Storeroom f Pariġi

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Diċ 16, 2019
 

Fil-11 ta’ Diċembru 2019, aktar minn erbgħin persuna li jħobbu il-mużika attendew għall-Kunċert ‘Jazz’, bl-isem ta’ “Storeroom f'Pariġi”. Is-serata ttellgħet mill-grupp rinomat, “Carlo Muscat Quartet”, li hu magħmul minn mużiċisti Maltin u Franċiżi, taħt it-tmexxija tas-Sur Carlo Muscat.

Dan l-avveniment ġie organizzat mill-Ambaxxata ta’ Malta fi Franza, fis-Salle de Mariages fil-Kunsill Lokali tal-Ewwel Distrett ta’ Pariġi. Dan l-avveniment ħabat mal-wasla tal-Ambaxxatur il-ġdid ta’ Malta għal Franza, l-E.T. Carmelo Inguanez.

Wara l-prestazzjoni tal-"Carlo Muscat Quartet", l-E.T. l-Ambaxxatur Inguanez irringrazzja lil dawk kollha taw il-kontribut tagħhom biex dan l-avveniment ikun wieħed ta’ suċċess u faħħar lill-mużiċisti Maltin u Franċiżi għall-wirja fenominali tagħhom.


storeroom1.jpg 



storeroom2.jpg



storeroom3.jpg 
 ....