IKKUNTATJANA:
 
 Indirizz
 
Ambaxxata ta' Malta
Klingelhöferstraße 7,
D-10785 Berlin

 Telephone
+49 (0)30 - 263 91 10
 
 VOIP (iċċempel min Malta)
22048831
 
 Fax
+49 (0)30 - 26 39 11 23
 
 Email

L-Ambaxxatur

Dr Albert Friggieri twieled Ħal Lija. Għandu kwalifiki akkademiċi mill-universitajiet ta’ Malta, Heidelberg (Ġermanja) u Exeter (Renju Unit). Għal seba’ snin kien attiv fl-industrija tat-turiżmu u fit-tmexxija ta’ waħda mill-ikbar lukandi ta’ Malta. Wara perijodu qasir fis-servizz diplomatiku, fl-1988 waqqaf f’Malta fabbrika tal-manifattura, sussidjarja ta’ kumpanija Ġermaniża li topera mad-dinja kollha u li huwa mexxa għal ħamsa u għoxrin sena. Kien elett diversi drabi fil-Bord tal-Federazzjoni tal-Industrija u kien membru fil-bordijiet tal-MDC u tal-METCO. Għal ħafna snin kien għalliem u lettur part-time tal-Ġermaniż fl-Universita’ ta’ Malta. Huwa serva bħala president tal-German-Maltese Circle għal hames snin. Fl-1999 ingħata il-ġieħ tas-Salib tal-Mertu tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja “għax xoghol tiegħu b’risq il-ħbiberija bejn il-Ġermanja u Malta fl-oqsma tal-kultura, ix-xjenza u l-ekonomja”. Dr Albert Friggieri huwa mżżewweġ lil Catherine Noelie Bertucat u għandhom żewġt itfal. Dr Friggieri ppreżenta l-kredenzjali tiegħu bħala ambaxxatur ta’ Malta lill-President tar-Repubblika Federali Joachim Gauck fis-6 ta’ Settembru 2013.