Il-Ġurnal tà kuljum Heute jinkludi il-Presepju Tradizzjonali Malti bħala wieħed mill-attrazzjonijiet prinċipali marbuta mal-festi tal-Milied din is-sena fi Vjenna

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Diċ 23, 2019
 

Fil-ħarġa tiegħu tal-lum, il-ġurnal ta kuljum Heute semma bi prominenza il-Presepju Malti bħala wieħed mill-attrazzjonijiet prinċipali marbuta mal-Milied tà din is-sena fi Vjenna. Dan il- ġurnal ghandu ‘il fuq minn nofs miljun qarrej.

Għexieren tà eluf tà Awstrijaċi u turisti diġa kellhom l-opportunita li jżuru u jammiraw dan il-Presepju, li bħalissa qed jigi esebit ġewwa il-Villaġġ tal-Milied li jinsab fuq il-Kampus tal-Universita ta’ Vjenna.  Il-Presepju kien gie inawgurat mill-E.T. George Vella, President tar-Repubblika ta’ Malta, flimkien mal-Onor. Owen Bonnici, Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u s-Sindku ta’ Vjenna, Michael Ludwig.

Din hija it-tielet darba li il-Presepju qed jiġi esebit barra minn Malta wara li kien fil Vatikan fl-2016, f’Bethlehem fl-2017 u l-Belt Valletta, fl-2018.  Din l-esebizzjoni kienet possibli grazzi għall-inizzjattiva tal-Ambaxxata Maltija fi Vjenna u id-Direttorat għall-Kultura, bil-kollaborazzjoni tal-Awtorità għat-Turizmu.  Din l-inizjattiva ta’ diplomazija kulturali hi parti mill-isforzi kontinwi ta’ Malta biex nippromwovu l-kultura Maltija u t-talent tal-artisti Maltin lil hinn minn xtutna, kellha is-sapport tal-oghla Awtoritajiet fi Vjenna, li kienu strumentali sabiex jinstab post addattat fil-qalba tà Vjenna li setà jilqà il-Presepju.

Matul dan l-aħħar xahar li ilu fi Vjenna il-Prespju ingħata hafna attenzjoni mill-media. Bosta kienu il-ġurnali, radjijiet u stazzjonijiet tal-televizjoniji li tkellmu dwar din it-Tradizzjoni Maltija.  Intervisti li saru mal-Eccelenza tiegħu il-President Vella ixxandru fuq l-istazzjon nazzjonali ORF kif ukoll fuq Radju Arabella, ir-radju partner tal-Villaġġ, u wiehed mir-radjijiet principali fl-Awstrija.

Il-Presepju jista jibqa jitgawda mill-pubbliku sa nhar it-23 tà Dicembru 2019

https://pressespiegel.metacommunication.com/v3/clippings/pool/2019/12/20/Fremdenverkehrsamt_Malta_He_20191220_16_632157681912810119424.pdf


​​

AE4Y9003.jpg 
 

AE4Y9009.jpg 
 
 
KOAL9787.jpg