Ikkuntattjana:
 
 Indirizz
Embassy of Malta in Paris
23 rue d'Artois, (2nd floor), 75008 Paris, France 
 
 Telefown
(+33) 01.56.59.75.90
 
 VOIP (Iċċempel minn Malta)
22048750

 Fax
(+33) 01.45.62.00.36

 Indirizz Elettroniku

L-Ambaxxatur

​​Biografija

Ambaxxatur Carmelo Inguanez

 

Carmelo Inguanez beda fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fl-1987 bhala ufficcjal inkarigat mill-Kunsill tal-Ewropa u tal-Organizzazjoni dwar is-Sigurta u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE), fejn wara serva bhala Kap ta’ din is-Sezzjoni. Bejn l-1990 u l-1995 hu serva bhala First Secretary fl-Ambaxxata ta’ Malta u d-Delegazzjoni Permanenti ta’ Malta ghall-KE fi Bruxelles. Wara mar bhala Counsellor fl-Ambaxxata ta’ Malta gewwa Tunis fejn dam sal-1998.

 

Mar-ritorn tieghu f’Malta hu serva f’diversi posizzjonijiet gewwa l-Ministeru. Kien Assistent Direttur fl-Ufficcju tas-Segretarju Permanenti u waqt in-negozjati ta’ Malta biex tissieheb fl-Unjoni Ewropeja, hu kien issekondat fl-Ufficcju tan-Negozjati tal-Unjoni Ewropeja fi hdan l-Ufficcju tal-Prim Ministru bhala EU Negotiations Co-ordinator (External Co-ordination). Fl-2003 hu gie mahtur Direttur tal-Protokoll u Serivzzi Konsulari. Bejn l-2006 u l-2009 hu serva bhala Direttur Generali tal-Affarijiet Ewropej u Ekonomici.

 

Fil-2009 Carmelo Inguanez gie mahtur Ambaxxatur ta’ Malta ghall-Federazzjoni Russa.  Fl-2011 hu gie mahtur Ambaxxatur ta’ Malta ghall-Italja u ghall-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura gewwa Ruma (FAO).  F’Lulju tal-2013 hu gie  mahtur Ambaxxatur ta’ Malta ghat-Tunezija. Mill-1 ta’ Lulju tal-2016 hu serva bhala Rapprezentant Permanenti ta’ Malta ghan- Nazzjonijiet Uniti fi New York. Fit-8 ta’ Dicembru hu gie mahtur Ambaxxatur ta’ Malta ghal Franza.

 

Carmelo Inguanez hu gradwat mill-Universita ta’ Malta fl-Amministrazzjoni Pubblika (Honours) 1980 -85. Ghandu diploma post-graduate fi studji specifici dwar servizzi barranin (ligi internazzjonali, kummerc u finanzi internazzjonali, u  politika internazzjonali) mill-Universita ta’ Oxford (Green Templeton College 1987-88), u Master’s degree fil-Public Management  mill-Universite Libre de Bruxelles (ULB) 1990-91. Fl-2002 hu segwa kors (short term) ta’ specjalizzazzjoni dwar l-Unjoni Ewropeja fl-Ecole Nationale d’Adminsitration (ENA) go Parigi.

 

Matul il-karriera diplomatika tieghu Carmelo Inguanez inghata diversi dekorazzjonijiet li jinkludu Grande Ufficiale Ordine al Merito della Repubblica Italiana, Officer of the Order of the Three Stars of the Republic of Latvia, Member of the Order of the Cross of Terra Mariana III class of the Republic of Estonia, Officer of the Order of the Republic of Tunisia, u Commander of the Order of Merit of the Republic of Cyprus. Hu kien ukoll moghti il-Medalja mill- Ministeru tal-Affarjiet Barranin Russu ghal “The Contribution to International Cooperation”.


Carmelo Inguanez twieled fis-19 ta’ Dicembru 1961 f’Birkirkara Malta. Hu mizzewweg lill-Odile Sammut u ghandhom tlett itfal.