif ukoll għamlu preżentazzjonijiet fuq l-esebizzjoni u fuq il-kultura u l-wirt storiku ta’ Malta.

L-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu u Playmobil Malta kienu ta’ għajnuna kbira għall-Ambaxxata, billi fost l-oħrajn ipprovdew materjal biex jitqassam lill-pubbliku li żar l-Ambaxxata.​ 


OpenDayEur1.JPG 



OpenDayEur2.JPG


 
OpenDayEur3.JPG 
 


OpenDayEur4.JPG 
 


OpenDayEur5.JPG