Malta rappreżentata fis-serata leġġendarja Stallwächter f'Berlin

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Lul 29, 2019
 

L-ambaxxata ta' Malta ħadet sehem bi stand fis-serata leġġendarja ‘Stallwächter’ li tkun organizzata mill-istat federali ta' Baden-Württemberg kull sena ġewwa Berlin. Il-Prim Ministru u l-Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej u Internazzjonali ta' Baden-Württemberg jistiednu madwar 1500 persuna magħrufa għal din l-attivita’ fir-rapprezentanza tal-istat federal fil-kapitali Ġermaniża. Fost il-mistiedna, jkun hemm politikanti, deputati tal-Bundestag, membri tal-korp diplomatiku, rappreżentanti għolja mis-settur ekonomiku, fosthom imprendituri ewlenin mill-istat ta’ Baden-Württemberg, kif ukoll persuni mill-oqsma tat-teatru, film,  tat-TV u tal-media.

Membri mill-istaff tal-ambaxxata ħadu ħsieb l-istand li tħejja bl-għajnuna tal-uffiċċju tal-MTA fi Frankfurt. Il-mistiedna kellhom l-opportunita’ iduqu ġbejniet, galletti, diversi pastini bil-lewz u Kinnie. Waqt li kienu fl-istand saqsew ħafna domandi dwar Malta bħala destinazzjoni turistika, l-ikel tradizzjonali Malti u aspetti kulturali. Film li juri l-attrazzjonijiet ta’ Malta kien qiegħed jintwera regolarment waqt is-serata. Malta kienet wieħed minn 23 pajjiż tal-UE li ħadu sehem fis-serata. 




IMG_3236.jpg



Photo.EU.countries.together.jpg