L-Ambaxxatur ta’ Malta għal Franza ippreżenta l-ittri ta’ Kredenzjali lill-President Macron

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Diċ 17, 2019
 

Fl-10 ta’ Diċembru, E.T. is-Sur Carmelo Inguanez ippreżenta l-ittri ta’ Kredenzjali lill-President tar-Repubblika Franċiża Emmanuel Macron, li akkreditawh bħala Ambaxxatur ta’ Malta għar-Repubblika Franċiża. Iċ-ċerimonja saret fil-Palazz Élysée, fil-preżenza tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Jean-Yves Le Drian.

Fid-diskors tal-ftuħ tiegħu, il-President Macron iddikjara li l-komunità globali għandha toħloq il-kundizzjonijiet għal relazzjonijiet u ftehim tajba. Id-dinja qed tiffaċċja bosta sfidi li għandhom jiġu indirizzati fuq livell internazzjonali. L-Ewropa, b'mod partikolari, qed tiffaċċja sfida fid-demokrazija, li jeħtieġ li nsaħħu l-ekwilibriju.

Huwa tenna li Franza tibqa' sostenitur tal-multilateraliżmu. Franza tagħti ħafna importanza għall-bidla fil-klima u l-ambjent. Prijoritajiet oħra jinkludu: i) azzjoni kontra t-terroriżmu u tishieh tas-sigurtà; ii) l-iżvilupp ekonomiku; u iii) l-investiment fl-edukazzjoni u s-saħħa.

F'udjenza privata qasira, il-President Macron irrefera għall-oqsma li ż-żewġ pajjiżi għandhom bżonn ikomplu jaħdmu specjalment il-kooperazzjoni fil-Mediterran, rikostruzzjoni Ewropea u aktar kollaborazzjoni dwar il-migrazzjoni.

L-Ambaxxatur Inguanez irringrazzja lill-President Macron għall-inizjattivi li diġà ttieħdu minn Franza u afferma l-appoġġ kontinwu ta’ Malta għal dawn l-isforzi Franċiżi.


2019-12-10-191751-elyse-remise-lettres-de-crance_49202660258_o.jpg


2019-12-10-191751-elyse-remise-lettres-de-crance_49202659568_o.jpg