Avveniment għall-Maltin ġewwa Madrid

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Jan 08, 2020
 

L-Ambaxxatur ta’ Malta fi Spanja, Dr Vanni Xuereb u r-raġel tiegħu Charlò Baldacchino ospitaw attività ghall-kominita’ Maltija fi Spanja u l-familji tagħhom fl-okkażjoni tal-festi tal-Milied. L-attività saret fil-5 ta’ Jannar fir-residenza tal-Ambaxxatur ġo Madrid u ħabtet mal-Cabalgata de los Reyes Magos – parata li ssir kull sena fil-Paseo de la Castellana, it-triq fejn tinsab ir-residenza tal-Ambaxxatur, biex tfakkar il-festa tal-Epifanija. Dawk preżenti setgħu jaraw din il-parata mill-gallarija tar-residenza. Kellhom ukoll l-opportunità li jduqu ikel tradizzjonali tal-Milied Malti u Spanjol li pprepara s-sur Baldacchino. L-Ambaxxatur Xuereb, is-sur Baldacchino u l-First Secretary Francesca D’Amato ħadu l-okkażjoni biex jawguraw is-sena t-tajba lil dawk kollha preżenti.​ 


IMG_6666.jpeg


IMG_6667.jpeg


IMG_6671.jpeg


IMG_6686.jpeg


IMG_6690.jpeg


IMG_6711.jpeg
...