Singing to the Unseen’ in Paris

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Diċ 07, 2018
 

Andrew Alamango u Mariele Zammit paxxew l-udjenza għal lejla mużikali f’Pariġi fil-5 ta’ Diċembru. L-avveniment sar b'kollaborazzjoni mill-qrib bejn l-Ambaxxata ta' Malta fi Franza u   (s-Sindku) tal-Ewwel Arrondissement tal-kapitali Franċiża. Il-knisja sabiħa ta' St Germain l'Auxerrois mibnija fis seklu- 15 fid-distrett ta' Louvre, ipprovdiet ambjent eċċellenti għall-ispettaklu. Is-Sindku ta’ l-Arrondissement, Francois Legaret attenda l-avveniment u tkellem dwar Malta bħala pajjiż ta’ dawl, billi għamel paragun ma’ Pariġi  li hija magħruf bħala“ la Ville Lumière ”.

Is-serata evolviet fi vjaġġ mużikali matul id-deċennji li ġab fuq quddiem il-wirt kulturali li hemm fir-reġistrazzjonijiet tal-mużika popolari Maltija. Andrew Alamango iddettalja l-memorja ta' dawn il-kanzunetti u n-nies warajhom - storja li kienet tirriskja li tintesa tmintax il-sena ilu. Il-preżentazzjoni kienet rakkont l-aktar involut ta' mużiċisti, kompożituri, poeti u kittieba ta' kanzunetti li ġew ikkuntrattati minn aġenti mużikali bbażati fil-Belt Valletta, u li telqu minn Malta għal destinazzjonijiet bħal Milan u Tuneż biex jirreġistraw il-mużika tagħhom. Ir-riċerka estensiva li dan l-proġett invovla zvolġa bis-sħieħ permezz ta l-interpretazzjoni bl-'ghana' minn Mariele Zammit u l-kapolavuri folkoristiċi li affaxxinaw lil dawk kollha preżenti.

l-Ambaxxatur Helga Mizzi  rringrazzjat liż-żewġ artisti għar-riċerka involuta fil-proġett kif ukoll il prestazzjoni  impekkabbli tagħhom, u enfasizzat l-impenn tal-Ambaxxata lejn proġetti ta' din in-natura, li jġibu approċċ innovattiv għall-kultura u l-folklor tradizzjonali Malti.

L-avveniment sar bis-saħħa tal-Fond tad-Diplomazija Kulturali, li jippermetti lill-Ambaxxatti barra minn Malta jorganizzaw avvenimenti kulturali, kif ukoll bl-għajnuna tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu.​




CDF_Unseen-10.jpg



CDF_Unseen-108.jpg